Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – allowances rigward ivvjaġġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-allowances fir-rigward ta’ vvjaġġar illi jgawdi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina, u kemm huma? Jista’ jgħid jekk igawwdix ukoll minn allowances ta’ vvjaġġar, familjari u dipendenti tal-Ambaxxatur, u kemm hu l-valur?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina jgawdi l-istess drittijiet u privileġġi li kienu jgawdu l-Ambaxxaturi Maltin għaċ-Ċina ta' qablu.
Rigward kemm huma, nitlob lill-Onor. Interpellant tindika l-perjodu li qed titkellem dwaru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina ingħatax akkomodazzjoni, u jekk iv, x’tip ta’ akkomodazzjoni, jekk hihiex furnished jew le, jekk hux b’kera jew mixtrija? Jekk inhi mikrija, jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-kera? Jekk inhi mixtrija, jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtrat u meta?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina ingħata akkomodazzjoni
fully furnished
bħalma ingħataw l-Ambaxxaturi ta' qablu. Din l-akkomodazzjoni hija appartament mikri mill-Gvern ta' Malta, b'kera ta' RMB133,110, li titħallas kull tlett xhur.
Bħalma jiġri f'każi fejn Ambaxxaturi jingħataw akkomodazzjoni, qed jitnaqqas parti mill-post-adjustment allowance skont formula stabbilita.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta l-SMEs se jkunu jistgħu japplikaw għall-SME Initiative? Jista’ jgħid fiex se tkun tikkonsisti din l-inizjattiva?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninstab infurmat li l-SMEs se jkunu jistgħu japplikaw għall-SME Initiative fl-2015. Din l-inizjattiva se tkun qed tiffaċilita il-possibilita' għall-SMEs biex ikollhom aċċess għall-finanzjarjament tan-negozju tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u meta qed jitqassam l-ikel mogħti lil Malta mill-EU’s Food Aid Programme?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Wara li saru d-diskussjonijiet neċessarji u estensivi mal-Unjoni Ewropea u tlestiet id-dokumentazzjoni meħtieġa, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali ffinaliżża l-preparamenti neċessarji għall-ħruġ tat-tender kif ukoll il-call for partner organisation/s relatati mat-tħaddim ta’ dan il-programm.
Hu ppjanat li dan il-programm jibda jitwettaq mill-aktar fis possiblli wara li jiġi aġġudikat it-
tender
kif ukoll jintgħażel jew jintġħażlu l-
partner organisation/s
li ser jassistu lill-Ministeru fit-tqassim tal-ikel lil dawk il-persuni li huma kkunsidrati bħala li għandhom l-aktar dħul baxx u allura l-aktar vulnerabbli u fil-bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-basic salary tal-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hija pubblika u bi sforz żgħir issibha, u tinduna wkoll li dan huwa l-istess bħal ma kien tal-Ambaxxatur ta' qablu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’allowances għandu l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina jgawdi mill-
allowances
li jingħataw lill-Ambaxxaturi kollha, u huma l-istess bħal dawk li kienu jingħataw taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Dawn huma :
Post-adjustment
Settling in
Representation
Outfit
Child
Education
Medical
Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – settling-in allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina igawdix minn settling-in allowance, u jekk iva, kemm hi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina gawda minn
settling-in allowance
, bħalma gawdew l-Ambaxxaturi għaċ-Ċina ta' qablu fil-passat. Is-
settling-in allowance
kienet tammonta għal €8,988.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm okkażjoni waħda fejn inxtara biljett tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament għall-valur ta’ €917.98. F’din l-okkażjoni l-ispiża kienet inqas minn dik medja. Meta nxtara dan il-biljett intalbet kwotazzjoni skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’kollox inxtraw 52 biljett tal-ajru u li minbarra l-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, kien hemm 8 aġenziji oħra tal-ivvjaġġar li minn għandhom inxtraw biljetti tal-ajru.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li kien hemm 9 okkażżjonijiet fejn inxtraw 12-il biljett tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament għall-valur medju ta’ € 736 f’kull okkażżjoni. F’7 okkażżjonijiet l-ispiża kienet inqas minn dik medja. Kull darba li nxtraw dawn il-biljetti ntalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-Gvern. Ma nxtara l-ebda servizz ieħor mingħand din l-aġenzija.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 5 okkażjonijiet fejn inxtraw biljetti tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament għall-valur medju ta’ 659.56 Ewro f’kull okazzjoni. Fi 3 okkażjonijiet l-ispiża kienet inqas minn dik medja. Kull darba li inxtraw dawn il-biljetti intalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox inxtraw 7 biljetti tal-ajru u li minbarra l-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, kien hemm 2 aġenziji ohra tal-ivvjaġġar li minn għandhom inxtraw biljetti tal-ajru.
