Legislature:
Category:
Reset
Active:

Powerstation il-ġdida – Power Purchase Agreement

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li sar Power Purchase Agreement fir-rigward tal-powerstation il-ġdida? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi iva sar Power Purchase Agreement. Ġejt mgħarraf mill-Enemalta plc li l-informazzjoni u d-dokumenti li qed jiġu mitluba għandhom valur kummerċjali għal Enemalta plc u entitajiet oħra involuti. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.

Xiri ta’ Elettriku mill-Grid Ewropeja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtara elettriku mill-grid Ewropeja permezz tal-interconnector f’Marzu, April u Mejju 2015? B’liema rata nxtara?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.

Powerstation – użu ta’ heavy fuel oil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża heavy fuel oil mill-powerstation bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid x’ħażna ta’ heavy fuel oil kien hawn f’Malta fl-aħħar ta’ Mejju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf mill-Enemalta plc li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Leg 12 PQ #16978 Sitting 278 2015-06-17 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – proprjetajiet / artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet ġewwa l-Belt Valletta illi jaqgħu taħt id-Dipartiment ta l-Artijiet u li qegħdin fil-proċess illi jiġu mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu? Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-indirizz ta’ tali proprjetajiet u/jew artijiet u jgħid ukoll lil min ġew mgħoddija u b’liema titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant tkun iktar ċara fil-mistoqsija tagħha għaliex hemm kontradizzjoni f’dak li qed titlob.

Rappreżentanti ta’ kumpanija — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hawn rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fi kwalunkwe perjodu bejn it-8 ta’ Ġunju 2015 sat-12 ta’ Ġunju 2015? Jekk iva, jista’ jgħid min kienu? Jista’ jgħid jekk iltaqax magħhom hu personalment? Jista’ jgħid jekk iltaqgħux magħhom nies mis-Segretarjat tiegħu jew inkella minn xi dipartiment, entità jew awtorità li taqa’ fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min huma? Jista’ jgħid x’kienu s-suġġetti ta’ diskussjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rappreżentanti tal-konsorzju Electrogas ikunu Malta regolarment bħala parti mill-proġett tal-Electrogas.
Leg 12 PQ #16973 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rappreżentanti ta’ kumpanija — laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hawn rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fi kwalunkwe perjodu bejn it-8 ta’ Ġunju 2015 sat-12 ta’ Ġunju 2015? Jekk iva, jista’ jgħid min kienu? Jista’ jgħid jekk iltaqax magħhom hu personalment? Jista’ jgħid jekk iltaqgħux magħhom nies mis-Segretarjat tiegħu jew inkella minn xi dipartiment, entità jew awtorità li taqa’ fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min huma? Jista’ jgħid x’kienu s-suġġetti ta’ diskussjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li huma mijiet– il persuni li ta’ kuljum jaslu f’Malta minn pajjiżi barranin. L-Onor Interpellant tifhem li qatt ma kienet il-prassi li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jasal profil ta’ kull persuna li tidhol ta’ kuljum f’pajjiżna, minbarra li dan huwa prattikament impossibbli li jsir bir-regoli Ewropej. Fl-istess ħin, fiż-żmien indikat minnha, jien personalment ma ltqajtx ma’ persuni li hemm riferenza għalihom fil-mistoqsija tagħha u m’ inix infurmat li kien hemm min iltaqa mis-Segretarjat tiegħi jew minn xi dipartiment, entità jew awtorità li taqa’ fid-dekasteru tiegħi.
Leg 12 PQ #16974 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjarat fl-Ażerbajġan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba mar l-Ażerbajġan? Jista’ jagħti d-dati ta’ dawn iż-żjarat u jgħid x’ġie diskuss waqt dawn iż-żjarat? Jista’ jgħid ma min iltaqa’ f’dawn iż-żjarat? Jista’ jgħid minn min kien akkumpanjat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u llum, għamilt żjarat fl-Ażerbajġan bejn 15 u 16 Diċembru 2014 u bejn 27 u 28 t’April 2015. Fiz-zjara ta’ Dicembru 2014 kont akkumpanjat mill-Ministru Konrad Mizzi, mic-Chief of Staff fl-Uffiċċju tiegħi Keith Schembri u mill-Kap tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tiegħi Kurt Farrugia. F’din iz-zjara kelli laqgħat mal-President tal-Azerbajgan Ilham Aliyev, mal- PrimMinistru Artur Rasi-zade u mal-Ministru tal-Energija Natiq Aliyev. Matul din iż-żjara kien iffirmat memorandum of understanding dwar koperazzjoni strategika fil-qasam tal- energija. Dettalji dwar din iż-żjara kienu saru pubbliċi dak iż-żmien permezz ta’ żewġ stqarrijiet tad-Dipartiment tal-Informazzjoni. Fiż-żjara ta’ April kont akkumpanjat mill-Kap tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tieghi Kurt Farrugia. Iż-żjara fl-Azerbajgan saret wara stedina li saritli biex nindirizza it-3rd Global Baku Forum. Din l-istess konferenza kienet indirizzata mill-Presidenti tal-Bulgarija u l- Macedonja waqt li kien hemm messaggi minn għand il-Kanċillier Germaniża Angela Merkel u mill-Prim Ministru tar-Renju Unit David Cameron. Kien hemm sensiela ta’ kelliema ohra, fosthom eks Presidenti u Prim Ministri ta’ pajjiżi varji. Matul din iz-zjara kelli laqgħa mal- President tal-Azerbajgan Ilham Aliyev. Dettalji dwar din iż-żjara kienu saru pubbliċi dak iż- żmien permezz ta’ żewġ stqarrijiet tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Leg 12 PQ #16975 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – proprjetajiet / artijiet esproprijati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet illi ġew esproprijati bejn l-1 ta’ Marzu 2015 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, inkluż dawk illi qegħdin fil-proċess illi jiġu esproprijati? Jista’ jagħti r-raġuni għall-esproprjazzjonijiet in kwistjoni, minn min saret it-talba biex issir tali esproprjazzjoni, is-sid/sidien tal-proprjetà/art in kwistjoni, l-ammont illi tħallas jew illi ser jitħallas għal tali esproprjazzjonijiet, u l-istadju illi fih waslu tali esproprjazzjonijiet u ċioè jekk humiex konklużi jew in progress?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li minħabba li l-gbir tal-informazzjoni mitluba jirrikjedi ħafna xogħol u s-sistema ta’ gbir ta’ informazzjoni għadha wahda manwali, l-informazzjoni ghadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #16976 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – proprjetajiet / artijiet mgħoddija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet illi ġew mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu bejn l-1 ta’ Marzu 2015 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari??

