Legislature:
Category:
Reset
Active:

Individual Investor’s Programme — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kellhom l-ambaxxati u l-konsolati Maltin madwar id-dinja għall-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija sal-ġurnata li titwieġeb il-mistoqsija? Jista’ jgħid liema kienu l-iktar ħames ambaxxati u konsolati Maltin li rċevew talbiet mill-pubbliku dwar din il-materja?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dik li hija qegħda ssejħilha "bejgħ ta' ċittadinanza" hija Programm ta' Investiment Individwali, programm approvat mill-Unjoni Ewropea. Dwar in-numru ta' talbiet, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li kont tajtha għall-mistoqsija parlamentari 7187. Minn dakinhar, l-ambaxxati u l-konsolati Maltin kellhom mitejn tmienja u sebgħin (278) talba oħra. Għaldaqstant, l-aktar ħames ambaxxati u konsolati li rċevew talbiet huma Moska, Riyadh, Dubai, Pariġi u Istanbul.

BWSC u Planning and Dispatch Unit – Generation Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bżonn Generation Officers mal-BWSC u mal-Planning and Dispatch Unit rispettivament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed isiru diskussjonijiet mal-Union li tirrapreżenta lill-ħaddiema rigward il-complement.

Enemalta – Local Councils Section – Co-ordinators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Local Councils Section tal-Enemalta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma co-ordinators? Jista’ jgħid x’inhu r-rwol tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proċess ta’ ristruttural li għaddejja minnu l-kumpanija hemm diversi sezzjonijiet li ġew amalgamati flimkien. Fosthom din imsemmija mill-Onor. Interpellant.

Ħal Lija – Flood Relief Project

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'wassal għall-inċidenti reċenti ħdejn ir-roundabout ta' Ħal Lija fejn qed isir xogħol marbut mal-flood relief project u fejn, fost l-oħrajn, vetturi nqabdu ġo tappieri? Jista’ jgħid min ser jinżamm responsabbli? Jista’ jgħid ukoll jekk il-ħruġ ta' drenaġġ fl-aħħar jiem fil-wied ta' Ħal Balzan kienx marbut ma' dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li kien qiegħed isir ħdejn ir-roundabout ta’ Ħal Lija kien xogħol magħmul mill-Korporazjoni tal-Ilma biex titranġa is-sistema tad-drenaġġ u mill-kuntrattur li għandu l-kuntratt tal Flood Relief Project biex jitqiegħdu gradilji għal dan il-proġett.

Vetturi bi pjanċi barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir minn Transport Malta fir-rigward tad-diversi vetturi bi pjanċi barranin li żdiedu fit-toroq fl-aħħar xhur, speċjalment vetturi – ħafna minnhom lussużi u b’ċilindrata għolja – fl-inħawi ta’ Tas-Sliema, is-Swieqi u San Ġiljan bi pjanċi tal-Libja u tal-Lvant Nofsani, meta fil-fatt il-liġi ma tippermettix iż-żamma u l-użu ta’ pjanċi mhux reġistrati f’Malta lil hinn minn ċertu ammont ta’ żmien?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li l-Uffiċċjali tal-Infurzar ta’ Transport Malta jagħmlu xogħol fuq infurzar ta' vetturi bi pjanċi barranin skont l-eżiġenzi tax-xogħol li jkun għaddej.

Enemed – kuntratti għall-ħażna ta’ petrol u diesel

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li l-Enemed għandha bħalissa għall-ħażna ta’ petrol u diesel ma’ kumpaniji privati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.

Enemed – kundizzjonijiet tal-kiri għall-ħażna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Enemed għandhiex dritt tibdel il-kundizzjonijiet tal-kiri għall-ħażna meta trid hi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemed bħal kull entità kummerċjali oħra, għandha l-obbligu tonora l-kundizzjonijiet maqbula fil-kuntratti li tidħol għalihom, u mhijiex libera tibdel il-kundizzjonijiet unelateralment.

