Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissarju Viviane Reding – rappreżentant Malti — programm ta’ investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta ma kienx parteċipi fid-diskussjoni li kellu l-Gvern mar-rappreżentanti tal-Kummissarju Viviane Reding fuq il-programm hekk imsejjaħ ta’ investiment?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-laqgħa msemmija ma nħassx il-bżonn minn min kien qiegħed jmexxi l-laqgħa li jkun hemm l-preżenza tar-Rapprezentant Permanenti. Dan ma jfissirx pero’ li r-Rapprezentant Permanenti ma kinitx ta’ utilita’ f’din il-materja permezz ta’ ħidma oħra li saret b’mod paralleli

Kummissarju Viviane Reding – rappreżentant Malti — programm ta’ investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta ma kienx parteċipi fid-diskussjoni li kellu l-Gvern mar-rappreżentanti tal-Kummissarju Viviane Reding fuq il-programm hekk imsejjaħ ta’ investiment?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi t-taħdidiet li qiegħda tirreferi għalihom kienu ta’ natura teknika dwar il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment tal-Gvern Malti, ma inħassx il-ħtiega li jkun hemm preżenza mir-rapprezentanza Maltija fi Brussell billi sa dak l-istadju ma kienetx involuta fit-tfassil tal-programm u d-diskussjonijiet li saru dwaru.

Malta Enterprise — skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi miftuħin mill-Malta Enterprise biex jgħinu fl-impjieg ta' ħaddiema ġodda? Liema huma dawn l-iskemi u kemm għajnuna tingħata fuq il-paga u l-bolla tal-istess ħaddiema ġodda?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-iskema ta’ Employment Aid hija strettament skema tal-ETC. Minkejja dan, Malta Enterprise għandha preżentament tliet skemi li jsostnu l-qasam tal-impjiegi: 1. l-iskema MicroInvest, li hija skema ta’ tax credits (40% f’Malta u 60% f’Għawdex fuq l-ispiża bażika ta’ pagi u salarji u li qed tiżdied b’5% matul is-sena kurrenti 2014); 2. l-iskema Investment Aid, li wkoll tagħti perċentwal ta’ tax credits fuq l-ispiża ta’ pagi u salarji; u 3. l-iskema ta’ Business Development Grants, ibbażata fuq in-numru ta’ impjegati ġodda ma’ intrapriża.

Competitiveness Council — attendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min-naħa tal-Gvern min attenda għall-Competitiveness Council illi sar fi Brussel bejn l-20 u l-21 ta’ Frar 2014, li matulu ġew indirizzati l-industrija u s-suq intern (fl-20 ta' Frar 2014) u r-riċerka (fl-21 ta' Frar 2014)? Jista’ jgħid x’kontribut tat Malta u x’kienu l-issues ewlenin illi tqajmu mir-rappreżentanti Maltin illi bagħat il-Gvern?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob lil l-Onorevoli Interpellant sabiex jghaddi l-mistoqsija lil Ministeru kkoncernat

Transport Malta – sms alert fuq karozzi li jdaħħnu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq l-sms alert ta’ Transport Malta fejn wieħed jinforma lill-Awtorità dwar karozzi li jdaħħnu matul l-2013? Jista’ jgħid kemm-il karozza ittellgħu għat-test kaġun ta’ dawn l-sms mill-pubbliku? Jista’ jgħid kemm-il karozza ġiet ċertifikata li ma laħqitx il-livelli stabbiliti wara li saru dawn it-testijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura tas-sistema tal-emission alert hija li vettura trid tkun irċeviet aktar minn tlett rapporti permezz ta’ SMS minn numri tal-mobajl differenti fi żmien tlett xhur sabiex tkun eliġibli għall-ispezzjoni. Jitneħħew ukoll dawk ir-rapporti mil-lista ta’ SMSes li ma jkollhomx id-dettalji tajbin jew kompleti. Wara dan il-proċess sid il-vettura jiġi mitlub sabiex itella l-vettura għal spezzjoni permezz ta’ notifika illi jirċievi bil-posta. Meta vettura tittella’ għal spezzjoni u ma tkunx laħqet il-livell stabbilit ta’ emissjonijiet, sid il-vettura jingħata appuntament ieħor. F’dan l-istadju is-sid tal-karozza tinħariġlu multa. Dan il-proċess jibqa’ għaddej sa mal-vettura tgħaddi mill-ispezzjoni. F’każ li vettura ma tittellax għal spezzjoni, is-sid tal-vettura jingħata appuntament ieħor fejn ikun mitlub li jtella’ il-vettura tiegħu. Iżda wara żewg appuntamenti fejn sid il-vettura ma jkunx tella’ l-vettura għal spezzjoni hekk kif rikjest, issir restrizzjoni fuq il-liċenzja tal-vettura sabiex din ma tkunx tista’ tiġi mġedda. Ir-restrizzjoni fuq il-liċenzja titneħħa biss wara li sid il-karozza jtella’ l-vettura għall-ispezzjoni u din tgħaddi. Ninsab infurmat li t-total ta’ rapporti li daħħlu f’dan ir-rigward fis-sena 2013 ammonta għal 12,529. Minħabba l-proċedura kif spjegat hawn fuq, in-numru ta’ vetturi li kienu eliġibli għal spezzjoni jammonta għal 250 vettura. Minnhom kien hemm 21 vettura li ma laħqux il-livell stabbilit.

