Legislature:
Category:
Reset
Active:

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-Ministeru tal-Edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati, u offruti, l-opportunità ta’ secondment mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14140.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-animal rescue

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Animal Rescue u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14140.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-Ministeru tal-Finanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Ministeru tal-Finanzi u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14140.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-Ministeru għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Ministeru għal Għawdex u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14140.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-Workshop tad-Delimara Power Station

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mad-Delimara Power Station Workshop u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Enemalta – tneħħija ta’ sezzjonijiet

Question

Peress li diversi sezzjonijiet illi kien hemm ġewwa Enemalta plc issa spiċċaw, bħal pereżempju is-sezzjoni tal-mastrudaxxi, l-iStation Upkeep Section, u l-Vehicle Mechanic Section, jista’ l-Ministru jgħid kif se jiġi pprovdut is-servizz illi kien jingħata minn dawn is-sezzjonijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn is-servizzi se jingħataw minn operaturi ekonomiċi.

Engineering Resources ltd – ħaddiema sekondati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem ġie sekondat mill-Engineering Resources Ltd għal ma’ entititajiet, awtoritajiet, dipartimenti jew uffiċċji oħra illi jaqgħu taħt il-Gvern jew li b’xi mod jew ieħor huma konnessi mal-Gvern, inkluż NGOs? Jista’ jagħti wkoll lista ta’ dawn l-entitatjiet, awtoritajiet, dipartimenti, uffiċċji u NGOs?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Engineering Resources ltd – ħaddiema sekondati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew magħżula n-nies illi ġew sekondati mill-Engineering Resources Ltd għal ma’ entititajiet, awtoritajiet, dipartimenti jew uffiċċji oħra illi jaqgħu taħt il-Gvern jew li b’xi mod jew ieħor huma konnessi mal-Gvern inkluż NGOs?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-proċess professjonali qiegħed isir billi jgħaqqad l-eżiġenzi tas-servizzi u l-kapaċitajiet fl-aħjar interess tal-individwu.

Shanghai Electric – ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma illi fl-agreement illi ffirma jew se jiffirma ma’ Shanghai Electric, m’hemm l-ebda kondizzjoni illi b’xi mod jew ieħor tillimita l-ammont ta’ nies illi se jitħaddmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjiegi ġodda jsiru skont l-esiġenzi tal-kumpaniji.

Enemalta plc – ħaddiema sekondati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema sekondati mal-Enemalta plc, fid-data illi saret din il-mistoqsijja parlamentari, u ċjoè s-7 ta’ Frar 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-Uffiċċju tal-President

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati, u offruti, l-opportunità ta’ secondment mal-Uffiċċju tal-President, u kemm ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema li ntbagħtu biex jiġu intervistati mill-Bord tal-Għażla, kienu dawk li kellhom ir-rekwiżiti mitluba min-naħa tal-Uffiċju tal-President. Wara l-intervista ntagħżlu seba’ impjegati.

Autobuses De Leòn — vetturi fuq ir-rotot

Question

Skont il-kuntratt illi l-Gvern iffirma mal-Autobuses de Leòn, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vettura suppost kellha l-Autobuses de Leòn fuq ir-rotta on day one, jiġifieri fit-8 ta’ Jannar 2015? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm attwalment fuq ir-rotta fid-data tas-7 ta’ Frar 2015, u ċjoè d-data ta’ meta ġiet sottomessa din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ vetturi li kienu qed joperaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku fit-8 ta’ Jannar 2015 ma kienx mistenni li jkun differenti mill-ġurnata ta’ qabel, jiġifieri minn meta s-servizz kien qed jiġi operat mill-Gvern. Dan l-ammont kien jammonta għal total ta’ 290 vettura. Fis-7 ta Frar 2015, l-ammont ta’ vetturi fis-servizz kien jammonta għal 290 vettura. Infurmat ukoll li skont il-kuntratt iffirmat fit-8 ta’ Jannar 2015, l-operatur huwa obligat li jkollu flotta ta’ mhux anqas minn 358 vettura sa meta jiġu implimentati r-rotot il-ġodda kollha, jiġifieri aktar tard din is-sena. Dan jinkludi 142 vetturi ġodda tat-tip low floor b’magna Euro 6.

