Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ddiskuta l-kumitat tal-koordinament li jaqa’ fi ħdan id-dekasteru tiegħu bil-għan li jonqos it-traffiku fit-toroq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li bħalma hija l-prassi il- kordinament dwar it-traffiku isir minni bħala Ministru flimkien mal-Pulizija, Transport Malta u entitajiet oħra meta jkun il-bżonn. S’issa ġew diskussi l-areas kollha fejn hemm bottleneck u kull fejn ġie irrappurtat li qed tinħoloq problema ta’ traffiku fit-toroq. L-għan ta’ dan huwa sabiex jittieħdu passi immedjati fejn huwa possibli u biex jinstab rimedju kemm fuq bażi short-term kif ukoll long-term.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar overtime mill-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-bidu ta’ Mejju 2013 sal-aħħar ta’ Settembru 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li overtime li sar mill-ħaddiema tal-facilita korretiva ta' Kordin min Mejju 2013 sa Settembru 2013 hu kif ġej:
(May 2013) - € 134,609.94
(June 2013) - € 133,397.51
(July 2013) - € 134,808.39
(August 2013) - € 128,467.93
(September 2013) - € 128,954.37
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm-il enforcement procedure hemm bħalissa fuq Malta? Jekk iva, fuqiex?
Response (GRECH, LOUIS)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qegħda tirreferi għal infringement proceedings u mhux għal enforcement procedure kif kkwotat fil-mistoqsija parlamentari. Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 22 infringement proceedings.
Ta’ min jinnota li fl-aħħar ta’ Diċembru 2012 kien hemm 26
infringement proceedings
u 36
infringement procee
dings
f’Diċembru 2011.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettoriali — Tnaqqis mill-budget
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jikkonferma li ma kien hemm l-ebda tnaqqis, fl-ebda dipartiment li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-budget li kien ġie approvat f’April 2013? Jekk kien hemm xi varjazzjoni, jista’ jgħid minn liema dipartimenti sar dan u b’kemm?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tnaqqis mill-baġit approvat lill-MEAIM f’April ta’ din is-sena sar f’dawn il-line items:
5571 – Malta Security Officers – Minn €10,000 (April 2013) għal xejn;
6002 – State Aid Monitoring Board – Minn €30,000 (April 2013) għal €25,000;
73307001 – ICT – Minn €300,000 (April 2013) għal €200,000.
Tajjeb wieħed isemmi li fir-rigward tal-Malta Security Officers dan kien fond li għalkemm kien hemm provediment għaliħ fil-baġits preċedenti qatt ma kien utilizzat. It-tnaqqis li kien hemm għall-Istate Aid Monitoring Board kien marġinali u bl-ebda mod ma affetwa l-operat tal-Bord għal-2013. It-tnaqqis fl-ispiża kapitali ta’ l-ICT kienet tirrifletti stima aġġornata ta’ l-esiġenżi tal-Ministeru f’dan il-qasam għal din is-sena.
Segretarjat tal-Presidenza u l-Fondi Ewropej – Tnaqqis mill-budget
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jikkonferma li ma kien hemm l-ebda tnaqqis fl-ebda dipartiment li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarjat responsabbli mill-Presidenza u l-Fondi Ewropej mill-budget li kien ġie approvat f’April 2013? Jekk kien hemm xi varjazzjoni, jista’ jgħid minn liema dipartiment sar dan u b’kemm?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – ingaġġ ta’ konsulent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma tterms of reference li fuqhom ġie ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala konsulent tal-Ministeru tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference li fuqhom ġie ngaġġat l-Onor. Silvio Schembri bħala konsulent tal-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — membri tas-segretarjat
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tagħha, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabbilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom, kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 544, 545 u 1613.
Rigward il-mistoqsija dwar l-allowance kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lis-segretarjat fi hdan il-Ministeru; din l-informazzjoni tista tinstab fl-‘Engagement of Staff for Minister’s Secretariats’. Dan tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fil-15 ta’ April 2013 f’seduta 7.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità tas-Swieqi?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità tal-Imsida?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità ta’ San Ġwann?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità ta' Ħal Għargħur?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill ta' Ħal Luqa għandux kuntratt in vigore għall-ġbir ta’ skart fil-bor¿a s-sewda? Jekk hemm kuntratt in vigore jista' l-Ministru jgħid fi x'ħin suppost qiegħed jinġabar l-iskart f'Misraħ Sant' Indrija ġewwa Ħal Luqa?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li fil-preżent għandu kuntratt għall-ġbir tal-iskart, inkluż għall-ġbir ta’ skart fil-borża s-sewda.
Infurmat ukoll li l-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart huwa mid-9.00 am ’il quddiem fis-Sajf u mis-2.00 pm ’il quddiem fix-Xitwa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 f'Malta u Għawdex?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2012 u l-15 ta' Ġunju 2012 fil-lokalità tas-Swieqi?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2012 u l-15 ta' Ġunju 2012 fil-lokalità tal-Imsida?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2012 u l-15 ta' Ġunju 2012 fil-lokalità ta' Ta' Xbiex?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2012 u l-15 ta' Ġunju 2012 fil-lokalità ta' San Ġwann?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.