Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d- direct orders li ngħataw huma mill-KNPD b’xiri ta’ Toyota Yaris għall-użu tad-Direttur Eżekuttiv u xogħol ieħor tal-KNPD u kif ukoll mill-Awtorita’ tad-Djar li l-informazzjoni hija kif tidher hawn taħt: Subject Type (Works/Supply/Service Approved on Repairs at Blk 3, Pjazza ES Tonna, Floriana Works 09/05/13 Repair works at Garages in Triq Dun Frans Camilleri, Hamrun Works 06/08/13 Repair works at Garages in Triq Dun Frans Camilleri, Hamrun Works 06/08/13 Direct Order for Legal and Consultancy Services - Dr. Josef Masini Vento Services 26/11/13
Leg 12 PQ #6917 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sit Uffiċjali tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi aġġornat is-sit uffiċjali tal-Gvern (www.gov.mt) bil-listi ta’: a) Aġenziji tal-Gvern; b) Awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern; c) Il-bordijiet tal-Gvern; d) Il-fondazzjonijiet mwaqqfa mill-Gvern; e) Il-kummissjonijiet tal-Gvern; f) Il-kunsilli mwaqqfa mill-Gvern; u g) It-tribunali u dan peress li sad-9 ta’ Jannar 2014, fuq dan is-sit kien hemm nota li dawn il-listi għadhom qed jiġu aġġornati (kif jindika d-dokument li qed jintbagħat separatament)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-maġġoranza tal-entitajiet uffiċjalment maħtura mill-Gvern diġà jinsabu fuq is-sit uffiċjali elettroniku tal-Gvern. In-nota li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Membu saret minħabba l-fatt li l-lista tal-entitajiet uffiċjalment maħtura mill-Gverm qed tiġi regolarmentaġġornata speċjalment wara li ċerti entitajiet, wara li rreżenjaw il-membri tagħhom, għad iridu jinħatru b’membri ġodda. Ladarba membri ta’ entità uffiċjali jiġu maħtura u isimhom jidher fuq il-Gazzetta tal-Gvern, dawn jiġu riprodotti fuq is-sit uffiċjali elettroniku tal-Gvern.
Leg 12 PQ #6918 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – direct orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li kif kien diġa indikat fir-risposta għal-mistoqsija parlamentari Numru 6903, ma ngħata l-ebda direct order skont Artiklu 20 (4) tal-Public Procurement Regulations fil-perjodu konċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-Agenzija li taqa' taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi ma tat l-ebda Direct Order mid-9 ta' Marzu 2013 sad-9 ta' Jannar 2014
Leg 12 PQ #6921 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li d-direct orders li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi matul il-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant huma kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif ġej:- Tabella 'A' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Tabella 'B' - Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada/Malta Libraries/Kunsill Malti għall-Isport/Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ Tabella 'C' - Universita' ta' Malta Tabella 'D' - MCAST

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Lista ta' direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #6914 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor.Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direct orders li ngħataw huma: · Servizzi ta’ konsulenza · Air tickets – (bi 3 quotations) · Xogħol relatat mal-uffiċju – (bi 3 quotations)
Leg 12 PQ #6916 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6905 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li d-direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inklużi d-dipartimenti u d-direttorati fi ħdanu, matul il-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, nirreferiha ukoll għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7046 fejn ġiet ippubblikata lista sħiħa ta’ Direct Orders li ingħataw mill-Ministeru tiegħi u l-entitajiet fi ħdanu minn Settembru 1998 sat- 8 ta’ Marzu 2013. Liema informazzjoni qiegħda wkoll terġa titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6909 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel referenza għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6377. L-informazzjoni mit-30 ta’ Novembru 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014 tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu msemmi ngħataw żewġ direct orders- lil Omnistat Ltd u lil Nexia Ltd.
Leg 12 PQ #6899 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 u d-9 ta' Jannar 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.