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li minħabba li l-gbir tal-informazzjoni mitluba jirrikjedi ħafna xogħol u s-sistema ta’ gbir ta’ informazzjoni għadha wahda manwali, l-informazzjoni ghadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #16977 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – proprjetajiet / artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet ġewwa l-Belt Valletta illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet u li ġew mgħoddija bejn l-1 ta’ Marzu 2015 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari lil terzi bi kwalunkwe titolu? Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-indirizz ta’ tali proprjetajiet u/jew artijiet u jgħid ukoll lil min ġew mgħoddija u b’liema titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Electrogas — garanzija bankarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nħarġet il-garanzija bankarja ta’ €88 miljun lill-Electrogas?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant li l-garanzija ħarġet fid-19 ta’ Diċembru 2014.

Electrogas — garanzija bankarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min awtorizza l-garanzija bankarja ta’ €88 miljun lill-Electrogas?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant li l-garanzija ġiet awtoriżżata mill-Kabinet wara li kienet għaddiet mill-proċess tal-iState Aid Board.

Proġett għall-powerstation — garanzija bankarja

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk din il-garanzija bankarja ta’ €88 miljun kenitx imniżżla fid-dokumenti tas-sejħa tal-proġett għall-powerstation, jiġifieri kemm fl-Expression of Interest u fir-Request of Proposals?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Security of Supply Agreement kien parti intergrali mill-proċess tas-sejħa għall-offerti. Dan qed jiġi diskuss mal-Kummissjoni Ewropea.

