Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li tinfetaħ l-ambaxxata Maltija ġewwa Doha, il-Qatar?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-preparamenti relatati mal-ftuħ ta' Ambaxxata Maltija f'Doha, il-Qatar għadhom għaddejjin bl-intenzjoni li din tinfetaħ meta l-proċess jiġi ffinalizzat.
Sadanittant, għandi l-pjaċir ninforma li l-Ambaxxata tal-Qatar ilha topera b'mod residenti f'Malta sa mill-aħħar ta' Novembru 2013.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ftehim iffirmat mal-Libja dwar xiri ta' żejt u l-ftehim iffirmat maċ-Ċina dwar il-bejgħ tal-Korporazzjoni Enemalta, mhumiex disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku bħalma huma disponibbli mijiet ta' ftehim bilaterali oħra?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura tal-imsemmija Memoranda u l-kontenut ta' sensittivita' kummerċjali tagħhom, għad m'huwiex il-waqt li dawn isiru disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5554, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-punti ewlenin li ħarġu mir-rapport taċ-Chartered Institute of Public Finance and Accountancy dwar it-transizzjoni għall-accrual accounting?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5553, jista’ l-Ministru jgħid:
a) Kemm hemm skrivani tal-Gvern u tal-kuntratturi jagħtu servizz fl-Isptar Mater Dei;
b) Kemm hemm skrivani mal-kuntratturi illi applikaw għal mal-Gvern fl-2013 u kemm ġew minnhom ingaġġati; u
c) Jekk hemmx diskrepanza fis-salarji bejn dawk tal-Gvern u dawk tal-kuntratturi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
B’referenza għall-mistoqsija 5553, l- Ministeru tas- Saħħa jixtieq jikkonferma li hemm 151 skrivan (ekwivalenti ghall ‘full time’) li huma tal- Gvern u 158 skrivan (ekwivalenti għall ‘full time’) li huma tal- kuntrattur qed jaħdmu fl- Isptar Mater Dei.
Ġew ngaggati 10-il skrivan mal- Gvern mis- 66 applikant illi applikaw.
Ninsab infurmat li l- iskrivani tal- Gvern jitħallsu fuq skala 16. Fir- rigward tal- kuntrattur, l- gvern iħallas lil kuntrattur għas- servizz li l-impjegati tiegħu jagħtu fl- isptar. Infakkar lill-Onorevoli Membru li tħejjew linji gwida mill- Ufficju tal- Prim Ministru u d- Dipartiment tal- kuntratti biex jiġu salvagwardjati d- drittijiet ta’ dawn l- ħaddiema. Kull kuntrattur huwa obbligat li jsegwi dawn l- linji u l- gvern jara li t- tali kundizzjonijiet qed jiġu onorati.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn billboards madwar Malta u Għawdex u kemm minn dawn għandhom il-permess meħtieġ? Jekk m’għandux id-data tal-billboards kollha li hawn madwar Malta u Għawdex, jista’ f’dan il-każ, jagħti lista ta’ billboards kollha li għandhom il-permess meħtieġ u jgħid f’liema triq qegħdin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B' risposta ghall-mistoqsija parlamentari numru 7208, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista t'applikazzjonijiet li ġew approvati minn meta twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sal-21 ta' Jannar 2014, li jirrigwardaw billboards.