Autobuses De Leòn –kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-multi illi hemm ikkontemplati fil-kuntratt tal-Autobuses de Leòn?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill- Onorevoli Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13935.

Trasport pubbliku — Kiri ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu ntuża biex inkrew is-7 seaters, il-14 seaters u l-18 seaters illi ddaħħlu fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku, u ċjoè kif intgħażlu l-kumpaniji u l-operaturi illi fil-fatt intgħażlu biex jagħtu dan is-servizz?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din id-deċiżjoni ittieħdet mill-operatur tat-trasport pubbliku, li hija kumpanija privata. Għaldaqstant, il-Gvern ma jidħolx fil-mekkaniżmu ta’ kif ġiet meħuda din id-deċiżjoni.

Trasport pubbliku — Kiri ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq l-istruzzjonijiet ta’ min inkrew is-7 seaters, il-14 seaters u l-18 seaters illi ddaħħlu fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku, jekk hux fuq struzzjonijiet tal-Gvern jew tal-Autobuses de Leon?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li din id-deċiżjoni ittieħdet mill-operatur tat-trasport pubbliku, li hija kumpanija privata. Għaldaqstant, il-Gvern ma jidħolx fil-mekkaniżmu ta’ kif ġiet meħuda din id-deċiżjoni. Dawn il-vetturi sejrin ikunu qed jintużaw għal perjodu limitat fi Frar 2015.

Trasport pubbliku — Vetturi fuq ir-rotot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi 7 seaters, 14 seaters u 18 seaters, separatament għal kull kategoriga, fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku? Jista’ jagħti din l-informazzjoni applikabbli għad-data tas-7 ta’ Frar 2015, u ċjoè d-data ta’ meta ġiet sottomessa din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Minn informazzjoni provduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, jirriżulta li b’kollox, fis-7 ta’ Frar 2015 kienu qegħdin jintużaw tnax-il vettura b’kapaċita’ ta’ 8, 13, 14, 16 u 18-il seat , kif spjegati fit-tabella t’hawn taħt: Kapaċita’ ta’ seats Numru ta’ vetturi 8 4 13/14 4 16/18 4 Huwa mistenni li dawn ser jibdew jitneħħew mis-servizz fil-jiem li ġejjin.

Trasport pubbliku — Vetturi wżati temporanjament

Question

In vista tal-fatt li skont rapport illi deher f’ġurnal online lokali fl-aħħar ta’ Jannar, li rrapporta li waslu f’Malta ħames xarabanks mill-Ingilterra (The Independent Online 31.01.2015), jista’ l-Ministru jgħid kemm-il minibus jew vettura oħra, u ta’ liema tip, illi kienu qegħdin jintużaw temporanjament sakemm waslu dawn ix-xarabanks, tneħħew minn fuq ir-rotta u minn fejn?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien ninsab infurmat li sal-lum, l-operatur tat-trasport pubbliku mporta mill-Ingilterra total ta’ 15-il karrozza tal-linja. Dawn il-karozzi tal-linja qed jintużaw primarjament fuq ir-rotot li qabel kienu qed jiġu operati permezz ta’ sub-contracted low floor coaches fuq ir-rotot 13, 61, X4, X5 u X7. Infurmat ukoll li l-operatur tat-trasport pubbliku qiegħed fil-proċess li jimporta 17-il karozza tal-linja oħra ta’ l-istess tip fil-ġimgħat li ġejjin.

Boreholes skont il-liġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn boreholes li huma skont il-liġi f’Malta u Għawdex u jagħti breakdown skont il-lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Boreholes reġistrati – ilma mtella’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġi mtella’ ilma mill-boreholes reġistrati f’kull ġurnata f’pajjiżna jekk wieħed jieħu l-istatistika tal-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13874.

Boreholes – kwota ta’ ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kwota ta’ kemm jista’ jiġi mtella’ ilma kuljum minn kull borehole u jekk m’hemmx kwota, hemmx il-ħsieb illi tidħol fis-seħħ? Jekk hemm il-ħsieb li tidħol fis-seħħ, jista’ jgħid jew jagħti indikazzjoni ta’ meta ser tidħol fis-seħħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.