Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ djalogu saret mal-pubbliku bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid fejn saru dawn il-laqgħat?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett ġabu Malta l-Konsli Onorarji mid-9 ta’ Marzu sal-31 ta’ Ottubru 2014 hekk kif mitlub minnu fil-laqgħa tal-Konsli Onorarji li saret fis-Sajf 2013? Jista’ jagħti elenku ta’ dawn il-proġetti u jgħid kemm ħolqu impjiegi f’Malta u Għawdex?
Fire protection systems — inċidenti - responsabilità
Question
Fl-eventwalità li jseħħu xi casualties riżultat ta’ inċidenti tan-nar f’post li suppost kellu fire protection system adegwata stallata (kemm jekk il-post huwa wieħed pubbliku u kemm jekk il-post huwa wieħed privat), jista’ l-Ministru jgħid min hi/huma l-entità/entitajiet responsabbli li tipproċedi/jipproċedu kriminalment, ċivilment u anke minn perspettiva ta’ health and safety kontra l-persuna/organizzazzjoni responsabbli?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – fire systems — disinn
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema unit fi ħdan l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà hu involut fid-disinn ta’ fire systems (inkluż fire doors) li jkunu se jiġu stallati? Xi kwalifiki għandhom il-ħaddiema li qegħdin jagħmlu dan?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – monitoring tal-istallazzjonijiet ta’ fire systems
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema unit fi ħdan l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà hu involut fil-monitoring tal-istallazzjonijiet tal-fire systems (inkluż fire doors)? Xi kwalifiki għandhom il-ħaddiema li qegħdin jagħmlu dan?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – fire systems — commissioning
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema unit fi ħdan l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà tiġi involuta fil-commissioning ta’ fire systems (inkluż fire extinguishers) li jkunu ġew stallati? Xi kwalifiki għandhom il-ħaddiema li qegħdin jagħmlu dan?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – Fire systems — regoli tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kontrolli hemm mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà sabiex tassigura li l-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar fire systems qegħdin jiġu osservati f’pajjiżna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Fl-eventwalità li jseħħu xi casualties riżultat ta’ inċidenti tan-nar f’postijiet pubbliċi, min hi/huma l-entità/entitajiet responsabbli li tipproċedi/jipproċedu kriminalment, ċivilment u anke minn perspettiva ta’ saħħa u sigurtà kontra l-persuna/organizzazzjoni responsabbli?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar– lista aġġornata tal-persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jressaq lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu is-servizz tagħhom lid-dekasteru tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika l-perjodu li għalih qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il promotion ingħatat fid-Dipartiment tal-VAT bejn l-1 ta’ Mejju 2013 u l-15 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid min ħadhom dawn il-promozzjonijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 31 promozzjonijiet fid-Dipartiment tal-VAT fil-perjodu msemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il promotion ingħatat fid-Dipartiment tal-Income Tax bejn l-1 ta’ Mejju 2013 u l-15 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid min ħadhom dawn il-promozzjonijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 37 promozzjonijiet fid-Dipartiment tal-Income Tax fil-perjodu msemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il turist għamel vakanza ta’ long stay fil-perjodu ta’ l-1 ta’ Settembru 2013 u t-30 ta’ Settembru 2014? Jista’ jgħid kemm damu u jgħid matul liema xhur? Jista’ jagħti din l-informazzjoni fil-format tat-tabella li qed tingħata separatament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-prassi dwar il-meters tad-dawl temporanji li jitwaħħlu għall-użu f’xi okkażjoni ta’ xi festa jew attività li ssir fuq barra? Jista’ jgħid fejn wieħed għandu japplika u kemm-il ġurnata qabel irid japplika? U jekk japplika aktar tard minn xi data stipulata hemm xi ħlas addizzjonali li jkun irid jitħallas? Kemm-il meter jista’ bejjiegħ/sid ta’ Gabbana/stall ikollu fuq ismu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija pubblika.
(Informazzjoni Addizjonali: PL 3460 li ngħatat fis-Seduta 191, nhar it-Tnejn 27 ta' Ottubru 2014)
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’inhuma s-26 proċedura ta’ ksur li hemm miftuħin kontra Malta fil-preżent?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninfroma l-Onor. Interpellant li s-26 proċedura niżlu għal 23. Dawn il-proċeduri ta’ ksur qegħdin maqsuma skont is-setturi indikati hawn taħt.
Qasam
Numru ta’ Proċeduri ta’ Ksur
Transport
2
Agrikoltura
2
Ġustizzja
2
Finanzi
3
Intern
5
Enerġija
1
Servizzi Soċjali
1
Ambjent
5
Turiżmu
2
Total
23
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – reġistru tal-Fire Engineers
Question
Peress li l-website uffiċjal tal-Gvern tgħid li l-Ministru hi responsabbli mis-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (kif qed jidher fl-istampa li qed tingħata separatament), tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà għandhiex reġistru ta’ fire engineers?
Response (DALLI, HELENA)
L-OHSA m’hijiex l-Awtoritá kompetenti fuq materji relatata ma’ fire safety, u għalhekk ma żżommx tali reġistru kif qed tgħid l-Onor. Interpellanta.