Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar asfaltar u/jew kostruzzjoni ta’ toroq residenzjali minn Transport Malta fil-perjodi rispettivament ta’ bejn Jannar 2012 u Marzu 2013 u bejn April 2013 u Diċembru 2014? Jista’ jgħid kemm hemm tenders pendenti quddiem Transport Malta għall-aġġudikazzjoni għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ta’ toroq residenzjali u jgħid kemm ilhom pendenti u għaliex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mgħoddija lili minn Transport Malta, fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2012 u Marzu 2013 sar xogħol ta’ asfaltar u/jew kostruzzjoni fuq 59 triq residenzjali, filwaqt li għall-perjodu ta’ bejn April 2013 u Diċembru 2014 sar xogħol fuq 71 triq residenzjali. Minbarra dawn ix-xogħlijiet li tlestew, fil-preżent hemm total ta’ 30 triq oħra li qiegħdin fi stadju ta’ evalwazzjoni u 4 oħra li jinsabu fil-perjodu ta’ appell.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet u/jew kumpanija privati illi għandhom storage facilities għall-ħażna tal-fuel? Jista’ jgħid x’inhu l-volum massimu ta’ ħażna li jistgħu jieħdu dawn l-istorage facilities?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ħarġet il-liċenzji dwar il-ħażniet Primarji ta’ fuel skont l-Avviż Legali 278 tal-2007. Ħażniet tal-fuel għall-użu personali ta’ persuna/kumpanija huma regolati mill-Avviż Legali 53 tal-2010. L-informazzjoni qed titpoġġa fit-tabella hawn taħt.
Uħud mill-operaturi jikru parti mill-ħażna tagħhom lill-operaturi oħrajn.
Entitajiet/Kumpaniji Privati li għandhom Storage Facilities
Volum Massimu ta' Ħażna
Easygas (Malta) Ltd
65 (LPG)
Enemalta Corporation
79,638
Mediterranean Offshore Bunkering Co. Ltd
44,949
San Lucjan Oil Company Ltd
44,375
Oil Tanking Malta Ltd
444,809
Attard Petroleum Services Ltd
160
Enemed Co. Ltd
274,285
GASCO Energy Ltd
4,800 (LPG)
Trasport pubbliku — Talba mill-kumpanija Arriva għal sussidju
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba li huwa qal kienet saret mill-kumpanija tat-trasport pubbliku Arriva għal sussidju annwali ta’ €45 miljun?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali, però m’għandi ebda problema li tiġi personalment sabiex nuriha id-dokument.
Jista’ l-Ministru jispjega dan li ġej: Jekk inhu vera li mogħdija waħda tal-karreġġjata tiflaħ it-traffiku li jgħaddi minn Triq ix-Xatt, il-Gżira, x’hemm il-ħtieġa ta’ karreġġjata ddedikata għall-karozzi tal-linja, meta dawn it-tnejn flimkien jistgħu jaqsmu t-traffiku bejniethom fuq iż-żewġ naħat tat-triq? Il-karozzi privati u l-karozzi tal-linja ma jgħaddux aktar malajr meta jużaw iż-żewġ mogħdijiet? Ma jidhirlux il-Ministru li din hi kontradizzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bus lane tal-Gżira ser tkun qed tintuża mix-xarabanks tar-rotta u wkoll minn vetturi ta’ trasport pubbliku, muturi, taxis, vetturi tal-elettriku, vetturi LPG u vetturi high occupancy. B’dan il-mod, se nkunu qed nagħtu priorita’ lil modi oħra ta’ trasport sabiex inrawmu kultura fejn kemm jista’ jkun nnaqsu d-dipendenza fuq l-użu tal-vettura privata.
Il-Gżira – djuq ta’ triq quddiem il-Pont għal Manoel Island
Question
Jista’ l-Ministru jispjega dan li ġej: Jekk ħdejn il-pont ta’ Manoel Island illum hemm perikolu għaliex it-triq tidjieq u karozzi jridu jidħlu f’mogħdija waħda, dan mhux l-istess se jibqa’ – jekk mhux agħar – meta l-karozza tal-linja tiltaqa’ mal-karozzi privati fl-istess post?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-bus lane tal-Gżira ġiet disinjata sabiex tinkorpora traffic pre-signals fil-punt fejn il-karreġġjati jiltaqgħu f’karreġġjata waħda. Dawn il-pre-signals se jiġu attivati minn karozza tal-linja li tkun ġejja, bir-riżultat li t-traffiku se jieqaf biex tgħaddi l-karozza tal-linja. Dan se jippermetti x-xarabank li tipproċedi b’mod sikur fil-karreġġjata waħda ħdejn il-pont ta’ Manoel Island.