Trasport Pubbliku — passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm passiġġieri użaw it-trasport pubbliku f’Jannar 2014? Kemm kien id-dħul min-nollijiet tal-passiġġieri matul Jannar 2014?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li skont informazzjoni provduta mill-operatur tat-trasport pubbliku l-ammont ta’ passiġġieri li wżaw it-trasport pubbliku matul Jannar 2014 huwa stmat li kien ta’ 2,724,728. Id-dħul min-nollijiet għall-istess xahar jammonta għal €1,379,728. Informazzjoni addizzjonali: Ara dokument Nru 2535 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 132 nhar it-Tnejn 24 ta' Marzu 2014

Ftehim dwar l-Immigranti rregolari

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema huma l-pajjiżi Ewropej li magħhom intlaħħaq ftehim sabiex jieħdu immigranti rregolari minn Malta? Meta ntlaħħaq dan il-ftehim u kemm-il immigrant se jieħu kull pajjiż?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Minitseru kkonċernat

Enemalta — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpaniji jew individwi taw konsulenza lill-Korporazzjoni Enemalta mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2014? Għal kemm-il xahar se jkomplu jagħtu din il-konsulenza u x’inhi l-ispiża għal kull wieħed minnhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ftehim dwar l-Immigranti rregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-pajjiżi Ewropej li magħhom intlaħħaq ftehim sabiex jieħdu immigranti rregolari minn Malta? Meta ntlaħħaq dan il-ftehim u kemm-il immigrant se jieħu kull pajjiż?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta m'għandiex u lanqas qatt kellha ftehim sabiex pajjiżi Ewropej jieħdu "immigranti rregolari" minn Malta. Il-persuni li telqu lejn pajjiżi Ewropej permezz ta' proġetti ta' relocation, u li telqu u qed jitilqu lejn l-Istati Uniti pemezz tal-programm ta' resettlement, igawdu minn status ta' refuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja, u b'hekkk m'humiex "immigranti rregolari".

MCA – tnaqqis fil-budget

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema prijorità jew prijoritajiet ġew allokati l-€50,000 li tnaqqsu lill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) wara r-reviżjoni tal-estimi finanzjarji, u ċjoè jelenka l-oqsma u mhux sempliċiment jgħid li din is-somma se tintuża ‘f’oqsma oħra ta’ ġid għall-poplu’?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.

L-Imrieħel – xogħlijiet ta’ tiswija fuq l-Akkwadott ta’ Wignacourt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta’ tiswija fuq l-Akkwadott ta’ Wignacourt fl-Imrieħel viċin ta’ fejn topera l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji? Jista’ jgħid għala dan ilu fi stat imkisser sa mis-27 ta’ Diċembru 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 12 PQ #7538 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – prezzijiet tal-liċenzja ta’ kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti u suġġerimenti meta l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji għolliet il-prezzijiet tal-liċenzji ta’ kumpaniji fis-settur finanzjarju u dawk tal-assigurazzjoni? Jista’ jgħid b’kemm hu prevvist li se jiżdied id-dħul tal-Gvern fis-sena 2014 permezz ta’ dawn iż-żidiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta ghas-Servizzi Finanzjarji irċeviet total ta’ disa' (9) ittri b’suggerimenti u osservazzjonijiet fuq ir-reviżjoni tal-prezzijiet tal-liċenzji regolati minnha fis-settur finanzjarju bħala risposta għall-proċess ta’ konsultazzjoni li nħareġ. Erbgħa (4) minn dawn ir-risposti kienu mis-settur tal-assigurazzjoni. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-liċenzji ma tmurx għand il-gvern direttament.

Laqgħat ta’ djalogu mal-pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ djalogu saret mal-pubbliku bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013? Jista’ jgħid minn fejn saru dawn il-laqgħat?

Response (VELLA, GEORGE)

Tista' l-Onor Membru tispeċifika minn min qiegħda tistaqsi li saru l-laqgħat ta' djalogu.

