World Travel Market f'Londra — parteċipazzjoni ta' Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-World Travel Market li saret riċentament ġewwa Londra, u ċjoè l-ispiża totali inkluż il-kirja tal-istand, l-armar, kwalunkwe poster/billboard/fuljett eċċ. li saru, kif ukoll l-akkomodazzjoni, subsistence allowance u biljetti tal-ajru ta’ dawk involuti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-World Travel Market li tigi organizzata f'Londra, f’Novembru kull sena, hi wahda mill-fieri ewlenin u ta’ mportanza fl-industrija tat-Turi¿mu. Għall-edizzjoni ta' din is-sena attendew 52,000 delegat minn madwar id-dinja, kif ukoll madwar 45,000 vi¿itatur. Din il-fiera hija opportunita’ u appuntament importanti għal laqgħat ma’ operaturi turistici, linji ta' l-ajru u ġurnalisti mill-pajjizi Nordiċi, l-Amerika, l-Indja u l-Asja. Il-Ministru jserraħ ras l-Onorevoli Interpellant illi kemm il-Ministeru kif ukoll l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu ipparteċipaw bis-sħiħ sabiex jigi ġġenerat turizmu għas-sajf kif ukoll għax-xhur tax-xitwa u nibgħu nżommu l-momentum b’sahhtu li qabad is-settur turistiku f’pajjiżna f’dawn l-aħħar sena u nofs. Informazzjoni dettaljata ta’ l-ispiza totali qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xiri ta' servizz minn kumpanija
Question
B'referenza għar-risposta illi ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11936, jista' l-Ministru jgħid x'servizz ieħor inxtara mingħand l-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz li nxtara mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament huwa akkomodazzjoni ġewwa lukanda wara talba għal kwotazzjonijiet.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima — xiri ta' servizz minn kumpanija
Question
B’referenza għar-risposta li ingħatat għal-mistoqsija parlamentari 11935, jista’ l-Ministru jgħid x’servizz ieħor inxtara mingħand l-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li s-servizz l-ieħor li nxtara mingħand l-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, huwa l-assigurazzjoni ta’ persuni li għalihom inxtraw il-biljetti tal-ajru mill-istess kumpanija. Madanakollu nixtieq ngħarraf ukoll illi l-informazzjoni miġbura u mgħoddija lill-terzi persuni li ma għandhom xejn x’jaqsmu mal-Ministeru u mogħtija lili riġward il-kumpanija msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Nr. 11935 kienet żbaljata, kif kienet żbaljata l-informazzjoni illi s-Segretarjat tiegħi xtara biljetti tal-ajru b’valur ta’ €141,451 mill-kumpanija li saret referenza għaliha meta ġejt mgħarraf li l-valur attwali kien biss ta’ €113,913.45. Sadanittant huwa fatt stabbilit li bħala Segretarjat użajna s-servizzi tal-kumpanija darba biss minn Marzu 2013 ‘l hawn. F’dik l-okkazzjoni intalbu ħames kwotazzjonijiet u l-kumpanija kienet l-orħos minn dawk li offrew kwotazzjoni. Wara li ngħatat il-konferma li l-kwotazzjoni kienet aċċettata, inbidlu d-dati taż-żjara għaldaqstant il-valur tal-biljetti b’kollox tela’ għat-total ta’ €5450 fuq it-tlett persuni fid-delegazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' impjegati f'Dar Malta fi Brussell, kemm dawk Maltin kif ukoll dawk barranin? Jista' jgħid x'inhu r-rwol ta' kull impjegat u x'inhuma t-termini ta' impjieg ta' kull wieħed/waħda minnhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Mill-impjegati li hemm f'Dar Malta fi Brussell, l-unika mpjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huma dawk ta' l-Ambaxxata Maltija fi Brussell. Dawn huma mqassmin hekk:
Ambaxxatur -
full time
fuq kuntratt definit
Malta Based Officer
- uffiċjali
full time
bi grad sostantiv ta'
First Secretary
Locally Engaged Personnel
Xufier
- full time
fuq kuntratt definit
Segretarja -
full time
fuq kuntratt definit
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex tinstab soluzzjoni għall-problema li għandhom Maltin li kienu fil-komunità Maltija fl-Eġittu, u li tkeċċew minn hemm b'għaġġla fl-1956 u li marru joqogħdu f'pajjiżi oħra, imma li m'għandhomx dokumenti li juru b'mod uffiċjali fejn twieldu u dettalji oħra mitluba bil-liġi biex jikkwalifikaw għaċ-ċittadinanza Maltija? Jaħseb il-Ministru li dawn il-każijiet għandhom jiġu eżaminati wieħed wieħed minn bord imwaqqaf apposta li jgħarbel l-informazzjoni, u jekk ikun hemm bżonn jisma' u jistaqsi lill-applikant direttament biex fl-aħħar jieħu deċiżjoni jagħtix id-dritt taċ-ċittadinanza lil dawn l-applikanti?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid fiex tikkonsisti s-sistema li biha qed jiġi mqassam l-ikel għal dawk fil-bżonn taħt il-European Aid Programme?
