Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — inġiniera li spiċċaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inġinier spiċċa minn mal-Enemalta bejn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni l-għala li spiċċaw?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu 2013 spiċċaw 18-il inġinier minn mal-Enemalta. Ir-raġunijiet kienu irtirar u karigi ġodda.

Enemalta plc — fuel

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li issa hi l-policy tal-Enemalta plc li dawk mislufa mal-Enemalta plc biss għandhom dritt jieħdu fuel mill-pompa tal-petrol tal-Enemalta plc? Liema kategorija ta' ħaddiema għandhom dritt jieħdu fuel għall-vetturi tagħhom personali? Hemm xi impjegati li qed jingħataw fuel minkejja li mhumiex mislufa mal-Enemalta plc? Hemm xi impjegati li qed jingħataw fuel għaliex huma impjegati diretti jew huma konsulenti mal-Enemalta plc? Hemm xi impjegati mislufa lill-entitajiet oħra li qed jingħataw fuel ukoll? Jekk iva, taħt liema kriterja qed jingħataw il-fuel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Enemalta — managers

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma l-policy tal-Enemalta li kien hemm u li permezz tagħha biex impjegat ikun manager dan ried ikollu grad universitarju, illum m'għadhiex operattiva? Jista' jgħid jekk hemmx managers mal-Enemalta (anke jekk daħlu tramite l-ERL) li m'għandhomx grad universitarju? Jekk iva, jista' jgħid f'liema kumpanija jew dipartiment qegħdin u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-managers kollha li jaħdmu mal-Enemalta plc għandhom grad universitarju.

Ingaġġ ta' impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx ċirkolari interna fost il-ħaddiema tal-ERLqabel ġew ingaġġati dawn l-impjegati tal-Enemed Ltd li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15997 (ħmistax-il elf, disa’ mija, sebgħa u disgħin). Dawn l-arranġamenti saru fl-2014. L-ewwel żewġ executives imsemmija huma top management role filwaqt li t-tielet persuna qiegħed on secondment u mhux impjegat fl-Enemed.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-klima – direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16191, jista' l-Ministru jgħid x'kien is-servizz li ngħata għal kull waħda mid-direct orders li ngħataw skont kif elenkati f'tabella A u tabella B tal-istess tweġiba tal-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor.Interpellanta illi mill-informazzjoni mgħoddija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti s-servizz li ngħata għal kull waħda mid-direct orders skond kif elenkati f'tabella A u tabella B tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 16191 huwa kif elenkat fit-Tabella A u Tabella B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #16568 Sitting 272 2015-06-03 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct orders u qoutes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il qoute jew direct order inħarġu mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Minister għal Għawdex mill-1 ta' April 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm kien il-valur ta' kull qoute jew direct order preċedentament imsemmija? Jista' jgħid liema dirpartiment jew entità tat kull waħda mll-qoutes u d-direct orders preċedentament imsemmija? Jista' jgħid x'kien ix-xogħol rikjest minn kull qoute u direct order li ngħatat? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm quotes jew direct orders li tħallsu bis-siegħa u f'tali każ jgħid liema kienu u jinkludi ukoll kemm-il siegħa ta' xogħol kien hemm involuti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Trasport pubbliku — Rotot neqsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rotta kien hemm nieqsa fit-13 ta' Mejju 2015? Jekk kien hemm rotot neqsin il-għala ġara dan? Jista' jgħid kienx hemm ġranet oħra din is-sena fejn kien hemm rotot neqsin, u jekk iva, jgħid kemm u l-għala?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minħabba n-natura tal-operat, ikun hemm ġranet fejn xi vjaġġi illi jkunu skedati ma jsirux. Dan jista’ jiġri minħabba diversi fatturi fosthom ħsarat fil-karrozzi tal-linja u xufiera li jirrappurtaw morda.

