Legislature:
Category:
Reset
Active:

Waste Management Plan – Third organic Waste bag

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal it-third organic waste bag li hemm imsemmija fil-Waste Management Plan 2014? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar ta’ liema sena hemm il-ħsieb li din tiddaħħal?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, il-proġett pilota għall-introduzzjoni tal-organic bag f’5 lokalitajiet f’Malta ser jiġi varat fil-jiem li ġejjin.

WasteServ – ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu ħaddiema ġodda fil-WasteServ bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid x’inhi l-job description tagħhom? Jista’ jgħid kemm minnhom daħlu tramite l-kuntrattur, kemm minnhom ġew seconded minn postijiet oħra u kemm minnhom saret sejħa pubblika għalihom mill-WasteServ?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li fil-kumpanija kif jiġri dejjem ikun hemm bdil, b’nies ġodda jidħlu jieħdu post dawk li jispiċċaw. Rigward ħaddiema li spiċċaw minn mal-Kumpanija nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 17116 filwaqt li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015

Wasteserv – ħaddiema

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16194, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-41 persuna li spiċċaw minn mal-WasteServ bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u l-14 ta’ Mejju 2015 spiċċaw għax irtiraw, ġew transferred, irriżenjaw jew intemmilhom il-kuntratt?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond tagħrif mogħti lili l-informazzjoni li tat il-kumpanija WasteServ lill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16194 ma kinitx għal kollox korretta u kienu 33 persuna li spiċċaw minn mal-WasteServ matul il-perjodu msemmi. Qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #17117 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nfiq ta' petrol u diesel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intefaq f’petrol u diesel mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż id-dipartiment, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti breakdown skont il-pompi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 12 PQ #17118 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Billboards

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn billboards liċenzjati madwar Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Mejju 2015? Kemm kien hemm billboards mingħajr liċenzja madwar Malta u Għawdex fl-istess data?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17118, f’Malta u Għawdex, ġew approvati tlett mija u disgħa u disgħin (399) applikazzjoni li jirrigwardaw billboards minn meta twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sal-aħħar ta’ Mejju 2015. Wieħed irid jinnota li billboards temporanji li jaqaw taht il-kriterji tal-Artiklu 4 tal-Avviż Legali Numru 171 ta' 1993, Ordni ta' l-1993 dwar Reklami, b'inkluzjoni tal-amendi li dahhlu fis-sehh fl-Avviz Legali Numru 191 ta' 1999, Ordni ta' l-1999 dwar Reklami u Avviz Legali Numru 9 ta' 2003, Ordni ta' l-2003 dwar Reklami, huma eżentati milli jissottomettu applikazzjoni ghall-permess ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u għalhekk l-istess Awtorità m'għandiex informazzjoni fuqhom. Fis-16 ta’ Ġunju 2015, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha mija disgħa u erbgħin (149) notifika t’infurzar pendenti relatati ma’ billboards .

Persuna b’diżabilità – blue sticker – reserved parking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għandha tagħmel persuna b’diżabilità li għandha l-blue sticker u li għandha problema ta’ mobilità sabiex tkun tista’ tapplika għal reserved parking for disabled fit-triq fejn toqgħod?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li biex persuna tapplika għall-Parkeġġ Riżervat għall-Persuni b’Diżabbilta’ quddiem ir-residenza tagħha trid timla formola għal dan il-għan u tibgħat id-dokumenti mitluba bħala parti mill-applikazzjoni lil Transport Malta. Tali applikazzjoni tista’ tinġabar mill-Kunsilli Lokali jew mill-uffiċini ta’Transport Malta fil-Marsa. Il-persuna b’diżabbilta’ tista’ ċċempel l-Awtorita’ u tintbagħat applikazzjoni d-dar tal-persuna b’diżabbilta’ jew tintbagħat permezz ta’email. Tali applikazzjonijiet huma jew bil-Malti jew bl-Ingliż.

Reserved parking for disabled — policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy jew direttivi dwar kemm għandu jkun hemm reserved parking for disabled f’kull triq? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-policy jew direttiva, jew inkella jagħti spjegazzjoni tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li ma hemm l-ebda polza li tillimita l-ammont ta’ parkeġġi riżervati għall- persuni b’diżabbilta’ f’kull triq.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – nefqa ta’ petrol u diesel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq fpetrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartiment, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti breakdown skont il-pompi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.

Bajja tal-Għadira – oil slicks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ħa biex jitnaddaf l-oil slick li kien hemm fil-baħar tal-bajja tal-Għadira nhar is-7 ta’ Ġunju 2015? Jista’ jgħid min xiex kienet ikkaġunata u jekk infetħitx inkjesta biex jiġi stabbilit min kienet il-persuna responsabbli li kkaġunat dan id-dannu? Jista’ jgħid fuq liema numru għandu wieħed iċempel biex jirraporta każijiet bħal dawn?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li nhar is-7 ta’ Ġunju, għall-ħabta tal-16.20hrs, Transport Malta ġiet infurmata mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li rċeviet rapport li hemm xi żejt fil-bajja tal-Għadira. B’mod immedjat Transport Malta kkordinat investigazzjoni, u flimkien mal-AFM saret patrol fuq il-post, madanakollu rriżulta li ma kien hemm l-ebda traċċi ta’ żejt fil-bajja. F’każ ta’ nċidenti simili, wieħed għandu jirraporta billi jċempel fuq in-numru 112 u jsaqsi għall-Protezzjoni Civili, jew Transport Malta VTS fuq in-numri 22914411/412.

