Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xiri ta’ Heavy Fuel Oil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtara heavy fuel oil f’tunnellati u kemm ġew ikkonsmati mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija? Kemm kien hemm tunnellati ta’ heavy fuel oil maħżuna f’Malta fl-aħħar ta’ Jannar 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika mingħand min inxtara l-heavy fuel oil li qed tirreferi għalih.

Proġett tat-Triq tas-Salina

Question

Fir-rigward tal-proġett tat-Triq tas-Salina u r-residenti t’hemmhekk, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest jikkonsidra dħul għal din il-hamlet minn triq li hi diġa’ eżistenti, u ċjoè min-naħa tal-lukanda Coastline? Jekk din l-alternattiva diġà ttieħdet in kunsiderazzjoni, u l-konklużjoni kienet illi mhix waħda opportuna, jista’ jgħid għaliex?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12721.

Proġett tat-Triq tas-Salini – triq il-katakombi – environment impact assessment

Question

Fir-rigward tal-proġett tat-Triq tas-Salina illi qed isir xogħol fuqu bħalissa, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx environment impact assessment fuq Triq il-Katakombi, u dan minħabba fdalijiet ta’ natura storika illi hemm fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti oħra illi jsemmu Triq il-Katakombi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess tal-MEPA ta’ Triq il-Katakombi, li rriżulta minn ‘reserved matter’ fil-permess ta’ Triq il-Kosta (PA3758/09) għadu qiegħed jiġi evalwat mill-MEPA. Bħalissa Transport Malta qiegħda tipprepara d-dokumenti neċessarji rikjesti mill-MEPA bħala parti mill-proċess ta’ screening għal dan il-permess.

Proġett tat-Triq tas-Salina – Triq il-katakombi — Studju

Question

In vista tal-proġett tat-Triq tas-Salina illi qed isir xogħol fuqu bħalissa, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux konxju ta’ studju illi jgħid li l-kappella li hemm fi Triq il-Katakombi ma tiflaħx għall-passaġġ ta’ ħafna karozzi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mid-dokumenti rikjesti mill-MEPA għall-permess ta’ Triq il-Katakombi, Transport Malta ikkummissjonat ‘Restoration Method Statement’ għall-Kappella tal-Lunzjata, liema dokument ser jiġi ppreżentat lill-MEPA.

Proġett tat-Triq tas-Salina – aċċess għat-trasport pubbliku

Question

Fir-rigward tal-proġett tat-Triq tas-Salina illi qed isir xogħol fuqu bħalissa, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn se jkun l-aċċess għat-trasport pubbliku meta jitlesta l-proġett, speċjalment minn perspettiva ta’ aċċessibilità għat-tfal u għal persuni b’diżabilità?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jitlesta dan il-proġett, se jiġu inklużi numru ta’ bus shelters u bus stops u dawn ser ikunu lokalizzati f’postijiet biex jiġi assigurat servizz xieraq lill-pubbliku. Aċċessibilità hija prijorità assoluta u għalhekk dawn id-dettalji ġew maħsuba fil-proġett finali.

Vetturi b’number plate ta’ barra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi fit-toroq Maltin b’number plate ta’ barra, fid-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari, u ċjoè s-7 ta’ Frar 2015)? Jista’ jagħti breakdown tagħhom pajjiż pajjiż? Jista’ jgħid x’tip ta’ checks isiru sabiex jassigura illi l-liċenzja tat-triq tagħhom hija waħda valida u anke illi l-VRT sarilhom skond il-liġi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li qegħda tiġi mitluba ma tinġabarx. Vetturi reġistrati f’pajjiż ieħor u li jkunu ġejjin minn barra minn Malta jistgħu jintużaw fit-triq mingħajr restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet preskritti b’regolamenti, temporanjament għal perjodu, konsekuttiv jew mod ieħor, li ma jkunx jaqbeż seba’ xhur f’perjodu ta’ tnax-il xahar minn persuna li jkollha r-residenza normali tagħha barra minn Malta. Fil-każ ta’ residenti Maltin li jkollhom vettura b’number plate ta’ barra iridu jirreġistraw tali vettura fi żmien 30 ġurnata, u matul dan iż-żmien l-istess vettura ma tistax tinstaq fit-toroq. Fir-rigward ta’ road side checks, Transport Malta permezz tas-sezzjoni ta’ Infurzar tagħmel road side checks fuq numru ta’ vetturi bi pjanċi barranin li jkunu qegħdin jinstaqu f’Malta. Waqt dawn ic-checks jiġu vverifikati ċ-ċertifikat tar-Reġistrazzjoni kif ukoll l-polza tal-assikurazzjoni. Transport Malta hija mpenjata sabiex iżżid l-isforzi tagħha f’dan il-qasam, anki permezz ta’ kollaborazzjoni sħiħa mal-Pulizija.