Lista ta’ proġetti ffinanzjati minn fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti li għaddejjin bħalissa u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li qed isiru minn fondi Ewropej? Għal kull proġett, jista’ jgħid kemm hu l-valur tal-grant agreement u kemm hu l-valur tal-contract agreement?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lista ta’ proġetti ffinanzjati minn fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti li għaddejjin bħalissa u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed isiru minn fondi ewropej? Għal kull proġett, jista’ jgħid kemm hu l-valur tal-grant agreement u kemm hu l-valur tal-contract agreement?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond kif ġejt infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inqiegħed Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Bulebel – dawl fi triq li tagħti għal Triq il-Barrani

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13841, jista’ l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija fir-rigward tat-triq mingħajr isem li minn quddiem il-GO u l-fabbrika Multipacking Ltd ta’ Bulebel, tagħti għal Triq il-Barrani?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li, jekk l-Onor. Interpellant qed tirreferi għal Triq il-Ħotba, il-Kunsill ma jidhirlux li hemm linji tad-dawl tat-toroq. Għaldaqstant, ikun aħjar jekk il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.

Il-Gżira — Triq Ix-Xatt - Survey dwar il-bus lane

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux surveys dwar il-queue and delay li jista' jkun hemm bl-introduzzjoni tal-bus lane fi Triq ix-Xatt il-Gżira? Jekk saru, jista' jgħid meta saru dawn is-surveys, f'liema ġranet u f'liema ħinijiet? Minn min saru?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14248.

Importazzjoni ta’ petrol u diesel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie impurtat petrol u diesel matul l-2014? Jista’ jgħid minn min ġie impurtat u x’kien il-volum rispettiv?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-figuri awditjati għas-sena 2014 għadhom mhumiex iffinaliżżati.

Konsum ta’ petrol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-petrol f’Malta matul l-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14456 (erbatax-il elf, erba’ mija, sitta u ħamsin).

Konsum ta’ diesel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tad-diesel f’Malta matul l-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14456 (erbatax-il elf, erba’ mija, sitta u ħamsin).

Enemed – xiri ta’ petrol u diesel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grade ta’ petrol u diesel qed jinxtara mill-Enemed?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-petrol u d-diesel importati mill-Enemed jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet mitluba skont l-Avviż Legali 66 tal-2011.

Importazzjoni ta’ diesel — kwalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qed jiċċertifika l-kwalità tad-diesel li qed ikun importat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-fjuwil mixtri mill-Enemed jinxtara fuq bażi ta’ CIF skont it-termini tal-INCO 2010. Bi ftehim bejn l-Enemed u l-bejjiegħ, jiġi magħżul Spettur rikonoxxut internazzjonalment sabiex jagħmel spezzjonijiet fuq il-kwalita’ tal-fjuwil.

Kumitat għax-Xiri taż-Żejt — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-Kumitat għax-Xiri taż-Żejt, u x’inhuma t- terms of reference tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal-liema fuel procurement committee qed tirreferi.

Il-Qajjenza – Lqugħ għall-opri tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbena xi tip ta’ lqugħ għall-opri tal-baħar fin-naħa tal-Qajjenza u ta’ San Ġorġ, sabiex ikun jista’ ji¿diedu l-irmiġġi f’dawk l-inħawi? Jekk iva, jista’ jgħid meta għandu l-ħsieb li jibda l-proġett u meta qed jantiċipa li jitlesta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li preżentament għad ma hemmx pjan biex isiru xogħlijiet ta’ breakwaters fin-naħa tal-Qajjenza u ta’ San Ġorġ.

Bus Lanes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bus lanes f’Malta u fejn qegħdin billi jagħti l-ismijiet tat-triq fejn qegħdin? Jista’ jgħid jekk hemmx minnhom li jservu bħala tali għall-perjodu u/jew ħinijiet partikolari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bus lanes li hawn f’Malta huma dawn: - Triq Aldo Moro Marsa - Sliema Ferries - Msida / Pieta’ - Triq Sant’Anna, Furjana Il-bus lanes huma applikabbli dejjem u jistgħu jagħmlu użu minnhom ukoll ċiklisti, muturi, taxis, vetturi tal-elettriku u autogas, kif ukoll vetturi privati li jkunu qed iġorru iktar minn 3 persuni inkluż ix-xufier.

Proġetti finanzjati minn fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti li għaddejjin bħalissa u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed isiru minn fondi Ewropej? Għal kull proġett, jista’ jgħid kemm hu l-valur tal-grant agreement u kemm hu l-valur tal-contract agreement?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.