Wieħed irid jinnota li billboards provi¿orji huma e¿entati milli jkollhom permess ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skont Artiklu 4 tal-Avvi¿ Legali Numru 171 ta' 1993, Ordni ta' l-1993 dwar Reklami, u għalhekk l-istess Awtorità m'għandiex informazzjoni fuqhom.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika ta' l-Awtorità fejn il-proposta għandha il-kelma "billboard" u l-applikazzjoni ġiet approvata sal-21/01/2014.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Deputy Chief of Staff
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu wara dak li nkiteb mid-Deputy Chief of Staff tiegħu b’indirizz lejn l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li niddisasoċja ruħi w ma naqbilx mall-kummenti li ġew miktuba mill-individwu konċernat fil-kapaċità personali tiegħu. Madanakollu ninsab infurmat li l-uffiċċjal skuża ruħu w għaldaqstant nħoss li l-każ huwa magħluq.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6678, jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għas-support and maintenance, il-kumpanija illi ngħatat il-kuntratt, il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei jew xi terza persuna oħra? Fir-rigward tal-liċenzji, jista' l-Ministru jikkonferma illi l-Gvern xtara perpetual u unlimited use license? Jista' jikkonferma jekk hemmx annual fees, u jekk iva, kemm huma u għaliex qegħdin jitħallsu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-sapport u l-maintenance qed jiġi presentament ittakiljati internament.
A rigward is-CPAS
runtime license,
din domanda li diġà twieġbet, u ċjoè li ma’hemmx limitu u ebda spejjeż addizzjonali.
Sistema ta’ CursorPAS – tiswijiet u manutenzjoni – taħriġ
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, peress illi skont ir-risposta mogħtija t-tiswijiet u l-manutenzjoni qed isiru mill-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ ingħata lill-ħaddiema, meta ngħata t-taħriġ, min attenda għat-taħriġ, kemm-il sessjoni kien hemm tat- taħriġ u kemm-il siegħa ngħatat, u jekk ingħatawx user manual u system manual?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-CPAS ftit li xejn teħtieġ manutenzjoni peress li hija sistema affidabbli w hi ġdida.Is-sistema qed tiġi amministrata mil-persunnal ta’ Mater dei, u dawn huma l-istess nies li kienu implimentaw is-CPAS .
Infurmat ukoll li dawn in-nies ma’ ngħatalhom l-ebda taħriġ peress li kienu huma stess li kkrejaw il-
manuals
, id-dokumentazzjonijiet u SOP’s.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, jista' l-Ministru jgħid xi ftehim intlaħaq dwar updates futuri? L-updates huma inklużi fil-prezz illi kkwotat mill-kumpanija li ntgħażlet minn dan il-Gvern biex tiżviluppa s-sistema CursorPAS? Jista' jgħid kemm jiswew dawn l-updates, kemm se jkunu frekwenti l-updates, u għal meta huma skedati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li ma’ kien hemm l-ebda kumpanija nvoluta, ċjoè is-CPAS ġiet żviluppata internament.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, peress illi ingħatajt risposta illi ma hemmx service level agreements fir-rigward tas-sistema CursorPAS, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi jiġu stabbiliti service levels?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, in vista tar-risposta illi ngħatajt u ċjoè illi “tiswijiet u l-manutenzjoni qiegħed issir mill-ħaddiema ta’ Mater Dei u mill-konsulent tal-Ministeru”, jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għas-support and maintenance, il-kumpanija illi ngħatat il-kuntratt, il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei jew xi terza persuna oħra? Jista’ jgħid min hu l-konsulent tal-Ministeru illi qed jagħmel tali tiswijiet u manutenzjoni, u kemm qed jitħallas ta’ dan?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda kumpanija involuta. Ninforma lill-Onor. membru li s-CPAS ġiet żviluppata nternament.
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm għolew il-liċenzji għall-istituzzjonijiet finanzjarji u dawk ta' assigurazzjoni mill-1 ta' Jannar 2014? Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu lmenti jew ittri/emails ta' korrispondenza għand l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) minn meta tħabbru dawn il-prezzijiet il-ġodda sas-17 ta’ Jannar 2014?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.
Bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija — Ambaxxati u Konsolati Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6371, u jgħid kemm-il talba kellhom l-ambaxxati u konsolati Maltin madwar id-dinja dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija? Jista' jgħid liema kienu l-iktar ħames ambaxxati u konsolati Maltin li rċevew talbiet mill-pubbliku dwar din il-materja?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxati u l-Konsli Maltin madwar id-dinja rċevew 277 talba dwar il-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija. L-iktar Ambaxxati li rċevew talbiet kienu Moska, Pariġi, Ruma, Istanbul u Dubai.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6372, jista' l-Ministru jgħid kienx hemm tibdil fir-rigward tal-benefiċċju taċ-children's allowance fir-rigward tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u dan peress illi fit-tweġiba illi ngħatat kien hemm miktub "not yet"?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kienx hemm tibdil fir-rigward tal-benefiċċju taċ-Children's Allowance mir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6372 s'issa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6367, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se titħallas il-persuna li ntgħażlet mill-Gvern biex tmexxi ċ-CHOGM? Jista' jgħid xi preparamenti u xogħol għamlet s'issa?
Jista' l-Prim Ministru jgħidilna min huma l-kumpaniji u l-joint ventures jew consortia illi tefgħu l-espressjoni ta' interess fir-rigward tal-proġett tar-reklamazzjoni tal-art? Jista' jgħidilna fiex wasal il-proċess? Jista' jgħid jew jagħti indikazzjoni sa meta huwa mistenni illi jiġi finalizzat l-ewwel round ta' għażla? Jista’ jgħid l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) xi studji qed tħejji fir-rigward tal-land reclamation, u sa meta hemm il-ħsieb illi jitlestew? Jekk mhux diġà bdiet tħejji studji, jista’ jgħid hemmx il-ħsieb illi jsiru studji, xi studji se jsiru, meta se jibdew, u meta hu mistenni li jitlestew?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — sit elettroniku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6374, jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti indikazzjoni meta se jitlesta s-sit elettroniku tal-Ministeru tiegħu?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li s-siti elettronċi tal-Ministeru huma http://odpm.gov.mt u http://eufunds.gov.mt .
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6677, jista' l-Ministru jgħid kif ġiet magħżula l-kumpanija inkwistjoni, u dan peress illi t-tweġiba li ngħatajt biex nirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6679 ma tagħmel ebda referenza għal kif ġiet magħżula l-kumpanija inkwistjoni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li ma kien hemm l-ebda kumpanija involuta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġew iddikjarati redundant minn mal-Arriva mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-13 ta’ Jannar 2014?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħal ma jaf kulħadd il-kumpanija Arriva temmet l-operat tagħha fl-1 ta’ Jannar 2014. B’effett mit- 2 ta’ Jannar 2014 il-kumpanija tal-Gvern Malta Public Transport Services bdiet tieħu ħsieb is-servizz tat-trasport pubbliku f’pajjiżna għall-perjodu transitorju. Ninforma wkoll li matul il-perjodu msemmi mill-istess Onor. Interpellant, kien hemm żewġ ħaddiema li ġew iddikjarati bħala redundant, biż-żewġ każi jseħħu taħt il-kumpanija Arriva.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu illi nhar is-7 ta’ Jannar 2014 kien hemm 28 xarabank nieqsa minn fuq ir-rotta? Jekk mhux minnu illi kien hemm 28 neqsin, jista’ jgħid kemm kien hemm? Jista’ jgħid ukoll għala kien hemm dan in-nuqqas? Jista’ jgħid dan in-nuqqas ġiex indirizzat u kif?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-frekwenza ta’ manutenzjoni fuq il-vetturi tat-trasport pubbliku niżlet minn darba kull tnax-il ġimgħa għal darba kull 6 ġimgħat u nofs u dan qed isir biex tiżdied is-sigurta’għall-passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku. Dan qiegħed isir bl-istrateġija li jiġu affettwati l-inqas rotot possibli. Tajjeb li ninforma lill- Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-medja ta’ vetturi wieqfa bejn ix-xahar ta’ Marzu 2013 u Diċembru 2013 kienet ta’ 31.5, il-medja ta’ vetturi wieqfa għax-xahar ta’ Jannar 2014 niżlet għal 22.