Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tispeċifika għal liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta’ programmar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex, bħala kjarifika, tindika għal-liema perjodu ta’ programmar qed tirreferi , jiġifieri jekk hux dak għall-perjodu 2007 – 2013 jew inkella għall-perjodu l-ġdid 2014 – 2020.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex tispecifika ghal liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta' programmar.
Leg 12 PQ #12659 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex tispeċifika għal liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta' programmar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex tispecifika ghal liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta' programmar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (VELLA, GEORGE)

Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex tispecifika ghal liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta' programmar.
Leg 12 PQ #12662 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tispeċifika għal-liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta' programmar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Hemm numru ta' applikazzjonijiet għall-proġetti għall-perjodu 2014-2020. Id-dettalji jkunu jistgħu jingħataw meta jkun magħruf jekk l-applikazzjonijiet intlaqgħux jew le. Peress li mhux ċar għal liema perjodu l-Onor. Interpellant qed tirreferi, nitlobha tkun iktar speċifika fil-mistoqsija tagħha.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xiri ta’ biljetti minn kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11943, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur eżatt tal-biljetti għat-22 okkażjoni msemmija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total huwa ta’ €17,318 (sbatax-il elf, tlett mija u tmintax).

SME Initiative

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta l-SMEs se jkunu jistgħu japplikaw għall-inizjattiva SME Initiative? Jista’ jgħid fiex se tkun tikkonsisti din l-inizjattiva?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li kif weġibt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11960, l-SMEs se jkunu jistgħu japplikaw għall-SME Initiative fl-2015. Din l-inizjattiva se tkun qed tiffaċilita l-possibilita’ għall-SMEs biex ikollhom aċċess għall-finanzjament tan-negozju tagħhom.
Leg 12 PQ #12289 Sitting 206 2014-11-26 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

SME Initiative

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-SMEs se jkunu jistgħu japplikaw għall-inizjattiva SME Initiative? Jista’ jgħid fiex se tkun tikkonsisti din l-inizjattiva?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Work Exposure Experience

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żgħażugħ jew żgħażugħa gawdew mill-iskema Work Exposure Experience (Youth Guarantee) minn meta tnediet sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s’issa 20 parteċipant mill-Garanzija taż-Żgħażagħ daħlu l-Edukazzjoni, 47 qed jibbenefikaw mill-Work Exposure, filwaqt li 29 oħra mistennija jibdew fil-jiem li ġejjin. Hu mistenni li aktar żgħażagħ jingħataw opportunitajiet ta’ Work Exposure minn kmieni s-sena d-dieħla.
Leg 12 PQ #12281 Sitting 205 2014-11-26 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru – Safar uffiċjali – delegazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk matul din il-leġiżlatura, jiġifieri mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-31 Ottubru 2014 qattx kien akkumpanjat minn xi membru ieħor tal-familja tiegħu, waqt safar uffiċjali tal-Gvern jew parlamentari? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid f’kull istanza, min kienu l-membri tal-familja li akkumpanjawh u fejn marret id-delegazzjoni? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet kull żjara?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif ġara fis-snin li għaddew taħt amministrazzjonijiet preċedenti, minn żmien għal żmien il-Prim Ministru jkun akkumpanjat mis-sinjura tiegħu, għal impenji uffiċjali li jkollu barra l-pajjiż speċjalment meta jkun hemm stedina f' dan is-sens. Fil-perjodu msemmi mill-Onor Interpellant, kienu 6 l-okkażjonijiet li jien kont akkumpanjat mill-mara tiegħi fuq impenji uffiċjali barra l-pajjiż. Dawn kienu l-inawgurazzjoni tal-Papa Franġisku, udjenza mal-Papa Franġisku, l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda 2013, żjara uffiċjali f’Iżrael u l-Palestina, żjara uffiċjali fiċ-Ċina u l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda 2014. Fl-okkazjonijiet kollha imsemmija inħarget stedina uffiċjali minn naha tal-organizatturi barranin lill-mara tiegħi. Għar-rigward ta’ spejjez tal-biljetti tal-ajru, id-dettalji huma dawn :- · L-inawgurazzjoni tal-Papa Franġisku €259 · Udjenza mal-Papa Franġisku €624 · L-Assemblea Ġenerali tal-Gnus Magħquda 2013 u żjara lill-kommunita Maltija f’Toronto, l-Kanada €3,050 · Żjara uffiċjali f’Iżrael u l-Palestina €600 · Żjara uffiċjali fiċ-Ċina €3,867 · L-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda 2014 u żjara lill-kommunita Maltija f’San Francisco €3,699 F’ħamsa minn dawn l-okkazjonijiet, kien hemm magħna t-tfal tagħna. L-ispejjez kollha relatati mat-tfal tħallsu minna personalment.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xiri ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, jekk inxtarax xi servizz ieħor, apparti biljetti tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, matul din il-Leġiżlatura, jiġifieri bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi, kemm-il darba nxtraw u kemm swew?