Trasport Pubbliku — Taħriġ lis-Sewwieqa fuq simulator
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fit-taħriġ tas-sewwieqa tat-trasport pubbliku li se jsir fuq is-simulator, is-simulator se ju¿a bus lanes u toroq identiċi għas-sitwazzjoni ta’ Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li sabiex is-simulator li ser jiġi wżat biex iħarreġ lis-sewwieqa tat-trasport pubbliku jkun effettiv, irid jirrifletti kemm jista’ jkun il-kundizzjonijiet tat-toroq ta’ Malta.
Il-Gżira – Triq ix-Xatt – miżuri alternattivi għal bus lane
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta qiesitx alternattivi oħra għal bus lane fil-Gżira minflok li tieħu mogħdija li jużaw il-karozzi privati? Jekk iva, x’kienu?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nitlob lill- Onorevoli Interpellant biex tirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numru 14248 u 14443, ninfurmaha li wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Gżira ġie deċiż li tintgħażel l-alternattiva li qed tinbena bħalissa.
Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li ssir il-bus lane fi Triq ix-Xatt, il-Gżira? Jista’ jikkonferma li din it-talba ma oriġinatx mill-operatur Spajnol tat-trasport pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni li ssir bus lane fi Triq ix-Xatt, il-Gżira, ittieħdet fis-sena 2012, proprju meta l-istess Onorevoli Interpellant kienet il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Għaldaqstant huwa ovvju li t-talba għal din il-bus lane ma oriġinatx mill-kuntrattur Spanjol tat-trasport pubbliku li ħa f’idejh l-operat tat-trasport pubbliku fil-bidu tas-sena kurrenti.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li n-numru ta’ irmiġġi fl-inħawi ta’ Wied il-Buni se jiżdied minn 70 għal madwar 200? Jekk inhuwa minnu, jista’ jgħid kemm se jkun hemm eżatt u minn meta se jibdew jintużaw? Jista’ jgħid meta għandu l-ħsieb li jibda l-proġett u meta qed jantiċipa li jitlesta? Jista’ jgħid jekk iż-żona preżenti hiex se tibqa’ dik li hi jew inkella hiex se tiġi estiża? Jekk se tiġi etiża, jista’ jgħid minn fejn u sa fejn se tkun qed tkopri? Jekk kemm-il darba dan il-proġett se jsir, jista’ jgħid ma’ min ikkonsulta u xi studji saru sabiex jassigura li l-proġett isir b’tali mod li ma jkunx ta’ detriment għall-bajja u l-għawwiema li jiffrekwentawha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan ta’ rmiġġi għal din iż-żona dejjem kien ta’ madwar 206 irmiġġ u m’hemm l-ebda pjan li ż-żona preżenti tiġi estiża. Dan il-proġett diġà beda u huwa mistenni li ma jdumx ma jitlesta. Il-proġett qed isir ‘il barra miż-żona riservata għall-għawwiema fejn kien hemm ħafna rmiġġi mhux organizzati u għaldaqstant il-bajja mhux ser tiġi affetwata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu water saving kits lill-familji Maltin u Għawdxin sal-aħħar ta’ Jannar 2015? Kemm swew dawn il-water saving kits? Jista’ jgħid jekk ħariġx tender f’dan ir-rigward?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tqassmu 9,195 (disat’elef, mija, ħamsa u disgħin) water saving kit lill-familji Għawdxin bħala parti minn proġett pilota li sar f’Għawdex, bi spiża medja ta’ €6.78 (sitt ewro, tmienja u sebgħin) għal kull kit. Ix-xiri tagħhom sar permezz ta’ tender li kien imħabbar fil-gazzetta tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-binjiet pubbliċi li mhumiex self sufficient fil-bżonnijiet tal-enerġija? Jista’ jagħti lista tagħhom? Jista’ jgħid liema huma dawk il-binjiet li huma self sufficient fil-bżonnijiet tal-enerġija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm VAT Inspectors fid-Dipartiment tal-VAT? Dan huwa l-full complement jew le? Kemm suppost għandu jkun hemm VAT Inspectors biex dawn ilaħħqu mal-work load tagħhom? Jista’ jgħid jekk il-VAT Inspectors kollha humiex jagħmlu xogħol ta’ VAT Inspectors jew jekk hemmx minnhom li qed jingħataw xogħol purament klerikali? Jekk dan huwa minnu, kemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 37 VAT Inspectors. Fi żmien qasir ser jiġu ngaġġati numru ta’ inspectors ġodda. Il-VAT Inspectors kollha jagħmlu xogħol ta’ VAT Inspectors, kif ukoll xogħol relatat inkluż investigazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li l-online shops lokali jiġbru u jħallsu l-VAT kif suppost?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li d-Dipartiment tal-VAT jagħmel żjajjar frekwenti ta’ kontroll fl-uffiċji reġistrati ta’ l-online shops. Wara dawn iż-żjajjar, il-VAT Inspectors jagħmlu analiżi tad-data miġbura u jqabbluha mad-dikjarrazzjonijiet/denunzji tal-VAT rispettivi.