Trasport pubbliku — –Vetturi mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b'kemm qed jinkrew 7 seaters, 14 seaters u 18 seaters illi ddaħħlu fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku, u jagħti din l-informazzjoni applikabbli għad-data tas-7 ta’ Frar 2015, u ċjoè d-data ta’ meta ġiet sottomessa din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma jkunx xieraq li tingħata.

Enemalta Corporation u Enemalta plc – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-Enemalta Corporation u minn Enemalta plc separatament mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, u ċjoè s-7 ta’ Frar 2015, kif ukoll il-valur tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar l-Enemalta Corporation għadha qed tinġabar. Sadanittant, l-informazzjoni li qed tiġi mitluba dwar l-Enemalta plc għandha valur kummerċjali għall-Kumpanija u l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.

Engineering Resources Ltd – ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-ftehim kollettiv illi għandhom il-ħaddiema ta’ Engineering Resources Ltd ġiex onorat fit-totalità tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-trasferimenti ġew onorati l-kundizzjonijiet tal-ftehim kollettiv.

Enemalta plc — Ħaddiema sekondati

Question

Fir-rigward tal-ħaddiema illi reġgħu ġew sekondati mill-Enemalta plc għal post ieħor, kemm kien twil il-perjodu minn meta ġew infurmati illi se jiġu sekondati sad-data ta’ meta ġew attwalment sekondati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess ta’ sekondament skont il-lista maħruġa fid-29 ta’ Jannar, beda fid-29 ta’ Jannar.

Enemalta plc – saħħa u sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responnsabbli mis-Saħħa u s-Sigurtà ta’ l-Enemalta plc? Jista’ jgħid kemm hemm u min huma l-health and safety Representatives? Jista’ jgħid x’taħriġ u xi kwalifiki għandhom f’dan il-qasam? Jista’ jgħid kemm jiddedikaw ħin fil-ġimgħa għal dan il-qasam?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta plc għandha l-Health and Safety Section li tieħu ħsieb is-saħħa u s-siġurta’ fl-operazzjonijiet u s-sit tal-kumpanija. Ir-rwol tal -Health and Safety Representative huwa wieħed volotarju u bħalissa hemm ħaddiema li offrew li jaqdu dan ir-rwol wara sejħa għal espressjoni ta’ interess. Dawn il-voluntiera għandhom it-taħriġ meħtieġ skont il-livelli u r-rekwiżiti meħtieġa. Huma jieħdu taħriġ organiżżat mill-OHSA. Il-ħin iddedikat għal dan ix-xogħol ivarja skont l-esiġenzi tal-Kumpanija.

Proġett tat-Triq tas-Salina – konsultazzjoni mar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-residenti tas-Salini ġewx ikkonsultati dwar il-proġett tat-Triq tas-Salina illi qed isir xogħol fuqha bħalissa? Jekk iva, jista’ jgħid meta kkonsulta magħhom? Jista’ jgħid ma’ kemm-il resident ikkonsulta u wkoll jikkonferma illi n-nies illi kkonsulta magħhom attwalment jgħixu s-Salini?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill- Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12718.

Proġett tat-Triq tas-Salina – aċċess għar-residenti

Question

Fir-rigward tal-proġett tat-Triq tas-Salina u r-residenti t’hemmhekk , jista’ l-Ministru jgħid għala r-residenti għad m’għandhomx proposta finalizzata dwar minn fejn se jkun id-dħul għar-residenzi tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li d-dħul u l-ħruġ tal-Hamlet għadhom suġġett ta’ approvazzjoni mill-MEPA u mis- Superintendenza tal-Wirt Kulturali. Hemm indikazzjonijiet li l-proposta ta’ upgrade għal Triq il-Katakombi hija dik ppreferuta mill-awtoritajiet kompetenti.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-ARMS Metering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-għala mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-ARMS Metering u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14140.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mas-Segretarjat tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mas-Segretarjat tas-Saħħa u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14140.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-Airport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Airport u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14140.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mad-Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mad-Dipartiment tal-Artijiet u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14140.

Engineering Resources Ltd – organigramma

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-organigramma tal-istruttura tal-Engineering Resources ltd?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istruttura maniġerjali tikkonsisti minn General Manager, Manager HR u Relazzjonijiet Industrijali, kif ukoll Policy and Industrial Relations Manager.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total ta’ ħaddiema illi għandha l-Engineering Resources Ltd?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ERL għandha 1,445 (elf, erba’ mija, ħamsa u erbgħin) impjegat fuq il-kotba tagħha.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-biċċerija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati, u offruti, l-opportunità ta’ secondment mal-Biċċerija u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li jeżisti proċess biex ħaddiema tal-Engineering Resources Ltd jiġu sekondati fuq roles u pożizzjonijiet meħtieġa. Dawn jiġu trasferiti jew fuq talba tagħhom stess jew għaliex il-ħiliet tagħhom jiġu mqabbla ma’ vacancies, u huma jaċċettaw.