Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każijiet ta’ involviment ta’ żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ li fih kien involut xi żiemel seħħ fit-toroq Maltin u Għawdxin matul l-2013, l-2014 separatament u sal-ġurnata li fiha saret din il-mistoqsija??

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Xufiera tal-karozzi tal-linja — kumpens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera tal-karozzi tal-linja illi jitilfu l-break peress illi jinqabdu fit-traffiku, jiġux ikkumpensati? Jekk iva, kif?

Response (MIZZI, JOE)

Billi l-kumpanija li llum tmexxi t-trasport pubbliku hija waħda privata, l-Onor. Interpellanta għandha tkun infurmata li l-informazzjoni li qed titlob m’hijiex disponibbli.

Xufiera tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera tal-karozzi tal-linja humiex qegħdin jitħallsu tal-ħin illi jieħdu x’ħin imorru jdaħħlu l-vettura tagħhom fid-depot u meta jmorru jpoġġu l-flus illi jkunu ġabru, wara illi jkunu lestew ir-rotot rispettivi tagħhom? Jekk iva, kemm u kif?

Response (MIZZI, JOE)

Billi l-kumpanija li llum tmexxi t-trasport pubbliku hija waħda privata, l-Onor. Interpellanta għandha tkun infurmata li l-informazzjoni li qed titlob m’hijiex disponibbli.

Rappreżentanti ta’ kumpanija — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16972 u jgħid jekk kienx hawn rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fi kwalunkwe perjodu bejn it-8 ta’ Ġunju 2015 sat-12 ta’ Ġunju 2015? Jekk iva, jista’ jgħid min kienu? Jista’ jgħid jekk iltaqax magħhom hu personalment? Jista’ jgħid jekk iltaqgħux magħhom nies mis-Segretarjat tiegħu jew inkella minn xi dipartiment, entità jew awtorità li taqa’ fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min huma? Jista’ jgħid x’kienu s-suġġetti ta’ diskussjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16972 (sittax-il elf, disa’ mija, tnejn u sebgħin).

Rappreżentanti ta’ kumpanija — laqgħat

Question

In vista għat-twegiba illi ngħatat f’mistoqsija parlamentari 16972, u peress illi l-Ministru qal “illi rappreżentanti tal-konsorzju Electrogas ikunu Malta regolarment” jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’magħhom hu personalment? Jekk iva, jista’ jgħid ma’ min iltaqa’ hu? X’kienu s-suġġetti ta’ diskussjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba iltaqgħu magħhom nies mis-Segretarjat tiegħu jew inkella minn xi dipartiment, entità jew awtorità li taqa’ fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid ma’ min iltaqgħu? U x’kienu s-suġġetti ta’ diskussjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Electrogas huwa proġett li għadu għaddej u l-laqgħat isiru skont il-ħtieġa b’mod kontinwu.

Electrogas — Pagament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pagament ta’ 2.5miljun tħallas mill-konsorzju Electrogas lill-Enemalta sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, liema pagamenti huma dovuti skont kif ġie ddikjarat fil-Press Release 142986 datata 22 ta’ Diċembru 2014, maħruġa mill-Ministeru tiegħu??

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15700 (ħmistax-il elf u seba’ mija).
Leg 12 PQ #17407 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — Belt Valletta – proprjetajiet u/ jew artijiet mgħoddija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet ġewwa l-Belt Valletta illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet u li qegħdin fil-proċess illi jiġu mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu? Jista’ jagħti l-indirizz ta’ tali proprjetajiet u/jew artijiet u jgħid ukoll lil min se jiġu mgħoddija u b’liema titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17408 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — Belt Valletta – proprjetajiet u/ jew artijiet mgħoddija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet illi kienu jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet imma sussegwentament ġew mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Technical Advisor to BICC Chairman – person of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu/hi l-person of trust illi għandha r-rwol ta’ Technical Advisor to BICC Chairman? Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma s-salarju u l-perkaċċi illi tgawdi minnhom din il-persuna?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-persuna li għaliha hi qed tirreferi huwa t-Technical Advisor taċ-Chairman tal-BICC. Is-salarju tiegħu huwa dak ta’ skala 5.
Leg 12 PQ #17172 Sitting 287 2015-07-08 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – proprjetajiet / artijiet mgħoddija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet illi ġew mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari??

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni dwar din il-Mistoqsija għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #17173 Sitting 287 2015-07-08 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – proprjetajiet / artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet ġewwa l-Belt Valletta illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet u li ġew mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?? Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-indirizz ta’ tali proprejatjiet u/jew artijiet u jgħid ukoll lil min ġew mgħoddija u b’liema titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ambulanzi — fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, preżenzjalment (u ċjoè fid-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari) minn fejn jistgħu jieħdu fuel l-ambulanzi illi jintużaw mill-Gvern? Jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-pompi tal-petrol li jistgħu jieħdu minnhom u jgħid ukoll kif u min jiddeċiedi minn fejn jittieħed?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17252.
Leg 12 PQ #17397 Sitting 287 2015-07-08 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – proprjetajiet / artijiet esproprijati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16975 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet illi ġew esproprijati bejn l-1 ta’ Marzu 2015 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, inkluż dawk illi qegħdin fil-proċess illi jiġu esproprijati? Jista’ jagħti r-raġuni għall-esproprjazzjonijiet in kwistjoni, minn min saret it-talba biex issir tali esproprjazzjoni, is-sid/sidien tal-proprjetà/art in kwistjoni, l-ammont illi tħallas jew illi ser jitħallas għal tali esproprjazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17398 Sitting 287 2015-07-08 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – proprjetajiet / artijiet esproprijati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet li jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet li preżenzjalment (jiġifieri sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija) qegħdin in the process of li jiġu esproprjati? Jista’ jagħti r-raġuni għall-esporprijazzjoniet in kwistjoni, minn min saret biex issir tali esproprjazzjoni, is-sid/sidien tal-proprjetà/art in kwistjoni, l-ammont li tħallas jew li se jitħallas għal tali esproprjazzjonijiet u l-istadju li fih waslu tali esproprjazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Enemalta — pompi tal-petrol