Response (GRECH, LOUIS)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru għall-Familja w Solidarjeta’ Soċjali minħabba li dan huwa l-Ministeru responsabli mill-amministrazzjoni ta’ dan il-programm.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassam ikel tal-European Aid Programme mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Ottubru 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqisija għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura minħabba li dan il-programm tal-ikel qabel kien qed jiġi amministrat mill-imsemmi Ministeru.
Għar-rigward tal-programm il-ġdid, nirreferik għat-tweġiba li jien diġa tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 12033.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm tqassam ikel tal-European Aid Programme mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Ottubru 2014?
Response (GRECH, LOUIS)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru għall-Familja w Solidarjeta’ Soċjali minħabba li dan huwa l-Ministeru responsabli mill-amministrazzjoni ta’ dan il-programm.
European Aid Programme – familji li gawdew minn ikel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja gawdew minn ikel għal dawk fil-bżonn taħt il-European Aid Programme bejn l-1 ta’ April 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li jiena diġa tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12155.
European Aid Programme – familji li gawdew minn ikel
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm-il familja gawdew minn ikel għal dawk fil-bżonn taħt il-European Aid Programme bejn l-1 ta’ April 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014?
Response (GRECH, LOUIS)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru għall-Familja w Solidarjeta’ Soċjali minħabba li dan huwa l-Ministeru responsabli mill-amministrazzjoni ta’ dan il-programm.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina ingħatax karozza uffiċjali? Jekk iva, x’tip ta’ karozza hi u jekk inxtratx jew ġietx mikrija/leased? Jekk inhi mikrija/leased, jista’ jgħid kemm hi l-kera? Jekk inhi mixtrija, jista’ jgħid kemm inxtrat u meta? Jista’ l-Ministru jgħid għandux fuel allowance, u jekk iva, kemm hu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina għandu karozza uffiċjali tat-tip Mercedes Benz E300. Din il-karozza nxtrat fl-2009 għall-prezz ta' €35,713.76. Kif tista' tinnota l-Onorevoli Interpellant, din il-karozza hija tal-Ambaxxaturi Maltin għaċ-Ċina ta' qablu li wkoll kienu jingħataw karozza uffiċċjali.
L-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina m'għandux fuel allowance.
Programm tal-European Network and Information Security
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kenitx parteċipi fil-programm tal-European Network and Information Secutiry Agency li l-għan ewlieni tiegħu hu li jipprepara lill-Istati membri kif għandhom jaġixxu biex jipproteġu lill-pajjiż u lill-individwi minn cyber attacks, is-Cyber Europe 2014?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-consortium Gozo Connect li rebaħ il-kuntratt biex jagħmel it-technical and feasibility study dwar digital hub ġewwa Għawdex?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din l-impriża konġunta hija magħmula mill-kumpaniji li ġejjin, kif speċifikat fil-Formola "Data on Joint Venture/Consortium" sottomessa mill-offerent fl-istadju tas-sottomissjoni tal-offerta:
RSM Malta Consulting Ltd (Lead Partner)
E-Cubed Consultants Ltd
Camilleri Preziosi Advocates
Beat Consulting.
Passenger Name Record agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni ta’ Malta fir-rigward tal-passenger name record agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti? Jista’ jgħid jekk ikkomunikax din il-pożizzjoni b’mod uffiċjali lill-Unjoni Ewropea?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Malta qatt ma opponiet rigward il-Passenger Name Record Agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti li ġie adottat fis 26 ta’April 2012 u daħal b’effett mil-1 ta’ Lulju 2012.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet fuq postijiet tax-xogħol mill-Awtorità Maltija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fl-aħħar sena?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn Jannar u l-aħħar t'Ottubru tal-2014 saru 2073 spezzjoni minn Uffiċjali tal-Awtoritá tas-Saħħa u Sigurtá.
Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – allowance jew reimbursement għal servizzi ta’ telefonija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina jgawdix allowance jew reimbursement fir-rigward ta’ servizzi ta’ telefonija, kemm fixed kif ukoll mobile,u jekk iva, kemm hi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-istess pakkett ta' kundizzjonijiet li kienu jgawdu l-Ambaxxaturi Maltin għaċ-Ċina ta' qablu.
Għaldaqstant, l-Ambaxxatur ma jgawdix minn reimbursement fuq servizz ta' telefonija iżda l-Ministeru jħallas l-ispejjeż kif stipulat fil-Conditions of Service. Dan il-ħlas jidher fit-tabella t'hawn taħt:
Month
Fixed Line
Mobile phone
Aug 2013
21.45
20.04
Sep
32.83
Oct
21.45
Nov
35.66
Dec
21.45
Jan 2014
29.34
Feb
21.45
Mar
21.45
Apr
21.45
May
21.45
Jun
21.45
11.11
Jul
25.72
Aug
26.38
Sep
44.37
Oct
21.45