Commercial and Economic Diplomacy Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-Commercial and Economic Diplomacy Unit u minn fejn qed jopera?

Response (VELLA, GEORGE)

Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7540, ninforma li l- Commercial and Economic Diplomacy Unit ġiet mwaqqfa mar-reviżjoni tal-istrutturi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin li tnehdiet fl-1 ta' Awwissu 2013. Il- Unit hija komposta minn uffiċċjal taħt id-direzzjoni ta' Assistent Direttur u Direttur fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Globali, Żvilupp Internazzjonali u Affarijiet Ekonomiċi tal-Ministeru. Fost l-għanijiet tal- Unit hemm dawk li jippromwovu lil Malta fil-qasam kummerċjali permezz tal-ħidma li ssir fir-rappreżentazi Maltin barra l-pajjiż kif ukoll sabiex ikun hemm sinerġija aktar soda bejn l-entitajiet Maltin li jaħdmu f'dan il-qasam. F'dan is-sens, il- Unit jieħu ħsieb jikkoordina u jmexxi l-laqgħat tal- Joint Stakeholders Working Council li jiġbor fi ħdanu dawn l-entitajiet. Fost il-ħidma tal- Unit hemm ukoll koordinament ma' Ministeri kkonċernati dwar it-teħid ta' pożizzjonijiet ta' Malta f'diversi fora internazzjonali kif ukoll qsim ta' informazzjoni dwar interessi kummerċjali minn u lejn Malta. Nixtieq insemmi wkoll li hemm il-ħsieb li din il- Unit tkompli tissaħħaħ anke permezz taż-żieda ta' uffiċċjali oħra fil-ġejjieni.

Laqgħa tal-Konsli Onorarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett ġabu Malta l-Konsli Onorarji mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013 hekk kif mitlub minnu fl-laqgħa tal-Konsli Onorarji li saret fis-Sajf 2013? Jista’ jagħti elenku ta’ dawn il-proġetti u jgħid kemm ħolqu impjiegi f’Malta u Għawdex?

Response (VELLA, GEORGE)

Filwaqt li napprezza l-interess li qiegħda turi l-Onor. Membru, jiena ċert li tifhem li b'numru ta' Konsli Onorarji li għandna, f'kwalunkwe ħin ikun hemm għaddejin inizjattivi u diskussjonijiet biex jitwettqu proġetti fl-interess ta' pajjiżna. Nieħu pjaċir ngħid li ninsab sodisfatt bin-nurmru ta' proġetti li ġew konklużi, jew għadhom għaddejjin imma nispera li l-Onor. Interpellant tapprezza li ħafna minn dawn l-inizzjattivi għandhom element qawwi ta' tagħrif u mportanza kummerċjali. Għalhekk filwaqt li ma nħossx li jkun f'waqtu li nippubblika dettalji ta' dawn il-proġetti, nistieden lill-Onor. Membru li jekk jogħġobha tavviċinani nagħtiha informazzjoni b'mod kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #7443 Sitting 129 2014-03-12 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 6139, 6140, 6142, 6143, 6144, 6145, 6146 u 6147 li ngħataw fil-leġislatura li għaddiet.

Skema SME Development Grant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kien hemm, li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Jannar 2014 ingħataw il-flus dovuti lilhom, peress li kienu applikaw u ġew ikkonfermati bħala eliġibbli li jgawdu mill-iskema tal-SME Development Grant?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li kien hemm kumpanija waħda li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Jannar 2014 ingħatat il-flus dovuti lilha, peress li kienet applikat u ġiet ikkonfermata bħala eliġibbli li tgawdi mill-iskema tal-SME Development Grant.

Skema Strengthening Market Entry and Internationalisation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kien hemm, li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Jannar 2014 ingħataw il-flus dovuti lilhom, peress li kienu applikaw u ġew ikkonfermati bħala eliġibbli għall-iskema Strengthening Market Entry and Internationalisation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li kien hemm total ta' 40 kumpanija li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Jannar 2014 ingħataw il-flus dovuti lilhom, peress li kienu applikaw u ġew ikkonfermati bħala eliġibbli għall-iskema Strengthening Market Entry and Internationalisation.

Employement Aid Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem u kemm-il employer ibbenefikaw mill-iskema tal-Employment Aid Programme mill-bidu tagħha sal-aħħar tal-2013? Jista’ jgħid kemm intefqu fondi għal din l-iskema mill-bidu tagħha sal-aħħar tal-2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li mill-bidu tal-Employment Aid Programme fl-2009 sal-aħħar tal-2013 ibbenefikaw 2,540 ħaddiem. Dawn kienu mpjegati ma’ 1,064 employer differenti. L-ispiża tal-grants (2540) li għadhom validi hija ta’ €13,044,970.