Legislature:
Category:
Reset
Active:

Start Ups — skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi hemm miftuħin bħalissa għall-istart ups?

Response (CARDONA, CHRIS)

L-iskemi li għandha miftuħin bħalissa l-Malta Enterprise huma kollha miftuħin għal start-up enterprises. Dan dejjem jiddependi mis-settur u l-eliġibilità tal-attività tal-istart-up. Partikolarment ta’ interess għall-istart-ups huma l-Business Advisory Scheme u l-Business Development Scheme. Dettalji dwar dawn l-iskemi jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku ta’ Malta Enterprise jew billi wieħed jikkuntattja l-uffiċċju ta’ Business First f’Gwardamangia. Fiż-żmien li ġej se tkun imnedija wkoll skema kompletament ġdida, li d-dettalji tagħha se jkunu mħabbra dalwaqt, u li se tkompli tagħti aktar impetu lill-kumpaniji ġodda. Fl-istess waqt, ta’ min jirrimarka dwar il-proċess li jinsab għaddej biex ikun hemm streamlining tal-iskemi ta’ inċentivi mogħtija minn Malta Enterprise, biex ikun evitat li jkun hemm skemi li fl-aħħar mill-aħħar jimmiraw għall-istess oġġettivi u minflok qed jinħolqu skemi li mistennija jgħinu lill-intrapriża f’oqsma diversi, biex jilħqu miri diversi, skont il-ħtiġijiet tagħhom.
Leg 12 PQ #11348 Sitting 190 2014-10-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il promotion ingħatat fid-Dwana bejn l-1 ta’ Mejju 2013 u l-15 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid min ħadhom dawn il-promozzjonijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ngħataw 114 il-promotion fid-Dwana fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – konsulenti u persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10465, u jgħid jekk sal-lum il-Ministeru żiedx iktar konsulenti (inkluż persons of trust), oltre dawk li ssemmew fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 349, li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid x’terms of reference għandhom il-konsulenti (u persons of trust) kollha għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi segwitu tal-Mistoqsija Parlamentari numru: 349, ġew ingaġġati dawn il-konsultenti: Strategic and Priorities Unit Dr Andy Ellul Terms of Reference Legal Consultant Contracts for Service – Advisory/Consultancy Terms of Reference Profs Maurice Mullard Financial and Budgetary matters Mr Godwin Mifsud Pensions Reform/Drafting of Strategy Dr Aaron Grech Pensions Reform/Drafting of Strategy Persons on Trust (Advisory) Terms of Reference Ms Maria Rauch Consultant re EU Funds, LEAP Project
Leg 12 PQ #10858 Sitting 189 2014-10-21 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – konsulenti u persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10466 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tispeċifika eżattament il-perjodu taż-żmien li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija.
Leg 12 PQ #10859 Sitting 189 2014-10-21 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru –konsulenti u persons of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10467, u jagħti lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema perjodu qed tirreferi .
Leg 12 PQ #10860 Sitting 189 2014-10-21 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CHOGM — Tħejjijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi tħejjijiet saru s’issa min-naħa tal-Gvern għaċ-CHOGM li hemm ippjanat li jsir f’Malta s-sena dieħla?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-preparamenti għac-CHOGM li se ssir Malta is-sena d-dieħla mixjin sew skont kif ppjanat. It-tnedija uffiċjali se ssir f'Novembru fejn jitħabbru aktar dettalji.

Skema tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li għas-sena skolastika 2014–2015, l-iskema tal-frott u l-ħaxix li kien jitqassam fl-iskejjel se tkompli ssir bl-istess mod u frekwenza li saret matul is-sena li għaddiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Iva, għas-sena skolastika 2014–2015, l-iskema tal-frott u l-ħaxix li kien jitqassam fl-iskejjel se tkompli ssir bl-istess mod u frekwenza li saret matul is-snin li għaddew.

Laqgħa tal-Competitiveness Council – deċiżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux xi deċiżjonijiet fil-laqgħa tal-Competitiveness Council li saret ġewwa Brussell fil-21 ta’ Lulju 2014 għall-Ministru u jista’ jgħid x’punti ġew imressqa għad-diskussjoni matul il-working session li ġiet iċċerjata minnu u x’kien l-eżitu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ambaxxaturi — allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ambaxxatur mhux residenti li għandu paga jew allowance jew xi tip ta' ħlas ieħor kull xahar? Kemm hu l-ammont u min qed jieħu dan il-benefiċċju? Jista' jgħid minn meta beda jingħata dan il-ħlas?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm għaxar (10) Ambaxxaturi mhux residenti li qed jieħdu Onoraria ta' €5,000 fis-sena. L-Onoraria tibda tingħata mid-data tal-appointment.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – persuni ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mid-9 ta' Marzu 2013 sal-15 ta' Lulju 2014? F'liema gradi kien hemm dawn il-vacancies? Kemm hija l-paga u l-allowances għal kull wieħed minn dawn l-impjiegi? Kemm hi n-nefqa totali ta' dawn l-impjiegi kollha fis-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #10806 Sitting 188 2014-10-20 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti – appelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il appell sar quddiem id-Dipartiment tal-Kuntratti bejn Marzu 2013 u Awwissu 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngharraf lil-Onor. Interpellant illi saru, u nqatghu 143 appell quddiem il-Public Contracts Review Board ghall-perjodu msemmi. Barra minn hekk, fl-istess perjodu nqatghu ukoll 47 appell iehor li kienu pendenti qabel Marzu 2013.
Leg 12 PQ #10807 Sitting 188 2014-10-20 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti — Appelli

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli kollha li ġew intavolati quddiem id-Dipartiment tal-Kuntratti bejn Marzu 2013 u Awissu 2014, u jgħid f’liema stadju waslu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #10808 Sitting 188 2014-10-20 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Departmental contracts mogħtija minn Heads of Department

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-departmental contracts kollha li ngħataw mill-heads of department f’perjodu ta’ sitt xhur konsekuttivi, liema sitt xhur konsekuttivi għandhom jintgħażlu minn bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Awwissu 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-każ tal-Lotto, Customs u Treasury, ir-risposta hija fin-negattiv.