Il-Gżira –passiġġieri fil-karozza tal-linja li għaddu minn Triq ix-Xatt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ passiġġieri li jużaw il-karozzi tal-linja siegħa b’siegħa, li jirkbu jew jgħaddu minn Tas-Sliema għal Triq ix-Xatt, il-Gżira matul il-jum tal-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li preżentament, l-operatur tat-trasport pubbliku m’għandux l-informazzjoni li qed tiġi mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet tal-ġurnata se tkun qed tapplika l-bus lane fi Triq ix-Xatt tal-Gżira, u ċjoè f’liema ħinijiet tal-ġurnata se tkun ristretta l-lane ta’ ġewwa biex tintuża esklussivament bħala bus lane?
Response (MIZZI, JOE)
Nibda billi nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjoni li tiġi implimentata l-bus lane fi Triq ix-Xatt tal-Gżira kienet parti mill-proġett tal- MODUS liema Grant Agreement għall-fondi ERDF ġie iffirmat mill-Gvern preċedenti f’Ottubru 2012. Niġbed l-attenzjoni wkoll li saħansitra waħda mill-esperti li għandu bħalissa il- Partit Nazzjonalista, skont artiklu miktub minnha stess f’wieħed mill-ġurnali ewlenin indipendenti, hija wkoll favur il- bus lanes. Għaldaqstant nikkonferma lill-Onorevoli Interpellant, li l- bus lane fi Triq ix-Xatt tal-Gżira se tkun tapplika f’kull ħin tal-ġurnata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu bżonn ħaddiema mal-Enemalta plc biex jopera?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-Enemalta plc. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Environmental Monitoring Services u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva talbiet il-Bord għat-Tnaqqis mis-Sentenzi mill-bidu ta’ din il-Leġiżlatura sal-lum (xahar b’xahar) u kemm minnhom ġew milqugħa? It-talbiet li ġew milqugħa, kif huma maqsumin? Huma maqsuma skont it-tip ta’ reat? F’kull każ, is-sentenza b’kemm ġiet imnaqqsa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar domanda ninfurmaha li ma hemm l-ebda board li għandu l-faċilita skond il-liġi, li jnaqqas sentenza li tkun ġiet deċiża mill-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies irreġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) li qegħdin jistennew biex jibdew korsijiet tat-training?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li l-għadd ta’ nies li qed jistennew biex jibdew wieħed jew uħud mill-korsijiet li qed toffri l-Korporazzjoni taħt proġett ko-finanzjat mill-Fond Socjali Ewropew bit-titlu Enhancing Employability through Training, hu kif se nsemmi:
Kategorija tal-korsijietPersuni fuq il-Waiting list
Health, Safety and Security Courses1491
Literacy Courses632
Technical Courses233
ICT Courses1207
Numeracy Courses117
Hospitality and Customer Service Courses575
Accounting Courses161
Trainer Training Courses16
Transport Courses97
Care Courses117
Welding Courses100
Trade Courses361
Clerical Courses324
Renewable Energy Courses3
Total5434
Wieħed ma jistax ma jsemmix li wħud mill-korsijiet imsemmija hawn fuq ma setgħux jiġu offruti qabel minħabba l-fatt li n-numru ta’ trejners li jgħallmu s-suġġett huwa limitat ferm bħal per eżempju fil-każ ta’ Transport courses u Health, Safety and Security courses.
Mill-banda l-oħra, l-Korporazzjoni mhux dejjem tkun f’pożizzjoni li tibda korsijiet jekk numru ta’
trainees
ma jintlaħaqx. L-esperjenza tul dawn l-aħħar snin turina li jekk kemm-il darba minn tal-inqas 30 ruħ ma jissejħux għal kors, hemm ċans kbir li ftit ikunu dawk li jattendu l-lezzjonijiet bil-konsegwenza li kors xorta jkollu jitwaqqaf għax in-numru minimu ta’
trainees
ma jkunx intlaħaq. Konsegwenza ta’ dan tkun li jkunu saru sforzi ta’ riżorsi umani u finanzjari li finalment ma jkunux wasslu biex kors jibda u jkompli.
Infurmat ukoll li wħud min-numru ta’ nies li jidhru fit-tabella bħalissa qed jiġu mħajjra biex jattendu kors.