Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Ministeru tiegħu ħass il-bżonn li joħroġ stqarrija biex jikkundanna lill-UĦM għall-istrajk ordnat fil-Malta Public Transport filwaqt li ma qal xejn dwar l-istrajk li ordnat il-GWU għall-istess raġuni fil-Freeport?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ każijiet imsemmija minnha huma differenti sostanzjalment u m’għandiex x’taqsam il-Union rispettiva li sejjħithom.
Directorate for Projects and Development u Construction and Maintenance Unit – Użu ta’ Concrete mesh u rods
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intużaw concrete mesh u rods mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Fuq liema proġetti intużaw u kemm intuża fuq kull proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li ċerti dokumenti ġew elevati mill-Pulizija mhux possibli li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Directorate for Projects and Development u Construction and Maintenance Unit – Użu ta’ Concrete
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jarda concrete intuża mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Fuq liema proġetti intużaw u kemm intuża fuq kull proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li ċerti dokumenti ġew elevati mill-Pulizija mhux possibli li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Directorate for Projects and Development u Construction and Maintenance Unit – użu ta’ bricks
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intużaw bricks mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Fuq liema proġetti intużaw u kemm intuża fuq kull proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li ċerti dokumenti ġew elevati mill-Pulizija mhux possibli li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Is-Swieqi – toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li jagħmlu parti mis-Swieqi (inkluż l-Ibraġġ u Madliena) u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq arterjali li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta fis-Swieqi huma:
Triq Sant’ Andrija
u
Triq Reġjonali
Rigward toroq residenzjali f’din il-lokalità Transport Malta responsabbli sabiex tasfalta għall-ewwel darba:
- parti minn Triq il-Ħabba,
- parti minn Triq l-Iskud,
- parti minn Triq il-Qasam,
- parti minn Triq Menville,
- parti minn Triq Ħabb il-Qamħ,
- parti minn Triq Fjorin,
- parti minn Triq il-Buganvilla,
- parti minn Triq il-Ġiebja, Triq ta' Ġokondu,
- parti minn Triq il-Majjistral,
- parti minn Triq tal-Franċiz,
- Triq Ġdida fi Triq Josef Kalleya
- parti minn Triq it-Terz
- Triq ir-Ratal
- Parti minn Triq Assenza
Dawn it-toroq huma nklużi mal-lista ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed jiġu asfaltati għall-ewwel darba minn Transport Malta skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
San Ġwann – toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li jagħmlu parti minn San Ġwann u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq arterjali li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta f’San Ġwann huma kif ġej:
Triq Birkirkara
Triq in-Naxxar
Vjal ir-Riħan
Triq Dun Karm
Triq Reġjonali/Triq Mikiel Anton Vassallo
Triq tal-Balal
Rigward toroq residenzjali f’din il-lokalità, Transport Malta responsabbli sabiex tasfalta għall-ewwel darba parti minn Triq Brydone, Ta’ Giorni li hija nkluża mal-lista ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed jiġu asfaltatati għall-ewwel darba minn Transport Malta skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
L-Imsida – toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li jagħmlu parti mill-Imsida u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-toroq arterjali/distributorji fl-Imsida jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali:
- Ix-Xatt tal-Imsida;
- Triq il-Wied;
- Misraħ il-Menqa (imsejjaħ ukoll Misrah Ġuże’ Ellul Mercer)
- Triq Mikiel Anton Vassalli
- Triq Dun Karm
It-toroq residenzjali fl-Imsida li huma nklużi mal-lista ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed jiġu asfaltati għall-ewwel darba minn Transport Malta (skont il-livell tal-iżvilupp u l-prijoritajiet li jirriżultaw) huma:
- Triq Santa Venera
- p/o Triq it-Torri (Swatar)
- Triq is-Snajja
- Triq Ċensu Farrugia kantuniera ma’ Triq Misraħ il-Barrieri
- Triq Sisla (Swatar)
- Triq ġdida fi Triq Kalċ Schembri
- Triq Innoċenz Zammit
- Triq ġdida fi Triq Rainbow
Il-Għargħur – toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li jagħmlu parti mill-Għargħur u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq arterjali/distributorji fil-Għargħur li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali huma:
- Triq tal-Balal, u
- Triq M. Murray
It-toroq residenzjali fil-Għargħur li huma nklużi mal-lista ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed jiġu asfaltati għall-ewwel darba minn Transport Malta (skont il-livell tal-iżvilupp u l-prijoritajiet li jirriżultaw) huma:
- Parti minn Sqaq Ħofra, u
- Triq Indipendenza