Entitajiet ta’ health and safety

Question

Fl-eventwalità li jseħħu xi casualties riżultat ta’ inċidenti tan-nar f’postijiet pubbliċi, tista’ l-Ministru tgħid min hi/huma l-entità/entitajiet responnsabbli li tipproċedi/jipproċedu kriminalment, ċivilment u anke minn perspettiva ta’ health and safety kontra l-persuna/organizzazzjoni responnsabbli?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li jekk l-inċident huwa dovut minn nuqqas ta’ konformitá ta’ prodott partikolari ma’ liġijiet ippubblikati skond l-Att għas-Sigurta tal-Prodotti, d-Diviżjoni għar-Regolamenti Tekniċi fi ħdan l-Awtoritá Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur hija responsabbli li tieħu azzjoni fuq il-prodott u fuq min poġġa dak il-prodott fis-suq. Kull azzjoni ġuridika li tittieħed issir taħt il-kodiċi kriminali.

Casualities b’riżultat ta’ inċidenti tan-nar

Question

Fl-eventwalità li jseħħu xi casualties riżultat ta’ inċidenti tan-nar f’post li support kellu fire protection system adegwata stallata (kemm jekk il-post huwa wieħed pubbliku u kemm jekk il-post huwa wieħed privat), tista’ l-Ministru tgħid min hi/huma l-entità/entitajiet responnsabbli li tipproċedi/jipproċedu kriminalment, ċivilment u anke minn perspettiva ta’ health and safety kontra l-persuna/organizzazzjoni responnsabbli?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.

Settur tal-Fire Health and Safety

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li fil-futur qarib jsir xi tibdil fil-leġiżlazzjoni li hemm in vigore bħalissa bil-għan li s-settur tal-fire health and safety jiġi streamlined?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.

Twinning Projects – mandated bodies

Question

Jista’ d-Deptut Prim Ministru jgħid min huma l-mandated bodies ta’ Malta li jistgħu jidħlu għall-Proġetti tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala Twinning Projects lista tad-direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10788

Is-Swieqi – tnaqqis fl-inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex irreġistrat improvement u jekk ġewx irrappurtati inqas inċidenti (inkluż vandaliżmu) ġewwa l-lokalità tas-Swieqi minn mindu infetħet l-għassa tal-pulizija? Jista’ jgħid jekk għandux statistika dwar l-inċidenti (inkluż vandaliżmu) li ġew irrapporti ġewwa s-Swieqi bejn Marzu 2012 u Awwissu 2014, xahar b’xahar, u jekk għandu ġentilment jippreżenta kopja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm il-perjodu minn meta fettħet l-għassa tas-Swieqi fl-aħħar ta’ April 2014, huwa relativament qasir biex wieħed ikun jista jikkompara il-figuri kif mitluba, jidher li meta kkompararati mal-figuri tas-sena l-oħra, ir-rapporti ta’ inċidenti fiż-żona msemmija kienu anqas din is-sena, mis-sena li għaddiet. Dan ma jfissirx li sar biżżejjed biex nsolvu l-problemi f’din il-lokalita’. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ inċidenti kif mitluba, għalkemm din il-lista trid tiġi studjata f’aktar dettal la jgħaddi aktar żmien mindu nfetħet l-għassa tas-Swieqi. Din l-għassa nfetħet f’April 2014 wara li residenti kienu ilhom jitolbu għaliha għal diversi snin taħt amministrazzjoni preċedenti. Apparti mill-għassa, wara li daħħalna 113 il-Pulizija ġdid, żidna l-kompliment tal-Pulizija fid-distrett li s-Swieqi jgħamel parti minnu b’25. Dan ma jfissirx li l-problemi ssolvew, pero jfisser li dan l-Gvern wara diversi laqgħat mar-residenti ta’ lokalitajiet, li huma l-aktar milquta mill-effetti tat-turiżmu, bil-fatti qed juri li għandu rieda biex ir-residenti f’dawn l-lokalitajiet kif jixraqilhom, jkunu aktar siguri.

Ambaxxata Maltija fi Tripli

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10462, jista’ l-Ministru jgħid min kienu ż-żewġ uffiċjali Maltin li kienu qegħdin jieħdu ħsieb l-affarijiet matul il-ġimgħa li ntemmet 13 ta’ Lulju 2014?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żewġ uffiċjali Maltin li kienu qegħdin jieħdu ħsieb l-affarijiet matul il-ġimgħa li ntemmet 13 ta' Lulju 2014 kienu s-Sinjorina Nathalie Muscat - Attache', u s-Sur Arthur Taliana - Counsellor.