Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Libertajiet Ċivili u Affarijiet tal-Konsumatur — xiri ta’ biljetti minn kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tagħha mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm 7 okkażjonijiet fejn inxtraw 11-il biljett tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament għall-valur bejn 360 u 800 ewro f’kull okazzjoni. Kull darba li inxtraw dawn il-biljetti intalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Barra biljetti, ma nxtraw l-ebda servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija.

Pannelli Fotovoltajċi – tender għax-xiri ta’ enerġija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-awdituri li rrefera għalih fis-seduta tal-20 ta’ Ottubru għar-rigward tal-għoti tat-tender għax-xiri ta’ enerġija u ħlas għall-obbligi oħra minn pannelli fotovoltajċi fuq bjut ta’ binjiet tal-Gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-internal audit report ġie mgħoddi lill-Pulizija.

Għawdex – Digital Hub – kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-consortium Gozo Connect li rebaħ il-kuntratt biex jagħmel it-technical and feasibility study dwar Digital Hub f’Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat. ( Ara d-dokument PL 3691 u l-kummenti tal-Ministru Onor. Chris Cardona li għamel waqt it-Tqegħid ta' Karti fis-Seduta 198, tat-Tlieta, 11 ta' Novembru 2014)
Leg 12 PQ #11929 Sitting 197 2014-11-10 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Digital Hub – kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-consortium Gozo Connect li rebaħ il-kuntratt biex jagħmel it-technical and feasibility study dwar Digital Hub f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11730.
Leg 12 PQ #11930 Sitting 197 2014-11-10 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – xiri ta’ biljetti minn kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – xiri ta’ biljetti minn kumpanija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ġejt informa li nxtara biljett wieħed mill-aġenżija msemmija. Il-valur tal-biljett tal-ajru kien ta' €540.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xiri ta’ biljetti minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 27 okkażjoni fejn inxtraw biljetti tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament għall-valur medju ta' €2,325.42. Kull darba li nxtraw il-biljetti intalbu kwotazzjonijiet skond ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'kollox kien hemm 783 okkażjoni fejn inxtraw biljetti tal-ajru u li minbarra l-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, kien hemm 8 aġenziji oħra li minn għandhom inxtraw biljetti tal-ajru.

salarju u perkaċċi — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju, inkluż il-perkaċċi tal-persuna lid-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-individwu konċernat qed jitħallas salarju ekwivalenti għal Skala 2 tas-Servizz Pubbliku fis-sena. Huwa ntitolat ukoll għal expense allowance, car allowance, rifużjoni ta' spejjeż ta' mobile phone kif ukoll għal Internet Connrction fir-residenza tiegħu.

Presidenza — Senior Policy Officers - persuna magħżula

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta hemm il-ħsieb li jiġu magħżula l-persuna li applikaw għall-post ta' Senior Policy Officers fir-rigward tal-Presidenza?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proċess mistenni jkun komplut sa kmieni s-sena d-dieħla.

Presidenza — training lill-ħaddiema taċ-ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' training qed jingħataw il-ħaddiema taċ-ċivil bħala tħejjija għall-Presidenza? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-sillabu li qed jiġi kopert matul dan it-training?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ħaddiema taċ-ċivil barra t-taħriġ li qed jirċievu mingħand ic-CDRT, qed jingħataw opportunitajiet ta' taħriġ ieħor f'dak li għandu x'jaqsam mall-Affarijiet Ewropej. Dan it-taħriġ għandu jgħinhom għall-perjodu ta' meta Malta se jkollha l-Presidenza fl-2017. Huwa mistenni li fis-sentejn li ġejjin jitnieda taħriġ biex ikomplu jissaħħu l-istrutturi għall-ħidma marbuta mal-Unjoni Ewropea nkluża l-Presidenza.

Ftehim bilaterali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-ftehim bilaterali li ffirma pajjiżna bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014 u li ma jinsabux fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru mmexxi minnu?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – spiża ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża ta’ overtime bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014 għall-Ministeru mmexxi minnu?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – sit elettroniku bil-Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sit elettroniku tal-Ministeru mmexxi minnu jkun ukoll bil-verżjoni Maltija? Jekk iva, jista’ jgħid meta se jsir dan?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Millenium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-Ministeru mmexxi minnu fir-rigward tal-miri tal-Millennium Development Goals? Jista’ jgħid x’verifiki qed isiru fuq il-fond tal-Overseas Development Aid imqassma fl-2014?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.

Presidenza — kariga ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of referenceilli ngħata l-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-kariga ġdida tiegħu bħala l-Media and Communications Persongħall-Presidenza?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata se tkun nvoluta fl-istrateġija tal-marketing u komunikazzjoni marbuta mal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea 2017

Proġetti mill-fondi tal-Unjoni Ewropea 2007-2013

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista tal-proġetti li hemm allokati fondi għalihom mill-fondi tal-Unjoni Ewropea perjodu 2007-2013, inkluż dawk li ħarġet is-sejħa għall-offerti għalihom, dawk li diġà nbdew kif ukoll dawk li għadhom ma nbdewx?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħmel referenza għall-website http://www.ppcd.gov.mt ( Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 3648 li tpoġġiet f'Seduta 196, nhar l-Erbgħa, 5 ta' Novembru 2014 )