Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda mal-Wasteserv minn Marzu 2013 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari, kemm dawk li qed jaħdmu tramite l-kuntrattur, kemm dawk li ġew seconded minn dipartimenti oħra tal-Gvern, kemm dawk illi ġew magħżula mingħajr sejħa pubblika, kif ukoll dawk illi ġew magħżula wara sejħa pubblika? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kemm daħlu jaħdmu tramite l-kuntrattur, kemm seconded minn dipartimenti oħra tal-Gvern, kemm ġew magħżula mingħajr sejħa pubblika, u kemm ġew magħżula wara sejħa pubblika separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-infomrazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux konxju illi ġewwa Wied Fulija qed jintrema ammont kbir ta’ skart, primarjament skart tal-kostruzzjoni? Jista’ jgħid x’passi ħa f’dan ir-rigward?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li bħalissa f’Wied Fulija m’hija għaddejja l-ebda attività b’konnessjoni mar-rimi ta’ skart, inkluż dak tal-kostruzzjoni.
Jien infurmat ukoll li għal xi żmien il-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura għamel użu temporanju minn Wied Fulija billi tqiegħed materjal ta’ kostruzzjoni li nqalà meta kien qed isir xogħol fuq toroq fil-viċinanzi. Dan il-materjal iżda reġà ttieħed biex ġie riċiklat jew reġà ntuża fuq proġetti ta’ toroq oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett ta’ l-autoclave illi kien ġie kkummisjonat permezz ta’ tender CT3161/2013? Jista’ jikkonferma jekk dan il-proġett il-ġdid tal-Marsa hux se jkopri l-faċilitatjiet kollha li jissemmew fl-istrateġija ta’ l-iskart 2014-2020 pg 47-48?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-ispiża tal- AutoClave se tammonta għal madwar €12 Miljun vat eskluż. Minn dan l-ammont, 85% se jkun ko-finanzjat mill-fondi ta’ UE mill-proġett ERDF. (European Regional Development Fund). L-impjant tal-Autoclave ħa jittratta kategorija 1, 2 u 3 karkassi u skart ieħor tal-annimali u b’hekk jintlaħqu l-miri tal-Waste Management Plan.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-inċineratur jinsab mitfi? Jista’ jgħid meta se jkun qed jinxtegħel? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi meta l-autoclave jibda jaħdem, l-inċineratur jintuża iktar għal skart perikoluż bħal skart mill-industrija farmaċewtika?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-inċineratur intefa għal raġunijiet ta’ manutenzjoni u fil-fatt reġa’ beda jiffunzjona fil-15 ta’ Mejju 2015 u dan wara li għamel erbat ijiem (mill-11 ta’ Mejju 2015) mixgħul biex jilħaq it-temperatura neċessarja ħalli jkun jista’ jaħdem b’mod normali. Barra minn hekk, meta jibda jaħdem l-autoclave, l-inċineratur jibqa’ jintuza għal skart iktar perikoluż jew skart kliniku (clinical waste).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sinjal tat-toroq (road sign) u kemm-il road marking kellhom jiġu rranġati wara illi ndunaw li kellhom żbalji ta’ grammatika u ortografija?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika l-perjodu li għalih qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kriterji tal-għażla tal-kumpanija Iżraeljana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li fi Frar 2015 tħabbar illi ngħatat liċenzja għat-tiftix għaż-żejt f’Area 5?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni mill-kumpanija Iżraelita saret wara li ġie ppublikat avviż fl- 4 ta’ April 2014 fuq il-ġurnal uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva tal-Ewropa 94/22/EC. Il-Gvern qiegħed preżentament jadotta ‘open door policy’ kif sar fis-snin ta’ qabel. Il-kriterji kkunsidrati huma dawk li hemm fid-Direttiva tal-Ewropa 94/22/EC.
Tiftix għaż-żejt – Liċenzji ta’ studji esploratorji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ studji esploratorji minn kumpanji taż-żejt bejn l-2009 u l-2015 (l-2015 inkluż), sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif elenkata fit-tabella hekk kif ġej:
Sena
Applikazzjonijiet għal
Exploration Study Agreements
(ESA)
2009
0
2010
0
2011
1
2012
0
2013
1
2014
1
Sa 14/5/2015
0
Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ kumpaniji oħra bil-għan li nidħlu f’ kuntratti ġodda.
Manutenzjoni tat-toroq permezz ta’ public/private partnership
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi mhu se jidħol ebda ħlas jew forma ta’ taxxa, kemm diretta u indiretta, jekk il-Gvern jagħżel li l-maintenance and upkeep tat-toroq isir permezz ta’ public private partnership?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-klima – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ħareġ il-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet kollha illi jaqgħu taħt id-dekasteru tieghu minn Marzu 2013 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ingħataw?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont it-tagħrif mogħti lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Permanenti l-ammont ta’ direct orders maħruġa mill-Ministeru, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tieghi, minn Marzu 2013 sad-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari, jammonta għal 149. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A (il-Ministeru u Dipartimenti) u Tabella B (WasteServ) bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-klima – konsulenti u persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-konsulenti u l-persons of trust illi tqabbdu mill-Ministru jew minn dipartimenti u entitajiet illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’inhu s-salarju tagħhom u x’perkaċċi għandhom?
