Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Kappara – tender għall-overpass

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se toħroġ it-tender għall-overpass tal-Kappara?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tender għall-overpass tal-Kappara hu mistenni li toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.

Transport Malta – Sms Alert fuq karozzi li jdaħħnu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq l-sms alert ta' Transport Malta fejn wieħed jinforma lill-Awtorità dwar karozzi li jdaħħnu, matul l-ewwel sitt xhur tal-2014? Jista' jgħid kemm-il karozza ttellat għal test kaġun ta' dawn l-sms mill-pubbliku? Jista' jgħid kemm-il karozza ġiet ċertifikata li ma laħqitx il-livelli stabbiliti wara li saru dawn it-testijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura tas-sistema tal-emission alert hija li vettura trid tkun irċeviet aktar minn tlett rapporti permezz ta’ SMS minn numri tal-mobajl differenti fi żmien tlett xhur sabiex tkun eliġibli għall-ispezzjoni. Jitneħħew ukoll dawk ir-rapporti mil-lista ta’ SMSes li ma jkollhomx id-dettalji tajbin jew kompleti. Wara dan il-proċess sid il-vettura jiġi mitlub sabiex itella l-vettura għal spezzjoni permezz ta’ notifika li jirċievi bil-posta. Meta vettura tittella’ għal spezzjoni u ma tkunx laħqet il-livell stabbilit ta’ emissjonijiet, sid il-vettura jingħata appuntament ieħor. F’dan l-istadju is-sid tal-karozza tinħariġlu multa. Dan il-proċess jibqa’ għaddej sa mal-vettura tgħaddi mill-ispezzjoni. F’każ li vettura ma tittellax għal spezzjoni, is-sid tal-vettura jingħata appuntament ieħor fejn ikun mitlub li jtella’ il-vettura tiegħu. Iżda wara żewg appuntamenti fejn sid il-vettura ma jkunx tella’ l-vettura għal spezzjoni hekk kif rikjest, issir restrizzjoni fuq il-liċenzja tal-vettura sabiex din ma tkunx tista’ tiġi mġedda. Ir-restrizzjoni fuq il-liċenzja titneħħa biss wara li sid il-karozza jtella’ l-vettura għall-ispezzjoni u din tgħaddi. Ninsab infurmat li t-total ta’ rapporti li daħlu matul l-ewwel sitt xhur tal-2014 ammonta għal 5,734. Minħabba l-proċedura kif spjegat hawn fuq, in-numru ta’ vetturi li kienu eliġibli għal spezzjoni jammonta għal 97 vettura. Minnhom kien hemm 11 vettura li ma laħqux il-livell stabbilit.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – persons of trust

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2344, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, u jgħid jekk sal-lum l-Ministeru żiedx iktar konsulenti (inkluż persons of trust), oltre dawk li ssemmew fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 349, li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid x’terms of reference għandhom il-konsulenti (u persons of trust) kollha għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #10466 Sitting 183 2014-07-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 339 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #10467 Sitting 183 2014-07-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista aġġoranta tal-persons of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jressaq lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu is-servizz tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – lista aġġornata tal-persons of trust

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jressaq lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu is-servizz tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ġew maħtura erba’ persuni sabiex jagħmlu xogħol marbut direttament mal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017. Dawn il-persuni qegħdin jaħdmu fuq Programmar u Taħriġ, ko-ordinazzjoni tal-policies, loġistika w amministrazjoni w finanzi.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 352, 2347, 6900 u 7653 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma – software application

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi launched l-app (software application) li hemm intenzjonata għall-użu mill-pubbliku għall-informazzjoni dwar kontijiet tad-dawl u ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-software application ġiet imnedija f’Marzu ta’ din is-sena.

BICC – konsulenti u persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il konsulent jew person of trust ġie ingaġġat mal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) mill-10 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014, inkluż dawk kollha mogħtija contract of service? Tista’ tgħid min huma, tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom, u tgħid kemm għandhom paga u perkaċċi oħra?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kienu impjegati tliet persuni fil-kategorija li għalihom qed issir l-interpellanza.

BICC – Chairperson — paga u perkaċċi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti breakdown tal-paga u l-perkaċċi li jgawdi ċ-chairperson tal-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC)?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari numru 7415.