Electrogas — ħlas lura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Electrogas, sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamenatari, mill-flus li kellha tħallas lill-Gvern biex jagħmlu tajjeb għall-art mogħtija lilhom, għall-ispejjeż li għamlet l-Enemalta kif ukoll għat-€30 miljun li kellhom jagħmlu tajjeb għat-traħħis fit-tariffi, hekk kif stipulat fis-sejħa għall-offerti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 15700 (ħmistax-il elf u seba’ mija).

Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna hemm ingaġġata mal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) preżentement?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 16954 fis-seduta ta’ llum stess (seduta 276, 15 ta’ Ġunju 2015).

Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) — job description tal-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-job description ta' kull persuna li hemm ingaġġata mal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) preżentement?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm tlettax-il ħaddiema full-time u tnejn oħra part-time mal-Kunsill konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC). Il-karigi li jokkupa dawn il-ħaddiema tinvolvi; · Executive Chairman · Technical Advisor to Chairman (Person of Trust) · Head of Administration and Finance – Responsible for the day to day administration, HR and accounts. · Principal acting as Council Secretary – Assisting the Executive Chairman and organizing/ follow up of meetings ( Council Board meetings, Executive Board meetings, Working Groups meetings and Steering Committee meetings). · Communications Co-ordinator/Customer Care Officer (Person of Trust) – Updating of website, FB page, PQ’s and media relations. · Principal acting as Education Co-ordinator – Skill cards project co-ordinator. · Accounts Clerk – day to day accounts updating and processing. · Assistant Principal – registry, correspondence and all other clerical work. · Senior Clerk – Appointments, assisting the board’s secretary and meeting co-ordination. · 2 Messengers (One of the messengers is on long-sick leave awaiting to be boarded out) – reception work and messenger work. · Driver/Photographer – Dipartimental driver and photographer. · Driver to the Chairman (Person of Trust) – driver. · Receptionist (On an ETC traineeship scheme for persons with disability) – reception work. · EU Project (Part timer for 12 months) – ECO Build Head of project. · EU Project Coordinator (Part timer for 12 moths) – ECO Build project co-ordinator.

San Ġwann — ċitazzjonijiet minn gwardjani lokali - parking on the pavement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni parking on the pavement ingħatat mill-gwardjani lokali f'San Ġawnn, triq triq mill-1 ta' Jannar 2013 sat-30 ta' April 2015 sena b'sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat, li l-ammont taċ-ċitażżjonijiet għal parking on the pavement li ngħataw fil-lokalità ta’ San Ġwann mill-gwardjani lokali, huwa kif ġej: Fl-2013 – 18 –il kontravenzjoni Fl-2014 – 40 –il kontravenzjoni Fl-2015 - 27 –il kontravenzjoni.

San Ġwann — ċitazzjonijiet minn gwardjani lokali - obstructing free passage

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni obstructing free passage ingħatat mill-gwardjani lokali f'San Ġawnn, triq triq mill-1 ta' Jannar 2013 sat-30 ta' April 2015 sena b'sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat, li l-ammont taċ-ċitażżjonijiet għal obstructing free passage li ngħataw fil-lokalità ta’ San Ġwann mill-gwardjani lokali, huwa kif ġej: Fl-2013 - 21 -il kontravenzjoni Fl-2014 - 45 -il kontravenzjoni Fl-2015 - 30 -il kontravenzjoni.
Leg 12 PQ #16571 Sitting 273 2015-06-08 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żona ODZ — talbiet għal żvilupp għand il-MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba saret mill-1 ta' Marzu 2013 sad-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex isir żvilupp jew parti minn żvilupp f'żona ODZ? Jista' jgħid kemm hemm pending u kemm hemm li ġew granted?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellenat għat-twegibiet għal-Mistoqsijiet Parlamentari 16248 u 16252.

Rural Development Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li se jibbenefikaw mill-fond ta’ madwar €500,000 mill-Rural Development Programme li s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ħabbar dawn l-aħħar ġranet illi ser jkunu qed jingħataw lil 20 kunsill lokali biex jirranġaw toroq u passaġġi f’żoni rurali? Jista’ jagħti wkoll elenku u jgħid liema huma dawn it-toroq u l-passaġġi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija arlamentari 16582.