Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iktar ħames mistoqsijiet frekwentati mill-pubbliku li ġew irreġistrati mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jikkonċernaw : (1)Informazzjoni dwar ir-riforma fil-liġijiet tad-drogi tal-abbuż (2)Mistoqsijiet dwar il-Guardianship deeds favur il-volontarjat (3)Informazzjoni dwar ir-riforma tal-gwardjani lokali (4)Il-mekkaniżmu tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti (5)Il-progress tar-riforma tal-Ġustizzja partikolarment rigward id-dewmien fil-kawżi Madanakollu, ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-customer care tal-Ministeru ma jkunux ikkuntatjati biss b’mistoqsijiet ta’ din ix-xorta iżda jkun hemm ammont sostanzjali ta’ nies li javviċinaw il-customer care tal-Ministeru sabiex jistaqsu għall-informazzjoni vajra. Informazzjoni li hi partikolarment relatata mal-Ġustizzja, attivitajiet u avvenimenti kulturali li jkunu għaddejin kif ukoll informazzjoni dwar il-Kunsilli Lokali.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Kif ingħad diġa` fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11079, il-kuntatti (mhux bilfors ilmenti imma anki, per eżempju, talbiet għal informazzjoni) l-aktar frekwenti kienu dawk marbutin mar-responsabbiltajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, bħall-edukazzjoni u x-xogħol. Il-kuntatti kienu jikkonċernaw l-aktar materji relatati ma' impjieg (ETC), servizz ta' LSA, materji marbuta mal-istipendji, deployment, u materji marbuta mal-iskejjel.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-iktar ilmenti frekwenti rreġistrati mill-customer care tal-Ministeru tiegħi jikkonċernaw il-kumpanija WasteServ, fosthom nies tal-kuntrattur biex isiru tal-post, nuqqas ta’ tagħrif xieraq dwar l-użu tal-bring-in sites u is-C.A sites u nuqqasijiet dwar skart miġbur mill-Kunsilli Lokali; il-Park Ta’ Qali; suġġerimenti fuq il-Family Park ta’ Wied il-Għajn; l-afforestrazzjoni u s-separazzjoni (id-de-merger) tal-MEPA. Għandi ngħid li ħafna drabi l-ilmenti li jaslu l-Ministeru jikkonċernaw issues mhux relatati mal-Ministeru, bħal żamma tal-indafa tat-toroq, abbużi mis-siġar, il-ħtieġa ta’ nfurzar effettiv tal-liġijiet ambjentali mir-regolatur, tniġġiż tal-ħsejjes, irwejjaħ, indafa tax-xtajtiet pubbliċi, u allegazzjonijiet ta’ binjiet mingħajr il-permessi meħtieġa. Ġieli jitressqu quddiemna każi ta’ nies li jaħdmu mal-Gvern u fis-settur pubbliku li jallegaw inġustizzji li sarulhom fuq il-post tax-xogħol tagħhom taħt l-amministrazzjoni preċedenti. F’dan il-każ nirreferuwhom għall-istrutturi eżistenti sabiex iressqu l-każi dwar l-allegati inġustizzji, ħalli jittieħdu u jsegwu l-proċessi normali stabbiliti mill-Gvern.
Leg 12 PQ #12785 Sitting 222 2014-12-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-iktar ħames mistoqsijiet frekwenti mill-pubbliku, li ġew irreġistrati fis-sistema li tintuza mill-uffiċċju tal-customer care tal-Ministeru tiegħi kienu dwar: (i) Informazzjoni dwar taħriġ fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi u opportunitajiet ta’ work placements; (ii) Titjib f’attrazzjonijiet u manutenzjoni ta’ zoni turistiċi; (iii) Applikazzjonijiet għall-konverżjoni ta’ propjeta’ f’akkomodazzjoni turistika; (iv) Informazzjoni dwar l-iskema EKO ċertifikazzjoni għall-akkomodazzjoni f’farmhouses; u (v) Informazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-marka Quality Assured (QA) għar-ristoranti.