Ambaxxata Maltija fi Tripli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kemm l-Ambaxxatur Malti għal Tripli kif ukoll is-Second Secretary fl-istess ambaxxata ma kenux fl-Ambaxxata Maltija matul il-ġimgħa li ntemmet il-Ħadd 13 ta’ Lulju 2014? Min approva li dan jitħalla jsir? Jista’ jgħid min kien responsabbli mill-ambaxxata matul din il-ġimgħa msemmija?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ambaxxatur ta’ Malta fi Tripli kien jinsab Malta għal-Laqgħa tal-Ambaxxaturi li saret fil-ġimgħa msemmija. Il-ġranet li fihom kellu jkun assenti kienu bejn id-9 u t-12 ta’ Lulju u kellu jiorritorna Tripli fit-13 ta’Lulju. Dawn ma kienux ġranet leave, imma ġranet li fihom attenda l-imsemmija laqgħa f’ Malta. L-Ambaxxatur ma setax jirritorna Tripoli għaliex ingħalaq l-ajruport. Ninforma ukoll lil-Onor. Interpellant li fl-Ambaxxata Maltija fi Tripoli ma hemmx “Second Secretary”. Matul dan il-perjodu kien hemm żewġ Uffiċjali Maltin jiehdu ħsieb l-affarijiet
Leg 12 PQ #10092 Sitting 171 2014-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana – investigation report

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, min-naħa tad-Dwana, x'inhi l-utilità jew għaliex il-Pulizija tagħmel investigation report wara sejba ta' oġġetti ta' kuntrabandu liema rapport jgħaddi għand id-Dwana? F'liema stadju jew meta jgħaddi għand id-Dwana mill-Pulizija tali rapport, u xi jkun fih tali rapport?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-utilità ta’ investigation report mill-Pulizija toħroġ mill-poteri u għodod investigattivi tal-Pulizija fuq dawk tad-Dwana, bħal proċeduri ta’ nterrogazzjoni, li minnhom jista’ jkun stabbilit aħjar kull ksur tal-liġi u r-responsabbiltà għalih. Ir-rapport li jgħaddi għand id-Dwana mill-Pulizija jkun fih ir-rizultat tal-investigazzjonijiet tal-Pulizija, malli dawn ikunu lesti.
Leg 12 PQ #10093 Sitting 171 2014-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana – seizure note

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi jew x'tikkontjeni seizure note li ssir mill-Pulizija għad-Dwana wara sejba ta' oġġetti ta' kuntrabandu? F'liema stadju wara s-sejba ssir tali nota, u x'inhi l-ħtieġa tagħha għad-Dwana?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Seizure Note, jew Nota ta Qbid, tinħareġ mid-Dwana, mhux mill-Pulizija, dwar oġġetti maqbuda li jistgħu jiġu konfiskati taħt il-liġijiet tad-Dwana, bid-dettalji ta’ l-oġġetti maqbuda u r-raġunijiet dwar il-qbid. In-Nota ta’ Qbid ssir malli l-oġġetti maqbuda jgħaddu għand id-Dwana u ssir skont proċedura li tippermetti l-kontestazzjoni tal-qbid tal-oġġetti permezz ta’ rikors fil-Qorti Ċivili.

Triq il-Kosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-uffiċjal inkargiat bħala project supervisor for the construction stage fuq il-Proġett tal-Coast Road?

Response (MIZZI, JOE)

Id-dettalji tal-uffiċjal inkarigat bħala Project Supervisor For The Construction Stage fuq il-proġett tal-Coast Road se jiġu mgħoddija lill-Onor. Interpellant b’mod kunfidenzjali.

Transport Malta – Health and Safety

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti fejn l-uffiċjal inkarigat mill-Health and Safety għan-nom ta’ Transport Malta huwa persuna li topera fi ħdan l-Occupational Health & Safety Unit ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Occupational Health & Safety Unit tal-Ministeru qed tipprovdi il-funzjoni ta’ health & safety għal Transport Malta fuq il-proġett tal-MODUS.

Transport Malta –Health and Safety

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti fejn l-uffiċjal inkarigat mill-Health and Safety għan-nom ta’ Transport Malta huwa persuna outsourced?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta għandha żewġ proġetti għaddejjin fejn l-uffiċjal inkarigat mill-Health and Safety huwa outsourced. Dawn huma: · Il-proġett ta’ Deep Water Quay · Il-proġett tal-breakwater ta’ Marsaxlokk

Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini– ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm ingaġġati mal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) preżentement?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) –konsulenti u persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent jew person of trust ġie ingaġġat mal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-24 ta’ Ġunju 2014, inkluż dawk kollha mogħtija contract of service? Jista’ jgħid min huma? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom? Jista’ jgħid kemm għandhom paga u perkaċċi oħra?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) — chairperson

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-paga u l-perkaċċi li jgawdi ċ-chairperson tal-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC)?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.