Response (BRINCAT, LEO)
B’żieda ma l-informazzjoni li qegħdt fuq il-Mejda tal-Kamra għal Mistoqsijiet Parlamentari Nri. 15297 u 15298, għandi ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li mit-tagħrif mogħti lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti hemm ħames karigi oħra ma dawk imsemmija. Madanakollu, seħħ ukoll tnaqqis ta’ kariga waħda ta’ Environment & Sustainability Monitor li ħadet impenn ġdid. Qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il parking bay żdied fil-lokalità ta' Ħal Luqa minn Marzu 2013 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jikkonferma illi l-Kunsill Lokali għandu l-permess ta' Trasport Malta biex jagħmel dan għall-parking bays kollha illi saru matul il-perjodu msemmi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li l-parking spaces il-ġodda saru minn Transport Malta. Il-Kunsill Lokali ma żiedx parking spaces. Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha tkun indirizzata lill-Ministeru konċernat.
Trasport pubbliku — Kuntratt iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-operatur il-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun il-mument opportun biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid ma dak li diġà ntqal fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti rigward il-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni f’position of trust
Question
B’referenza għall-mistoqsija 15740, jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet tal-konsulenti u tal-persons of trust li taw is-servizz tagħhom bejn Marzu 2013 u d-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, inkluż dawk li ġew ingaġġati mill-amministrazzjoni preċedenti u li reġgħu ġew imġedda?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-lista ta’ persuni li taw is-servizz tagħhom bħala position of trust fid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jien immexxi, bejn Marzu 2013 u d-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari hija kif ġej :-
· CEO - MELP
· Chairman & CEO – BICC*
· Chairman – GHRC
· Co-Ordinator of Works – Cleansing Directorate
· Co-Ordinator of Works (Public Convenience) – Cleansing Directorate
· Driver to Chairman – BICC*
· Personal Assitant to Chairman – BICC*
· Head of PDCU / Project Leader – GHRC
· Project Draughtsman – GHRC
· PA to Chairman GHRC
· Co-Ordinator of Works (Northern Region) – Cleansing Directorate
· Senior Operating Officer – TM
· Acting Chief Information Officer – TM
· Executive Assistant to the Chairman – TM
· Driver to the Chairman – TM
· Manager (Media & Communications) – TM
· PA to Senior Operating Officer - TM
Nota : Preżentament il-BICC m’għadux jagħmel parti mid-dekasteru tal- MTI
Il-lista tal-Konsulenti li taw is-servizz tagħhom minn Marzu 2013 ‘il quddiem, inkluż dawk li ġew ingaġġati mill-amministrazzjoni preċedenti u li l-kuntratt tagħhom reġa’ ġie imġedded, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15737 u jgħid x’inhu s-salarju tal-5 persuni mpjegati f’position of trust fi Transport Malta u cjoè:
(a) Is-Senior Operating Officer
(b) L-Acting Chief Information Officer
(c) L-Executive Assistant to the Chairman
(d) Driver (Chairman’s Office)
(e) Manager (Media & Communications)
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’ inżid aktar ma’ dak li diġà ntqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15737.
Il-qafas regolatorju dwar l-użu tal-annimali fit-triq
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15555, jista’ l-Ministru jagħti data indikattiva ta’ meta huwa mistenni illi jkun lest il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-qafas regolatorju dwar l-użu tal-annimali fit-triq? Sussegwentament, jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta huwa mistenni illi se jkun lest il-qafas regolatorju dwar l-użu tal-annimali fit-triq ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-konsultazzjoni relatata mal-qafas regolatorju dwar l-użu tal-annimali fit-triq ġiet konkluża. B’riżultat ta’ dan, ir-regolamenti dwar l-użu stradali ta' bhejjem u vetturi miġbuda minn bhima jinsabu fl-aħħar stadju ta’ tħejjija. Dawn huma mistennija li jkunu approvati u sussegwentement ippubblikati sas-sajf li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti data indikattiva ta’ meta hemm il-ħsieb illi jitlesta l-proġett ta’ Triq il-Kosta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li partijiet sostanzjali mill-proġett se jkunu nbnew sal-livell tal-asfalt tal-wiċċ sa Lulju 2015. Huwa mistenni li l-parti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq li qed tinbena bħalissa titlesta ftit wara u f’dan il-perjodu huwa wkoll mistenni li f’ċertu partijiet tal-proġett ikun għaddej xogħol ta’ finishing. Il-parti tas-Salini u biswit Kennedy Grove, minħabba d-diversi skoperti arkeoloġiċi, hija l-aħħar parti li ser tkun qed titlesta fil-proġett u huwa mistenni li titlesta fl-aħħar kwart tas-sena 2015.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ħareġ il-Ministeru tiegħu, inklu¿ id-dipartimenti u l-entitajiet kollha illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ingħataw?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu ħaddiema minn mal-ARMS bejn Marzu 2013 u d-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm minnhom talbu biex imorru lura mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, kemm minnhom ġew aċċettati, u x’xogħol ingħataw mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u l-15 ta’ Mejju 2015, kien hemm 25 (ħamsa u għoxrin) ħaddiem li telqu minn mal-ARMS u marru lura mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
ARMS u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mniżżlin fuq il-payroll tal-ARMS u l-payroll tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma separatament, fid-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il dgħajsa hemm irreġistrata ma’ Transport Malta illi għandhom il-liċenzja MFA, MFB u MFC? Jista’ jgħid x’inhuma l-parametri illi jridu joperaw bihom dawk illi għandhom il-liċenzja MFA, MFB u MFC separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull bastiment tas-sajd reġistrat ma’ Transport Malta għandu wkoll ikun reġistrat mad-Dipartiment tas-Sajd biex tinħareġ il-liċenzja tas-sajd skont il-parametri rigward l-operat stabbiliti mid-Dipartiment konċernat.
Transport Malta għandha dawn il-bastimenti tas-sajd reġistrati:
CATEGORY
NO
MFA
261
MFB
89
MFC
399
MFD
2
TOTAL
751