Korp Diplomatiku — Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ukrajina
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar min huwa l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ukrajina u jpoġġi s-CV tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (VELLA, GEORGE)
Bħalissa ma hemmx Ambaxxatur akkreditat. Ġie propost l-isem ta' individwu lill-awtoritajiet Ukreni. Imma sa issa għad ma hemmx agrément , li jfisser li teknikament bħalissa għad ma hemmx Ambaxxatur għall-Ukraina.
Il-prattika osservata minn din il-Kamra għal żmien twil hija li ma jingħatawx Curriculum Vitae f'Mistoqsijiet Parlamentari. Barra minn hekk, din l-informazzjoni hija suġġetta għall-provvedimenti tad-Data Protection Act u għaldaqstant ma tistax issir pubblika, la permezz tal-Parlament u lanqas b'xi mezzi oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2429.
Jista' l-Ministru jgħid għala tnaqqas il-vot għat-taħrig tal-ħaddiema tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2014?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-vot rikorrenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin meta kkomparat mal-2013 żdied b'aktar minn miljun Ewro.
L-allokazzjoni taħt l-items individwali tkun iffissata skont il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tal-mument. F'każ li jkun il-bżonn li l-vot tat-taħriġ ikun irid jiżdied, dan jista' jsir permezz ta' virements minn items oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — sit elettroniku
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hemmx pjan li l-Ministeru mmexxi minnu jkollu sit elettroniku? Jekk iva, jista’ jgħid meta se tkun online u kemm se tiswa?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-persuni responsabbli fil-Ministeru ilhom jaħdmu fuq dan għal xi xhur, bis-sit elettroniku mistenni jkun in place fil-ġimgħat li ġejjin. Ir-rati li se japplikaw se jkunu dawk standardbħal fil-każi ta’ siti elettroniċi oħra tal-Gvern, bil-ħlas jsir direttament lill-MITA.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif intgħażlet il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tmexxi ic-CHOGM? Kien hemm call for applications? Jista' jgħid għala ma ntgħażilx uffiċjal pubbliku? Kemm se titħallas ta' dan ix-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-persuna intagħżlet bl-istess mod li bih intagħżlet il-persuna mill-amministrazzjoni preċedenti biex tmexxi CHOGM 2005.
Jista' l-Ministru jgħid min kien jifforma parti mid-delegazzjoni li marret il-Ġeorgia fl-aħħar xhur? X’laqgħat saru? Kemm swiet din iż-żjara fil-Ġeorgia?
Response (VELLA, GEORGE)
Id-delegazzjoni li żaret Ġeorġja dawn l-aħħar ġimgħat kienet tikkonsisti fis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u c-Chief of Staff.
Din iż-żjara saret wara talba tal-awtoritajiet ta' Ġeorġja biex Malta tkun irrapreżentata waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-President il-ġdid tal-Ġeorġja. L-ispiża kienet tammonta għal €3,336.96 .
Kummissarju Għoli Malti ġewwa Londra — lagħaq fuq immigrazzjoni irregolari
Question
Jista' l-Ministru jghid jekk l-Kummissarju Għoli Malti ġewwa Londra kellux laqgħat speċifiċi fuq l-immigrazzjoni irregolari mal-Gvern Ingliż fl-aħħar xhur?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummissarju Għoli ġewwa Londra ma kellux laqgħat speċifiċi fuq l-immigrazzjoni irregolari mal-Gvern Ingliż f'dawn l-aħħar xhur.
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li sa fejn huwa magħruf, il-Kummissarju Għoli uscenti ukoll ma kellux laqgħat fuq dan is-suġġett mal-Gvern Ingliż.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxati Maltin kienux infurmati bl-iskema tal-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija? Jekk iva, x'linji gwidi ngħataw biex jimxu magħhom meta dawn jirċievu talbiet mill-pubbliku dwar din il-materja?
Response (VELLA, GEORGE)
Nikkonferma li l-Ambaxxati Maltin kienu nfurmati bl-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li ntbagħtet lill-Ambaxxati Maltin.
Bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija — Ambaxxaturi u Konsli Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kellhom l-Ambaxxati u Konsli Maltin madwar id-dinja dwar il-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija? Jista' jgħid liema kienu l-iktar ħames Ambaxxati u Konsli Maltin li rċevew talbiet mill-pubbliku dwar din il-materja?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu u x’benefiċċji jgawdu minnhom kull sena l-ambaxxaturi illi ġew nominati minn dan il-Gvern?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxaturi li ġew nominati minn dan il-Gvern qed jitħallsu u jgawdu mill-istess benefiċċji li kienu jieħdu l-Ambaxxaturi ta' qabilhom, iġifieri:
Is-salarju tal-Ambaxxaturi huwa dak ta' Skala 3, kif muri fl-Estimi.