Ta’ Xbiex – toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li jagħmlu parti minn Ta’ Xbiex u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex m’hemmx toroq arterjali jew distributorji li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta. Rigward toroq residenzjali f’din il-lokalità Transport Malta responsabbli sabiex tasfalta għall-ewwel darba Triq l-Imradd.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju ta’ kull chief separatament li jaħdem Transport Malta u jekk dan jinkludix ukoll fuel allowances u/jew l-użu ta’ vettura u/jew xufier?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pakketti finanzjarji taċ-chief officers impjegati ma’ Transport Malta ġew definiti taħt l-amministrazzjoni preċedenti u fil-fatt il-maġġoranza tagħhom għandhom il-kuntratt li jmur lura għal dak iż-żmien. Fil-każ ta’ chief officers li ġew ingaġġati wara dan il-perjodu, dawn qegħdin fuq l-istess skala ta’ salarju u benefiċċji li għandhom il-kumplament taċ-chief officers eżistenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mar l-ewwel darba l-Ażerbajġan minn mindu daħal fil-politika? Jista’ jgħid kemm-il darba mar l-Ażerbajġan minn mindu daħal fil-politika? Jista’ jgħid min mar miegħu kull darba li mar l-Ażerbajġan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li vjaġġajt fl-Ażerbajġan fl-2014. Akkumpanjajt lill-Prim Ministru u lid-delegazzjoni fi żjara li matula saru laqgħat mal-President u ma’ Ministri tal-Gvern, kif ukoll mat-tmexxija ta’ Socar. Fi żjarat li saru ukoll fl-2014, saru laqgħat simili u attendejt għall-ftuħ ta’ Gas pipeline flimkien ma’ Ministri u mexxejja oħra ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba tkellem ma’ rappreżentanti tas-SOCAR jew middlemen tagħhom? Jista’ jgħid kemm-il darba żar lis-SOCAR jew xi rappreżentant jew middleman tagħhom? Jista’ jgħid ma’ min tkellem?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma tkellimtx ma’ middlemen.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa –laqgħat mas-SOCAR
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-konsulenti tiegħu tkellmu mas-SOCAR jew middlemen tagħhom? Jista’ jgħid kemm-il darba l-konsulenti tiegħu żaru lis-SOCAR jew xi rappreżentant jew middleman tagħhom? Jista’ jgħid ma min tkellmu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15531 (ħmistax-il elf, ħames mija, wieħed u tletin).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promotions fi Transport Malta minn Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x’kienu dawn il-promozzjonijiet? Lil min ingħataw u kemm żdiedet il-payroll komplessivament riżultat ta’ dawn il-promotions?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, li l-bus shelter li kien hemm qrib Pender Gardens terġa’ ssir? Jekk iva, jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li terġa’ ssir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi Transport Malta se tkun qiegħda tikkunsidra illi terġa' tistalla bus shelter qrib Pender Gardens, ġaladarba l-iżvilupp illi qiegħed iseħħ fl-inħawi jkun lest.
Proġett tat-Triq tas-Salini – Triq il-Katakombi – fdalijiet storiċi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14159, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dokumenti li qed tipprepara Transport Malta, liema dokumenti huma rikjesti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u meta hemm il-ħsieb li jitlestew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li, fir-rigward tal-permess tal-MEPA ta’ Triq il-Katakombi, Transport Malta ppreparat id-dokumenti li ġejjin:
· Pjanti tad-disinn
·
Construction Management Plan
·
Restoration Method Statement
għall-kappella eżistenti
·
Project Description Statement
· Formola tal-NSO
Dawn id-dokumenti ntbgħatu għall-attenzjoni u approvazzjoni tal-MEPA.
Proġett tat-Triq tas-Salina – bus shelters u bus stops
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14161, fir-rigward tal-Proġett tas-Salini, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bus shelter u kemm-il bus stop se jkun hemm, u fejn se jkunu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li matul il-proġett, il-bus stops u bus shelters proposti li ser jinbnew u/jew jiġu nstallati wara li x-xogħlijiet jitlestew huma dawn li ġejjin:
i. Viċin il-
junction
tat-
traffic lights
tal-Qawra – (a) 1 x
bus stop
mingħajr
shelter
(b) 1 x
bus stop
b’
shelter
inkluż
ii. Viċin ir-
roundabout
ġdida li tgħaqqad Triq il-Kosta ma’ Triq is-Salini li tagħti lejn t’Alla w Ommu – 2 x
bus stops
b’
shelter
inkluż kull wieħed
iii. Viċin il-lukanda
Coastline
u s-Salini – 2 x
bus stops
b’
shelter
inkluż kull wieħed
iv. Viċin l-Għadira s-Safra – 2 x
bus stops
mingħajr
shelters
v. Viċin Triq il-Porzjunkola – 2 x
bus stops
b’
shelter
inkluż kull wieħed
vi. Viċin il-gabbana tal-ġelati f’Baħar iċ-Ċagħaq – 2 x
bus stops
b’
shelter
inkluż kull wieħed
Għaldaqstant, wieħed jista’ jikkonkludi li l-proġett ser jinkludi tnax-il bus stop (12) u li disgħa (9) minnhom ser ikollhom bus shelter inkluż.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14162, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-isforzi li qegħdin isiru biex ikun hemm kontroll aħjar fuq vetturi fit-toroq Maltin b’number plates ta’ barra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li Transport Malta hija mpenjata li żżid n-numru ta’ roadside checks f’diversi lokalitajiet strateġiċi kif ukoll fl-iktar ħinijiet peak tal-ġurnata. L-Awtorita’ għandha wkoll il-ħsieb li tibda diskussjonijiet m’awtoritajiet oħra konċernati, bħalma huma l-Pulizija, sabiex ikun hemm koordinament aħjar bejn l-entitajiet f’dak li jirrigwarda allokazzjoni ta’ riżorsi disponibbli għal dawn it-tip ta’ kontrolli, u sabiex l-Awtorita’ possibilment tingħata aċċess għal informazzjoni li tirrigwarda vetturi bi pjanċi barranin li jkunu ddaħħlu f’Malta sabiex jinstaqu lokalment fit-toroq tagħna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14196 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma l-binjiet pubbliċi li mhumiex self sufficient fil-bżonnijiet tal-enerġija? Jista’ jagħti lista tagħhom? Jista’ jgħid liema huma dawk il-binjiet li huma self sufficient fil-bżonnijiet tal-enerġija?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.