Replacement Buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il replacement bus hemm, liema replacement buses ikunu jistgħu jintużaw meta xi karozza tal-linja ta' fuq ir-rotta tkun bil-ħsara? Jista' jgħid proprjetà ta' min huma dawn il-replacement buses u jekk humiex Euro 3, Euro 4 jew Euro 5?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi tipikament, fil-ħinijiet peak matul il-ġimgħa, l-operatur tat-trasport pubbliku jkollu 12-il vettura bħala spare buses u dan sabiex jintużaw f’każi fejn xi karozza tal-linja tiżviluppa xi ħsarat jew inkella sabiex iżżid is-servizz fuq ċertu rotot meta d-domanda tkun tirrikjedi hekk. Dawn il-karozzi tal-linja huma kollha operati mill-operatur tat-trasport pubbliku. Infurmat ukoll li l-karozzi tal-linja kollha illi qegħdin fuq is-servizz tat-trasport pubbliku huma EURO V minbarra dawk illi kienu eżentati minn Transport Malta, u li huma EURO III.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Executive Chairman - salarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju tal-Executive Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma preżenti, inkluż ukoll jelenka l-perkaċċi li hu jgawdi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-salarju taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa relattiv ma’ dak taċ-Chairman ta’ qabel.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — executive directors - salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju ta' kull executive director preżenti fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, inkluż ukoll jelenka l-perkaċċi li huma jgawdu? Jista' jgħid minn xiex huma responsabbli kull executive director? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hemm ħames (5) Executive Directors: · Executive Director Corporate Services · Executive Director Water Resources and Structural Projects · Executive Director Network Infrastructure · Executive Director Strategic Information · Executive Director Institute of Water Technology and Quality

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Head of Human Resources - salarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-head of Human Resources preżenti fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jista' jgħid x'inhu s-salarju tiegħu inkluż ukoll kwalunkwe perkaċċi li hu jgawdi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Head tal-Human Resources fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa Michael Parnis.

Enemalta Corporation — kumpaniji mwaqqfa

Question

Jista' l-Ministru jelenka s-shareholding ta' kull kumpanija li ġiet mwaqqfa wara li l-Enemalta Corporation ġiet restructured u daħlu ċ-Ċiniżi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li l-Korporazzjoni Enemalta ġiet ristrutturata, twaqqfu l-Enemalta plc, D3 Power Generation Ltd, International Clean Energy Ltd u Energy Service Centre Ltd. Ix-shareholding jirrifletti dak maqbul fl-Investment Agreementi li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-inċineratur u l-proġett autoclave – fuel gas scrubbing system

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi jsir upgrade tal-fuel gas scrubbing system ta’ l-inċineratur meta jibda jiffunzjona l-autoclave?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, sa issa m’hemmx il-ħsieb illi jsir upgrade.

L-Inċineratur – ħażna ta’ skart f’refrigerated area

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li sakemm qed isir l-iżvilupp tal-autoclave, l-iskart kollu, inkluż dak ta’ l-isptarijiet, qed jinżamm magħluq f’refrigerated area/containers meta l-inċineratur jintefa għall-manutenzjoni?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, waqt li l-inċineratur ikun qiegħed wieqaf għall-manutenzjoni, l-iskart kollu mill-biċċerija kif ukoll dak tal-isptarijiet qed jinżamm magħluq f'refrigerated area / container.
Leg 12 PQ #16202 Sitting 270 2015-06-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Heads of Agreement — ftehim iffirmat

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Heads of Agreement li ġie ffirmat mal-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-ftehimiet pertinenti jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra fil-ħin opportun.

Heads of Agreement — Ftehim iffirmat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Heads of Agreement li ġie ffirmat mal-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16202.

Wasteserv — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-Wasteserv fid-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari, kemm dawk li qed jaħdmu tramite l-kuntrattur, kemm dawk li ġew seconded minn dipartimenti oħra tal-Gvern, kif ukoll dawk illi qegħdin direttament mal-Wasteserv?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, in-numru ta’ ħaddiema huwa ta’ 455.

Wasteserv — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu nies minn mal-Wasteserv minn Marzu 2013 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? U jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni li għaliha telqu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fil-perjodu msemmi spiċċaw 41 persuna minn mal-WasteServ minħabba diversi raġunijiet, fosthom irtirar, transfers, riżenji, tmiem tal-kuntratt u mewt.