Response (VELLA, GEORGE)

Ir-risposta hija "le".
Leg 12 PQ #12283 Sitting 205 2014-11-26 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xiri ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, jekk inxtarax xi servizz ieħor, apparti biljetti tal-ajru mill-aġenzija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, matul din il-Leġiżlatura, jiġifieri bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi, kemm-il darba nxtraw u kemm swew?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li apparti biljetti tal-ajru ma nxtraw l-ebda prodotti jew servizzi mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xiri ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, jekk inxtarax xi servizz ieħor, apparti biljetti tal-ajru mill-aġenzija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, matul din il-Leġiżlatura, jiġifieri bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi, kemm-il darba nxtraw u kemm swew?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma nxtara l-ebda servizz ieħor mingħand l-aġenzija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Libertajiet Ċivili u Affarijiet tal-Konsumatur — xiri ta’ biljetti minn kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11938, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien il-valur eżatt tal-biljetti għas-7 okkażjonijiet imsemmija?

Response (DALLI, HELENA)

Jekk l-Onorevoli Interpellanta tinnota sew it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li qed tagħmel referenza għaliha, hemm il-valur medju ta’ kull biljett tal-ajru mixtri. Għaldaqstant m’għandi xejn aktar xi nżid ma’ dik it-tweġiba.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima — xiri ta’ biljetti minn kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11935, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur eżatt tal-142 biljett li nxtraw?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li kif infurmajt lill-Kamra l-bieraħ l-informazzjoni li kienu tawni kienet skorretta u nżid ngħid li n-numru attwali ta’ biljetti mixtrija mill-kumpanija li saret referenza għaliha fil-Mistoqsija Parlamentari 11935 ma kienx ta’ 142 iżda ta’ 139 biljett. Ix-xiri tal-biljetti tal-ajru li nxtraw għas-Segretarjat tiegħi kellhom valur ta’ €5450, filwaqt li l-biljetti tas-Segretarjat Parlamentari nxtraw għal €53,496 u l-kumplament tal-biljetti ta’ personnel ieħor tal-Ministeru (Dipartimenti) inxtraw għal €54,967.45. Total ta’ €113,913.45. Illum nista’ ngħid li ninsab mgħarraf ukoll li f’dan l-ammont hemm inkluż l-assigurazzjoni ta’ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Fisheries u Akwakultura, għas-somma ta’ €305.45.
Leg 12 PQ #12159 Sitting 204 2014-11-25 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Automatic Exchange of Information

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni uffiċjali ta’ Malta dwar l-automatic exchage of information? Jista’ jgħid jekk Malta hix se tipparteċipa fil-pilot phase fejn il-pajjiżi huma mistennija jagħmlu skambju ta’ informazzjoni miġbura mill-31 ta’ Diċembru 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Malta tifforma parti minn grupp ta’ pajjiżi – l-hekk imsejħa early adopters - li taw impenn sabiex jiskambjaw informazzjoni fuq bażi awtomatika mill-2017 il-quddiem għar-rigward ta’ informazzjoni miġbura dwar firxa kbira ta’ kontijiet li jkunu jeżistu mill-31 ta’ Diċembru 2015 il-quddiem. F'dan ir-rigward, fid-29 ta’ Ottubru ta’ din is sena, Malta kienet waħda minn 51 ġurisdizzjoni li ffirmaw Multilateral Competent Authority Agreement sabiex jiġi ffaċilitat tali skambju. Din il-pożiżżjoni hija konformi mal-ftehim politiku li ntlaħaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea din is-sena fejn il-Common Reporting Standard li kien adottat mill-OECD aktar kmieni din is-sena se jifforma parti mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-Qasam tat-Tassazzjoni (Direttiva 2011/16/UE). Skond dan il-ftehim, il-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropeja (ħlief l-Awstrija) se jiskambjaw din it-tip ta’ informazzjoni b’mod awtomatiku mis-sena 2017 il-quddiem. L-Awstrija qablet li tibda dan it-tip ta’ skambju mill-2018.