Ma kien hemm ebda okkażjoni fejn inxtara servizz ieħor mingħand din l-aġenzija.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm tnejn u għoxrin (22) okkażjoni fejn inxtraw biljett tal-ajru mill-aġenzija msemmija. Ma kienx hemm każijiet fejn inxtara servizz ieħor mingħand din l-aġenzija, li ma kienx biljetti tal-ajru. Kull darba li nxtraw dawn il-biljetti intalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Minbarra l-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, kien hemm seba’ (7) agenziji oħra tal-ivvjaġġar li inxtraw minn għandhom biljetti tal-ajru.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Turiżmu – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-Ministeru/entitajiet fi ħdanu kien hemm għaxar okkażjonijiet li fihom inxtraw biljetti tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament għall-valur medju ta’ €999 kull darba. Fi tmien okkażjonijiet l-ispiża kienet inqas minn dik medja. Kull darba li inxtraw dawn il-biljetti (13-il biljett b’kollox) intalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-Gvern. Infurmat li ma kien hemm ebda servizz ieħor mixtri mill-aġenzija indikata fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija. Inżid ngħid li matul l-istess perjodu l-Ministeru/entitajiet fi ħdanu xtraw biljetti tal-ajru mingħand 27 aġenzija oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Nterpellanta li mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, il-Ministeru, is-Segretarjat Parlamentari, kif ukoll id-Dipartimenti u l- Entitajiet li jaqgħu taħthom xtraw 142 biljett tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament għall-valur medju ta’ €996.13 f’kull okkażjoni. Kull darba li nxtraw dawn il-biljetti ntalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-Gvern. Minbarra l-aġenzija msemmija, kien hemm 5 aġenziji oħra li mingħandhom inxtraw biljetti tal-ajru. Barra minn dan inxtara servizz ieħor mill-aġenzija msemmija għall-ammont totali ta’ €305.45.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 14 – il okkażjoni fejn inxtraw 28 biljett tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament għall-valur medju ta’ €1,572 f’kull okazzjoni. F’7 okkazjonijiet l-ispiza kienet inqas minn dik medja. Kull darba li inxtraw dawn il-biljetti intalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox inxtraw 201 biljetti tal-ajru u minbarra l-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, kien hemm 5 aġenziji oħra tal-ivvjaġġar li minn għandhom inxtraw biljetti tal-ajru. Kien hemm okkażżjoni waħda fejn inxtara servizz ieħor minn għand din l-aġenzija, li ma kienx biljetti tal-ajru.
Ministeru għall-Għawdex – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 15-il okkażjoni fejn inxtraw 28 biljett tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament għall-valur medju ta’ €1,841 f’kull okkażjoni. F’10 okkażjonijiet l-ispiża kienet inqas minn dik medja. Kull darba li inxtraw dawn il-biljetti intalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox inxtraw 66 biljetti tal-ajru u li minbarra l-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, kien hemm 4 agenziji oħra tal-ivvjaġġar li minn għandhom inxtraw biljetti tal-ajru.