Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – żidiet f’miżati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema miżati qed tirreferi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-miżati se jiġu kif jidher fit-tabella hawn taħt:- Service Increase 1 Administering an Oath or receiving a declaration or affirmation with or without attestation of signature. + €0.25 2 Affixing a signature to an exhibit referred to in an affidavit or declaration. + €0.14 3 (a) Authentication of certificates at Head Office: (i) authentication of a document of an educational nature and of other documents of a non-commercial nature. + €1.25 (ii) authentication of certificates of a commercial nature. + €1.69 (iii) authentication of certificates and, or documents for adoption of children from foreign countries as authorized by the Central Authority appointed by the Overseas Adoption (Definition) Order - (b) Authentication of certificates or documents by Maltese embassies and consulates provided that the authentication of certificates and, or documents for adoption of children from foreign countries that are authorized by the Central Authority appointed by the Overseas Adoption (Definition) Order are exempt from this tariff. + €1.69 4 Affixing a consular signature, and seal if required, to a declaration of existence. + €0.14 5 Drawing a declaration of existence. + €0.14 6 Legalising or attesting a signature. + €0.27 7 Uniting documents and attaching the consular seal to the fastening. + €0.14 8 Affixing a seal to a document when no signature is required. + €0.14 9 For receiving a will under the provisions of article 679 (2) of the Civil Code (Chapter 16) + €0.27 10 For the signature of any certificate required by article 14 of the Food, Drugs and Drinking Water Act (Chapter 231). + €0.54 11 For effecting any registration not otherwise provided for. + €0.14 12 For affixing a consular signature, and seal if required, not otherwise provided for. + €0.27
Leg 12 PQ #12768 Sitting 219 2014-12-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tiegħi, m’hu ser togħla l-ebda miżata. Kif tista’ tapprezza l-Onor. Interpellanti għalkemm il-Ministru jifhem għalfejn hija interponiet tali domanda, issa tapprezza illi dan il-Ministeru għas-sena 2015 m’hux se żżid l-ebda ‘fee of office’

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mid-dipartimenti/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, kien hemm żieda fil-ħlas tal-eżamijiet tal-Matsec kif indikat fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12199. B'żieda ma' dik l-informazzjoni, infurmat ukoll li l-ħlas għal applikazzjonijiet li jidħlu tard minn €46.59 sar €70. Il-ħlas għal applikazzjonijiet li jidħlu tard ħafna minn €46.59 u €23.29 kull suġġett sa massimu ta' erba' suġġetti issa sar €70 u €35 kull suġġett sa massimu ta' erba' suġġetti. Min-naħa tal-MCAST, filwaqt li ma kienx hemm żidiet ta' miżati, infurmat li minn din is-sena il-miżata amministrattiva marbuta mar-reġistrazzjoni tal-istudenti mal-awarding bodies barranin tnaqqset minn €11.65 għal €10. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li, skont l-Avviż Legali 296/2012, il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla introduċiet ħlas amministrattiv għal servizz ta’ akkreditazzjoni mogħti lil istituzzjonijiet, kif ukoll għal programmi u korsijiet. L-istruttura tal-ħlasijiet hi kif tidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tweġiba mid-direttorati u l-entitajiet l-oħra fi ħdan id-dekasteru tiegħi kienet 'xejn'.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żieda fil-miżati għas-servizzi li joffri l-Ministeru tiegħi hija kif ippreżentata fl-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “ATT biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2015 u miżuri amministrattivi oħra” li ġie ppubblikat fis-Suppliment li jinsab mal-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta’ Novembru 2014.

European Aid Programme – tqassim ta’ ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja gawdew minn ikel għal dawk fil-bżonn taħt il-European Aid Programme bejn l-1 ta’ April 2013 sakem dan il-qasam kien baqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu jiġifieri sa Marzu 2014?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, l-ammont ta’ benefiċjajri li bbenefikaw bejn l-1 t’April 2013 sa Marzu 2014 kien ta’ 18,775.