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru tiegħi ma jaslux biss ilmenti, imma ukoll suġġerimenti fuq materji varji relatati mad-dekasteru tiegħi. L-aktar ilmenti u suġġerimenti li jaslu huma dawk relatati mat-trasport pubbliku. Sitwazzjoni li writna mill-Gvern preċedenti u għadna inbagħtu il-konsegwenzi tagħha sal-lum. U dan meta il-Ministru ta’ dak iż-żmien kien wiegħed “li żmien il-bużżullotti spiċċa”. Il-Gvern preżenti għamel u qed jagħmel dak kollu possibli biex tittranġa din is-sitwazzjoni li laqgħtet lill- poplu kollu inġenerali. Mal-bidu ta’ din il-leġislatura, daħlu ħafna ilmenti mir-residenti tal-Kottonera minħabba il-problemi kbar li ġab id-dewmien tal-proġett tal-Baċir Numru 1. L-inkonvenjent kien wieħed kbir u il-periklu għar-residenti kien akbar. Saħansitra persuna tilfet ħajjitha meta kienet għaddejja fl-inħawi u waqgħet. Kellu jkun il-Gvern preżenti li ħa dan il-proġett bis-serjeta’ u fi ftit xhur wettaq dak li Gvern preċedenti ma kienx kapaċi jwettaq f’ 25 sena. Ilmenti oħra waslu minn residenti min-naħa ta’ fuq tal-pajjiż, u dan minħabba it-traffiku eċċessiv li ta’ kuljum ikollhom iħabbtu wiċċhom miegħu. Gvern preċedenti sa mill-1995 wiegħed il-proġett tal- Kappara Junction , liema proġett baqa’ fuq l-ixkaffa. Gvern preżenti , kif wiegħed, ser iwettaq dan il-proġett. Problemi ta’ staġnar ta’ traffiku ta’ kuljum jaslu minn residenti tan-naħa t’ isfel ta’ Malta. Strateġija wara l-oħra minn Gvernijiet preċedenti ma wasslu għal imkien. Sa mill-bidu tat-tmexxija, Gvern preżenti ħadem fuq din il-problema li tolqot ħafna sewwieqa ta’ kuljum. Ħadna diversi miżuri short-term u medium- term , iżda imbarkajna ukoll fuq proġetti li huma long-term . Bil-proposta tal- Addolorata Junction , din il-problema għandha tiġi indirizzata. Dan il-proġett ser jinkorpora fih ukoll bicycle u pedestrian lanes. Proġett li ser jgħaqqad in-naħa t’ isfel ta’ Malta maċ-ċentru u man-naħa ta’ fuq. Madankollu ser nieħdu ħsieb li l-poplu jkollu trasport pubbliku effiċċjenti u affordabbli u dan iwassal għal wieħed mill-punti li jnaqqsu l-użu tal-karozzi privati mit-toroq tagħna u b’hekk jitnaqqas it-tniġġiż fl-arja fost vantaġġi oħra. Waslu ukoll diversi suġġerimenti u talbiet biex tiżdied is-sigurta’ fit-toroq tagħna, kemm għas-sewwieqa kif ukoll għall-pubbliku. Għal dan il-għan ħadna ħsieb li jibda xogħol intesiv fil- Coast Road , liema xogħol għaddej b’ rittmu tajjeb ħafna. Ser inkunu qed inwettqu wegħda elettorali oħra billi jinbena il- foot-bridge ġewwa l-Imrieħel. Bil-kontra ta’ Gvern preċedenti, il-Gvern preżenti ser jagħti prijorita’ assoluta lis-sigurta’ tar-residenti li jgħixu fiż-żona in kwistjoni u għalhekk se jżomm mal-impenn tiegħu li joffri soluzzjoni għall-problema li sfortunatament kienet injorata għal snin sħaħ, minkejja li seħħew inċidenti fatali. Ilmenti spissi waslu ukoll mir-residenti ta’ Ħal-Lija minħabba l-iżbroff tad-drenaġġ ma’ kull ħalba xita li tagħmel. Problema oħra li Gvern preċedenti kien jaf fuqha, iżda baqa’ ma għamel xejn dwarha.Waqt li kien għaddej il-proġett Nazzjonali ta’ kontra l-Għargħar, u wasal Ħal-Lija, l-ilma tad-drenaġġ beda dieħel fil-mini li qed jiġbru l-ilmijiet tax-xita permezz tal-proġett. Il-problema tad-drenaġġ f’din il-lokalita’ qatt ma ġiet indirizzata qabel minn Gvern preċedenti u konna nkunu irresponsabbli kieku il-Gvern preżenti ma ħax miżuri immedjati biex isolvi din il-problema. Barra minn hekk, il-proġett tal-għargħar ma setax jiffunzjona qabel tiġi indirizzata din il-problema. Ħadna ħsieb biex dan il-proġett jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli. Saħansitra ix-xogħol baqa’ għaddej lejl u nhar. Ħadna ħsieb ukoll biex l-inkonvenjent waqt li jsiru ix-xogħlijiet jkun wieħed minimu, bl-għan aħħari jkun li minn dan il-proġett igawdi minnu kulħadd. L-ewwel fażi tax-xogħlijiet tlestew. Fil-fatt din it-triq ingħatat l-asfalt tal-wiċċ b’mod temporanju biex it-triq setgħet infetħet mill-ġdid għat-traffiku ħalli ma jiġix afettwat il-kummerċ ta’ żmien il-Milied. Onorevoli Interpellant,dan kollu jikkonferma li dan il-Gvern huwa lest li jisma’ l-ilmenti u s-suġġerimenti kollha taċ-ċittadin u jagħmel dak kollu possibli biex jagħti ir-riżultati.
