Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7429 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7430 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — overtime

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħadem overtime fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw fil-leġislatura li għaddiet għall-mistoqsijiet parlamentari 6139,6140,6142,6143,6144,6145,6146 u 6147.
Leg 12 PQ #7419 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu– impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B’referenza għat-tabella li ntbagħtet separatament ma’ din il-mistoqsija, u peress li l-għadd totali ta’ ħaddiema jiċċaqlaq speċjalment f’Direttorati kbar matul perjodu estensiv ta’ kważi ħdax-il xahar (u dan ukoll minħabba tmiem ta’ impjieg għal raġunijiet varji, per eżempju, irtirar minħabba eta` jew raġunijiet mediċi, riżenji, skadenzi ta’ kuntratt, etc.), nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika data mill-perjodu ndikat minnha sabiex tkun tista’ tingħata t-total ta’ ħaddiema f’dik id-data. Rigward kemm impjegati ma kienux hemm qabel id-9 ta’ Marzu 2013, infurmat li t-tagħrif hu kif se nsemmi:- Ministeru/Direttorati Ġenerali/Dipartimenti - 684 (li minnhom 588 huma edukaturi fl-iskejjel) Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) - 112 Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) - 259 Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) - 3 MCAST - 60 Aġenzija Żgħażagħ - 1 Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) - 9 Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA) - 5 Kunsill Malti għall-iSport (KMS) - 68 Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) - 4 Università ta’ Malta - 68 Infurmat ukoll li l-Arkivji Nazzjonali, il-Malta Libraries u n-National Employment Authority ma kellhomx impjegati ġodda.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7422 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – impjegati ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Tista’ tipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati ġodda fil-Ministeru tiegħi u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru huwa ta’ 100.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ingħataw fil-leġislatura li għaddiet għall-mistoqsijiet parlamentari 6139, 6140, 6142, 6143, 6144, 6145, 6146 u 6147.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6248.

BICC — Chairperson

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-paga u x’inhuma l-perkaċċi li jgawdi ċ-Chairperson tal-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC)?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-paga u l-perkaċċi li jgawdi c-Chairman tal-Board tad-diretturi tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) huwa l-istess li kienu jgawdu c-Chairpersons preċedenti, skont l-istess kuntratt li kellhom inkluż l-aħħar Chairman l-Onor. Ċensu Galea.
Leg 12 PQ #7416 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – impjegati ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (GRECH, LOUIS)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li tikkonċerna l-impjegati ġodda (apparti n-nies tas-Segretarji Privati w advisors) li ġew ingaġġati għall-ewwel darba fis-Settur Pubbliku fl-MEAIM fil-perijodu konċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella hawn taħt: Ministeru għall-Affarijiet Barranin Xahar Total ta' Ħaddiema mid-9 ta' Marzu 2013 sa 28 ta' Jannar 2014 Kemm Minnhom ma kienux hemm Qabel Marzu/April 2013 301 17 Mejju 2013 302 4 Ġunju 2013 302 1 Lulju 2013 301 1 Awwissu 2013 300 6 Settembru 2013 296 7 Ottubru 2013 302 8 Novembru 2013 294 6 Diċembru 2013 294 3 Jannar 2014 289 3 Impjegati ingaġġati mill-Ambaxxati Maltin Barra minn Malta Xahar Total ta' Ħaddiema mid-9 ta' Marzu 2013 sa 28 ta' Jannar 2014 Kemm Minnhom ma kienux hemm Qabel Marzu 2013 166 1 April 2013 165 0 Mejju 2013 169 4 Ġunju 2013 169 3 Lulju 2013 171 4 Awwissu 2013 171 1 Settembru 2013 173 3 Ottubru 2013 172 0 Novembru 2013 172 1 Diċembru 2013 173 1 Jannar 2014 175 2 INIA Xahar Total ta' Ħaddiema mid-9 ta' Marzu 2013 sa 28 ta' Jannar 2014 Kemm Minnhom ma kienux hemm Qabel Marzu 2013-Jannar 2014 7 0

Awstralja — Kummissarju Għoli Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm milli jiġu aċċettati l-kredenzjali tal-Kummissarju Għoli Malti designated għall-Awstralja, u jekk saretx pressjoni - u fil-każ x’tip ta’ pressjoni saret - mal-Gvern Awstraljan sabiex jiġu aċċettati l-kredenzjali tal-istess Kummissarju Għoli Malti?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma li l-Kummissarju Għoli Malti għall-Awstralja ppreżenta l-kredenzjali tiegħu fil-25 ta' Settembru 2013. Ma saret l-ebda pressjoni minn naħa tal-Awtoritajiet Maltin fuq il-Gvern Awstraljan sabiex jiġu aċċettati l-kredenzjali tal-istess Kummissarju Għoli Malti. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'każi bħal dawn il-protokoll jeżiġi li mhux talli ma tistax issir pressjoni, imma lanqas biss huwa aċċettat li tibgħat reminder. Azzjoni bħal din normalment twassal biex il-persuna li tkun qiegħda tiġi rakkomandata, ma tiġix ikkunsidrata aktar mir-receiving state.