Building Regulations Office — Administrative fines

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu administrative fines mill-Building Regulations Office, lokalità b’lokalità mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 t’Ottubru 2014?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, l-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini ħareġ 73 administrative fine. Dawn huma mqassmin kif ġej: Birżebbugia 1 Il-Fgura 1 Għajnsielem 1 Ħal Għaxaq 3 Il-Gudja 2 Il-Gżira 1 Ħal Kirkop 1 Ħal Luqa 1 Il-Mosta 7 Wied il-Għajn 6 L-Imsida 1 Marsaxlokk 1 In-Naxxar 12 Ħal Qormi 5 Ħal Safi 3 Is-Siġġiewi 2 Ħal Tarxien 2 Ix-Xgħajra 3 Ħaż-Żabbar 7 Ħaż-Żebbug 4 Iż-Żejtun 2 Iż-Żurrieq 7

Operational Programme 1 u Operational Programme 2

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar kopja tal-Operational Programme 1 u Operational Programme 2 għall-perjodu 2014-2020 li ġew sottomessi lill-Kummissjoni Ewropea?

Response (GRECH, LOUIS)

Nikkonferma li Malta ssotometiet formalment lill-Kummissjoni Ewropea l-Operational Programme 1 u l-Operational Programme 2. Peress li d-dokument qegħdin fi stadju ta' inter-service consultation fil-Kummissjoni Ewropea mhux għaqli li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f'dan l-istadju. Madanakollu, dawn jiġu ppublikati xħin ikollna l-pożizzjoni finali tal-Kummissjoni.

Operational Programme 1 u Operational Programme 2

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta jaħseb li se jiġu approvati Operational Programme 1 u Operational Programme 2?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li bħalissa d-dokument qegħdin fi stadju ta' inter-service consutlation fil-Kummissjoni Ewropea. Huwa mistenni li dawn jiġu approvati fil-futur qarib kif stabilit fir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.
Leg 12 PQ #12763 Sitting 217 2014-12-03 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

EXPO 2015 — Parteċipazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hix se tipparteċipa fl-EXPO 2015 li se ssir ġewwa Milan? Jekk iva, jista’ jgħid xi preparamenti saru s’issa għal dan il-għan u x’hemm il-ħsieb li jsir aktar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 12 PQ #12764 Sitting 217 2014-12-03 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Website tal-MTA — upgrade

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-timeframes li qed jara biex il-website tal-MTA tiġi upgraded biex tibda tipprovdi wkoll għal turisti ġejjin mit-Turkija u miċ-Ċina? Jista’ jgħid fiex jikkonsistu l-upgrades?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sit elettroniku tal-Awtorità Maltija għat-Turi¿mu www.visitmalta.com,li bħalissa huwa disponibbli f’għaxar lingwi differenti, qed jiġi żviluppat ukoll fl-ilsien Tork u Ċiniż l-ewwel fażi tal-proġett tikkonsisti fit-traduzzjoni tal-paġni ewlenin tas-sit f’dawn iż-żewġ lingwi ġodda u l-integrazzjoni tat-test fl-istruttura tal-paġni tas-sit. Din il-fażi hija kważi lesta u l-verżjoni Torka u dik Ċiniża se jkunu online fil-ġimgħat li ġejjin. Wara dan, huwa mistenni u jitkompla x-xogħol fuq il-kumplament tal-paġni tas-sit matul l-ewwel nofs tas-sena 2015.
Leg 12 PQ #12671 Sitting 215 2014-12-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa, il-Ministeru għall-Finanzi għandu applikazzjoni waħda għall-fondi tal-Unjoni Ewropea u din ġiet approvata. Din l-applikazzjoni tkopri l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi kif ukoll sistema effiċjenti ta’ chiller fil-bini tal-Malta Financial Services Authority.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tispeċifika għal-liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta’ programmar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tispeċifika eżatt għal liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta’ programmar qed tistaqsi.

European Aid Programme – tqassim ta’ ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja gawdew minn ikel għal dawk fil-bżonn taħt il-European Aid Programme bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-1 ta’ Diċembru 2012?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, l-ammont ta’ benefiċjajri li bbenefikaw mill-European Aid Programme kien ta’ 14,910 fis-sena 2011 u 17,614 fis-sena 2012.

European Aid Programme – tqassim ta’ ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassam ikel tal-European Aid Programme mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-1 ta’ Diċembru 2012?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

European Aid Programme – tqassim ta’ ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassam ikel tal-European Aid Programme mill-1 ta’ April 2013 sakemm dan il-qasam baqa taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu jiġifieri sa Marzu 2014?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lil Onorevoli Interpellant sabiex tispeċifika għal-liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta' programmar.
Leg 12 PQ #12666 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex– applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tispeċifika għal liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta' programmar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili -Affarijiet Barranin – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tagħha għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li saret applikazzjoni għal proġett mill- Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi. Il-proġett ‘IF 2013-17 Mind D Gap’ ġie approvat.