Leg 12 PQ #12787 Sitting 222 2014-12-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema li tuża l-customer care huma patching fit-toroq; xogħol ta’ bankini; tindif ta’ toroq; xogħol marbut mas-sinjali tat-traffiku (żebgħa, mirja u tabelli); kif ukoll żbir ta’ siġar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Customer care – ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-aktar ħames ilmenti skond kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari kienu hekk : Impieg alternattiv Impiegi Servizzi Soċjali Housing Saħħa
Leg 12 PQ #12777 Sitting 221 2014-12-10 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ġiet ippubblikata fil-‘Budget Measures Implementation Bill’ li ġie pprreżenrat fil-Parlament mal-budget.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mistoqsija tagħha ma tapplikax għall-ARMS Ltd, Enemalta, Malta Resource Authority u l-Water Services Corporation.

Ministeru għall-Ġustizza, Kultura u l-Gvern Lokali – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (BONNICI, OWEN)

B’referenza għall-mistoqsija 12779 ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-miżati tas-servizzi mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari diġa ġew ippubblikati fl-Abbozz tal-Liġi Numru 74 tal-2014 li huwa l-Abbozz tal-Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2015 u miżuri amministrattivi oħra. Irrid ngħid li fejn jidħlu miżuri tal-Qorti hemm miżati li żdiedu marġinalment, hemm oħrajn li roħsu u hemm oħrajn li saħansitra tneħħew kompletament.
Leg 12 PQ #12780 Sitting 221 2014-12-10 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża l-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill Onor. Interpellant li l-ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati kienu dawn: · Materji marbuta mat-tnaqqis tal-burokrazija. · Talbiet għal informazzjoni dwar proċeduri u skemi tal-MEPA u d-Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern. · Mistoqsijiet dwar l-miżuri imħabbra fil-Bagits għas-snin 2014 u 2015. · Rikjesti dwar leġiżlazzjonijiet ġodda li saru mill-Gvern. · Mistoqsijiet ġenerali dwar l-operat tal-Gvern u s-settur pubbliku.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża l-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li ninstab informat li fost il-materji diskussi mal-Uffiċċji tal-customer care ta’ dan il-Ministeru kien hemm: · L-implimentazzjoni ta’ diversi miżuri u innizjattivi li tħabru fil-baġit, partikolarment dawk soċjali bħaż-żieda fil-penzjonijiet, il-benefiċċji għal persuni b’diżabilita’ u inċentivi finanzjarji oħrajn għal-familji bi dħul baxx; · Il-progress fuq l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali fuq proposti li jikkonċernaw l-edukazzjoni, saħħa u drittijiet; · Materji oħra fosthom opportunitajiet ta’ xogħol u servizzi soċjali; Barra minnhekk isiru ukoll laqgħat oħra u xogħol ieħor ta’ customer care li huwa marbut mal-Unjoni Ewropeja bħal: · Laqgħat ma’ SMEs, Kunsilli Lokali u NGOs dwar l-użu u l-benefiċċji ta’ Fondi Ewropej; · U nipprovdu informazzjoni dwar benefiċċji ta’ diversi programmi u skemi tal-Unjoni Ewropeja;

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Is-sistema tal-customer care fis-Segretarjat tal-Ministeru, hija bbażata fuq il-kunfidenzjalità u l-privatezza tal-informazzjoni mogħtija. Inħoss għalhekk li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tmur kontra dawn iż-żewġ prinċipji u allura m'għandhiex tispiċċa fid-dominju pubbliku.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura-Affarijiet Barranin – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tgħid xi trid tfisser eżatt bil-kelma servizz. Dan sabiex inkun nista’ nagħti l-informazzjoni korretta.
Leg 12 PQ #12772 Sitting 220 2014-12-09 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex mhux se jgħolli l-ebda miżata tas-servizzi tal-Gvern safejn għandu r-responsabilità li jbiddel tali miżati.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #12765 Sitting 219 2014-12-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minħabba li din il-mistoqsija saret lill-Ministeri kollha, ikun apprezzat jekk l-Onor Interpellant tispeċifika jekk hiex qed terreferi biss għal servizzi li jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.