Ftehim iffirmat bejn il-Gvern Malti u pajjiżi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim kien iffirmat fl-2013 mill-Gvern Malti ma’ pajjiżi oħra u jagħti lista ta’ dawn? Jista’ jikkonferma li dawn kollha jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru mmexxi minnu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Malti ffirma 31-il Ftehim fl-2013 li t-titlu tagħhom huwa mniżżel fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-Ftehim. Ninforma lill-Onor. Interpellant li, filwaqt li t-test ta' dawk il-Ftehim li diġa daħlu fis-seħħ huwa aċċessibli minn fuq dan is-sit, it-test tal-Ftehim li għadhom ma' daħlux fis-seħħ, jew huma ta' sensittivita' kummerċjali, mhuwiex aċċessibli.

Bendy buses — rapport

Question

Wara t-tweġiba illi ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6265 u peress illi l-Ministru qal li ngħata parir biex ir-rapport dwar il-bendy buses ma jiġix irrappurtat minħabba sigurtà, jista' l-Ministru jgħid min tah dan il-parir u x'kienu l-punti ta' sigurtà illi ġew imqajma?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-parir biex ir-rapport tal-bendy buses ma jiġix irrapportat ingħata mill-esperti li kienu nvoluti fl-investigazzjoni. Fir-rapport jingħad li, l-informazzjoni li fih, tista’ tgħin lil kwalunkwe persuna b’intenzjonijiet ħżiena biex tagħti n-nar magni ta’ vetturi. Fi tmiem ir-rapport, jingħad ċar u tond li l-esperti huma kontra l-pubblikazzjoni tar-rapport. Għaldaqstant jien ħassejt li ma kellix immur kontra il-pariri tal-esperti u dan biex ma jkunx hemm riperkussjonijiet fuq is-saħħa u s-sigurta’ tal-pubbliku. Wara kollox, ir-responsabbilta għal kull inċident li jinqala’ hija tiegħi u mhux tal-Oppożizzjoni. Għalhekk, minflok inbeżża’ bħalma qiegħda tagħmel l-Oppożizzjoni, għażilt li nieħu l-prekawzjonijiet kollha biex nipproteġi lill-pubbliku. Tajjeb jingħad li anke r-rapport li għamlu l-esperti tal-Arriva ma ġiex ippubblikat, fuq parir tagħhom stess. L-istess jista’ jingħad fir-rigward tar-riżultat tal-inkjesta maġisterjali li ukoll ma ġiex ippubblikat fl-intier tiegħu iżda ġew ippubblikati biss siltiet minnu, fuq parir tal-Avukat Ġenerali. Madankollu, l-aċċess għar-rapport ingħata lil kull min talbu, fosthom lill-midja u lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport li ġie l-uffiċċju tiegħi għal darba darbtejn u kellu l-ħin kollu li ried għad-diżpożizzjoni tiegħu.

Bendy buses — rapport

Question

Wara t-tweġiba illi ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6265 u peress illi l-Ministru qal illi l-media ġiet mistiedna biex tara dan ir-rapport dwar il-bendy buses, u allura in vista tal-fatt illi l-kontenut tad-dokument qiegħed fid-dominju pubbliku, jista' l-Ministru jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Minkejja li kif diġa’ ntqal, il-midja kif ukoll kull min talab, fosthom il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-trasport, ingħataw aċċess għal dan ir-rapport, dan ma jfissirx li l-kontenut tiegħu qiegħed fid-dominju pubbliku. Għaldaqstant ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni ma tistax jew ma tridx tifhem li dan ir-rapport ma jistax jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, għaliex mhuwiex pubbliku.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — lista ta' direct orders

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6915, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw u għal-liema prodott jew servizz?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Employment Aid Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex terġa' tibda titħaddem l-Employment Aid Programme? Jista' jgħid kemm se jkun hemm fondi allokati għal dan il-programm u meta l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ se tibda tilqa' applikazzjonijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għandha pjanijiet biex terġa' tniedi programm simili għall-Employment Aid Programme meta joħorġu l-applikazzjonijiet għall-użu tal-Fond Soċjali Ewropew għall-perjodu 2014-2020.