B’referenza għall-emendi għal-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza li għadhom kif ġew approvati minn dan il-Parlament u in segwitu ta’ dak li ġie rrappurtat li qal id-Deputat Prim Ministru u ċjoè li se jsiru l-emendi meħtieġa biex l-identità ta’ min se jkun qed jixtri ċ-ċittadinanza ai termini ta’ dawn l-istess emendi ma jibqgħux sigrieta, jista’ l-Ministru jikkonferma li mhu se jkun hemm l-ebda ċittadin li l-identità tiegħu se tibqa’ mistura, inkluż dawk li jilħqu jixtru ċ-ċittadinanza jew jibdew il-proċess tax-xiri qabel isiru u jidħlu fis-seħħ dawn l-emendi li jabrogaw is-segretezza?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu u liema huma d-diversion routes li kienu inxurjati kif imiss minn April 2013 sal-lum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li triq li hija miftuħa għall-aċċess pubbliku titqies bħala triq pubblika għall-fini ta’ assigurazzjoni third party. Għaldaqstant, polza tal-assigurazzjoni fuq vetturi li huma nxurjata tkopri inċidenti li jistgħu jiġru fi triq bħal din.
Apparti minn hekk, kull tender għal xogħlijiet fit-toroq jinkludi proviżjonijiet rigward assigurazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam xogħlijiet u kull riskju ieħor relatat mal-istess xogħlijiet.
Transport Malta – responsabilità mis-saħħa u s-sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel ix-xogħol ta’ saħħa u sigurtà għan-nom ta’ Transport Malta fir-rigward tal-proġetti tal-istess entità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ saħħa u sigurtà fir-rigward ta’ proġetti ta’ Transport Malta jingħata skont il-proġett wara li jinħareġ tender għall-provvista ta’ servizzi relatati mas-saħħa u sigurtà.
Migrazzjoni — Assistenza ta’ emerġenza – applikazzjoni
Question
B’referenza għal dak li ġie ppubblikat fuq l-online portal tal-gazzetta The Times nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ottubru fil-11:29 bit-titolu “Migration: EU still awaiting Malta’ application for emergency assistance”, jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta se tiġi intavolata l-applikazzjoni?
Response (GRECH, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru għall-Intern u S-Sigurtà Nazzjonali.
Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – kuntratti ta’ impjieg
Question
B’referenza għall-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx imġedda kuntratti ta’ impjieg mid-9 ta’ Marzu sal-lum? Jekk iva, kemm?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-OHSA ġeddet kuntratt wieħed ta’ persuna li qed jirriplejsa persuna oħra li qegħda fuq career break. Dan il-kuntratt jiġġedded minn sena għal sena, u sar bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – kuntratti ta’ impjieg
Question
B’referenza għall-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatawx kuntratti fuq bażi individwali lill-impjegati fi ħdan l-Awtorità mid-9 ta’ Marzu sal-lum?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li L-OHSA tat żewġ kuntratti fuq bażi individwali u għal terminu ta’ sentejn lil żewġ impjegati. Dawn il-kuntratti kellhom l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-vaċċin tal-influwenza bediex jingħata? Jekk beda jingħata, lil min qed jingħata? Jekk għadu ma bediex jingħata, jista’ jgħid meta se jibda jingħata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-tilqim kontra l-influwenza beda fil-21 t’ Ottubru 2013. Kienu eliġibbli għat-tilqima b’xejn il-kategoriji li se nsemmi:
- Impjegati tal-Ministeru tas-Saħħa u oħrajn li għandhom kuntatt mal-pazjenti,
- Impjegati fil-
- Korp tal-Pulizija
- Forzi Armati
- Protezzjoni Ċivili
- Ċentri ta’ Detenzjoni u Ċentri Miftuħa
- Servizzi Veterinarji
- Biċċerija
- Dipartiment ta’ Tindif Publiku
- Dwana
- Faċilita’ Korettiva ta’ Kordin u anke r-residenti f’din il-Faċilita’
- Persuni residenti f’istituzzjonijiet;
- Studenti li jattendu ċ-Ċentri ta’ Riżorsi Speċjali tal-Edukazzjoni
- Persuni minn 55 sena ‘l-fuq;
- Tfal ta’ bejn is-sitt xhur u l-ħames snin
- Persuni ta’ kull eta’ li jbatu minn –
Ø Mard kroniku tan-nifs
Ø Mard kroniku tal-qalb
Ø Mard kroniku tal-fwied
Ø Mard kroniku tal-kliewi
Ø Dijabete
Ø Kull stat ta’ nuqqas ta’ immunita’ inklużi l-HIV jew l-AIDS
Min-nhar it-Tnejn 5 ta’ Novembru it-tilqima kontra l-influwenza ser tingħata b’xejn lill-publiku ġenerali miċ-Ċentri tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a) Kemm hemm skrivani tal-Gvern u tal-kuntratturi jagħtu servizz fl-Isptar Mater Dei;
b) Kemm minn dawk il-kuntratturi li applikaw mal-Gvern fl-aħħar sena u kemm ġew minnhom ingaġġati; u
c) Jekk hemmx diskrepanza fis-salarji bejn dawk tal-Gvern u dawk tal-kuntratturi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Rappport taċ-Chartered Institute of Public Finance and Accountancy – Accrual Accounting
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-punti ewlenin li ħarġu mir-rapport taċ-Chartered Institute of Public Finance and Accountancy dwar it-transizzjoni għall-accrual accounting?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.