Public Private Partnership – Manutenzjoni ta’ toroq

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15547 (indirizzata lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura) u 16190 (indirizzata lill-Ministru għall-Finanzi) dwar ħlas jew forma ta’ taxxa, kemm diretta u indiretta, kemm-il darba il-Gvern jagħżel li l-maintenance u l-upkeep tat-toroq isir permezz ta’ Public Private Partnership, liema tweġiba fiż-żewġ istanzi kienet li għandi nagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat, jista’ l-Ministru jgħid lil min għandi nagħmel din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’ hemm l-ebda ħsieb li jsir ħlas jew forma ta’ taxxa, kemm diretta u indiretta, kemm-il darba l-Gvern jagħżel li l-maintenance u l-upkeep tat-toroq isir permezz ta’ PPP.

Bdiewa u sidien ta’ għelieqi – għajnuna lill-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna lill-bdiewa jew sidien ta’ għelieqi bejn id-9 ta’ Marzu 2015 u l-31 ta’ Mejju 2015 sabiex jinbnew jew jittranġaw ħitan tas-sejjieħ? Jista’ jelenka l-iskema li hemm jew kien hemm bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Mejju 2015 f’dan ir-rigward? Jista’ jgħid kemm ibbenefikaw minnhom u kemm saru kilometri ta’ ħitan permezz ta’ dawn l-imsemmija skemi?

Response (BRINCAT, LEO)

Nassumi li l-Onor. Interpellanta riedet tgħid bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Mejju 2015 u mhux kif indikat fil-mistoqsija tagħha. Ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li fil-perjodu msemmi ma ngħatat l-ebda għajnuna lill-bdiewa għall-iskop li qed tirreferi għalih.

Ministeru għall-Iżilvupp Sostennibli u Ambjent u Tibdil fil-Klima – nefqa ta’ petrol u diesel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq f’petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartiment, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti breakdown skont il-pompi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella ‘A’ li turi l-infieq fi fuel mill-Ministeru u mis-Segretarjat Parlamentari bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015. Tabella ‘B’ turi l-infieq fi fuel għall-istess perjodu mill-WasteServ.

Wasteserv — ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16193, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-455 ħaddiema li hemm jaħdmu mal-WasteServ qed jaħdmu tramite l-kuntrattur, kemm minnhom ġew seconded minn postijiet oħra u kemm minnhom huma impjegati direttament mill-WasteServ?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mgħoddija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti mill-455 ħaddiema li hemm jaħdmu mal-WasteServ 346 impjegati tramite l-kuntrattur, 19 ġew deployed minn postijiet oħra u 90 huma impjegati direttament mal-WasteServ.

Rotot għall-ħinijiet tas-sajf

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-timetable bir-rotot għall-ħinjiiet tas-sajf li se jopera bih it-trasport pubbliku? Jista’ jgħid meta se jidħlu fis-seħħ

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskeda tas-sajf illi tirrigwarda is-servizz tat-trasport pubbliku f’Għawdex, flimkien mat-tibdil fir-rotot, iddaħħlu fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2015. Informazzjoni dwar l-iskeda tas-sajf f’Malta ser tingħata aktar tard dan ix-xahar qabel ma’ din tidħol fis-seħħ.

Tallinja Card — tqassim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun qed titqassam Tallinja Card?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat illi l-operatur tat-trasport pubbliku beda jibgħat Tallinja Card permezz tal-posta min-nofs ix-xahar li għadda. Infurmat ukoll li sa issa diġà tqassmu madwar mitt elf card.

Karozzi tal-linja — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-linja tat-trasport pubbliku daħlet għat-tiswija (mhux normal maintenance routine) bejn l-1 ta’ April 2015 sad-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-kumpanija illi llum tmexxi l-operat tat-trasport pubbliku hija entità privata u għaldaqstant l-informazzjoni illi qiegħda tkun mitluba ma tistax tingħata.

Karozzi tal-linja — breakdowns

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il breakdown ta’ karozza tal-linja tat-trasport pubbliku kien hemm bejn l-1 ta’ April 2015 sad-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlametari 17105.

Karozzi tal-linja – arja kundizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li, l-karozzi tal-linja tat-trasport pubbliku li hemm fuq ir-rotot kollha għandhom l-arja kundizzjonata taħdem bejn l-1 ta’ Ġunju 2015 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent, il-flotta kollha għajr għaxar vetturi li qegħdin jintużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku huma mgħammra b’arja kkundizzjonata. Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi wkoll għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 15990.

Karozzi tal-linja – xufiera — rosters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ħinijiet u x’tip ta’ rosters għandhom ix-xufiera tal-karozzi tal-linja tat-trasport pubbliku? Jista’ jgħid x’pagi għandhom dawn il-ħaddiema?

Response (MIZZI, JOE)

Nitloba lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 17105.

Transport Malta – xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, turnkey u road works subcontracted

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hijiex preżenzjalment il-prassi ta’ Transport Malta li meta kuntrattur jingħata xogħlijiet ta’ kostruzzjoni turnkey jew road works, tali kuntrattur jitħalla li x-xogħlijiet kollha/parti mix-xogħlijiet jiġu subcontracted lill-kuntrattur ieħor? Jekk iva, f’liema stadju qed jitħalla jsir dan? Jekk iva, x’inhi tagħmel Transport Malta biex tassigura li kwalunkwe xogħol li jiġi subcontracted tiġi nfurmata bih u tapprovah?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull dokument għas-sejħa għall-offerti maħruġ minn Transport Malta jagħmel provediment fejn il-kuntrattur jista’ jinnomina sub-contractor. Għaldaqstant, dan l-istess sub-contractor jifforma parti mill-kuntratt finali.