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16564, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija u jikkonferma li issa hi l-policy tal-Enemalta plc li dawk mislufa mal-Enemalta plc biss għandhom dritt jieħdu fuel mill-pompa tal-petrol tal-Enemalta plc? Liema kategorija ta' ħaddiema għandhom dritt jieħdu fuel għall-vetturi tagħhom personali? Hemm xi impjegati li qed jingħataw fuel minkejja li mhumiex mislufa mal-Enemalta plc? Hemm xi impjegati li qed jingħataw fuel għaliex huma impjegati diretti jew huma konsulenti mal-Enemalta plc? Hemm xi impjegati mislufa lill-entitajiet oħra li qed jingħataw fuel ukoll? Jekk iva, taħt liema kriterja qed jingħataw il-fuel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li ġejt infurmat illi l-Enemalta plc toffri fuel lil dawk il-ħaddiema sekondati magħha li jkunu jeħtieġu li jużaw il-vetturi privati tagħhom waqt ix-xogħol li jkunu mitluba jagħmlu għall-Kumpanija. Dan isir skont it-termini tal-ftehim kollettiv jew il-kuntratt tal-ħaddiema involuti, u skont l-esiġenzi tal-operat tal-Kumpanija.

Reserved parking for disabled – kriterji għat-tneħħija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji biex reserved parking for disabled li jkun hemm fi kwalunkwe triq jitneħħa? F’każ li jkun hemm iktar minn reserved parking for disabled wieħed fit-triq u ssir talba jew tittieħed deċiżjoni li jitneħħa wieħed minnhom, jista’ jgħid kif jintagħżel liema wieħed għandu jitneħħa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li parkeġġ riżervat għall- persuni b’diżabbilta’ jitneħħa għal raġunijet varji li jinkludu; meta l-persuna tiġi nieqsa, l-kundizzjoni medika tal-persuna b’diżabbilta’ taqleb għall-aħjar, f’kwalunkwe każ ta’ abbuż jew meta l-persuna tmur tgħix ġo xi dar kummunnali jew ma jkunx hemm aktar vettura bil-mutur jew sewwieq reġistrati fir-residenza tal-persuna b’diżabbilta’. Skont il-polza tal-Awtorita’ tat-Trasport, meta jigi approvat parkeġġ riżervat, tali jiġi mplimentat fil-kaxxa tal-parkeġġ li tinsab fl-eqreb post tar-residenza tal-persuna li tkun applikat għaliha. Għaldaqstant, meta titneħħa kaxxa tal-parkeġġ, tkun dik li tinsab fl-eqreb post tar-residenza tal-persuna b’dizabbilta’ li l-permess tagħha jiġi rtirat.

Transport Malta – Reserved Parking for Disabled – bord ta’ appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol ta’ Transport Malta fir-rigward ta’ reserved parking for disabled? Jista’ jgħid jekk Transport Malta għandhiex xi unit jew xi bord jew xi bord ta’ appell li għandu x’jaqsam ma’ kwalunkwe materja li tista’ tqum inkwantu ta’ reserved parking for disabled? Jekk iva, jista’ jgħid xi rwol u x’funzjoni għandu tali unit, bord jew bord tal-appell?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li Transport Malta tamministra s-servizz ta’ parkeġġ riżervat għall-persuni b’diżabbilta’. L-Awtorita’ għandha bord apposta li jevalwa l-applikazzjonijiet li jintbagħtu għall-parkeġġi riżervati għall-persuni b’diżabbilta’. Hemm ukoll Bord ta’ Appell li jiltaqa’ għand il-Kumissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbilta’ fir-rigward ta’ materji relatati ma’applikazzjonijiet għall- parkeġġ riżervat għall- persuni b’diżabbilta li ma jiġux approvati mill-ewwel bord.

Ħaġar Qim u Għar Lapsi – xogħol ta’ bini ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq bejn Ħaġar Qim u Għar Lapsi? Kemm huwa stmat li se tiswa din it-triq u meta se titlesta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed nifhmu li qed jirreferi għal Triq Panoramika Qrendi / Siġġiewi. Din it-triq hija triq rurali li ser issir parzjalment iffinanzjata mill- Unjoni Ewropeja. Din it-triq hija stmata li ser tiswa: · Triq Panoramika Siggiewi : € 300, 501.92 · Triq Panoraimka Qrendi : € 264, 315.29 Bħalissa t-tenders qiegħdin fi stadju ta’ award. Ix-xogħol irid ikun lest sa Ottubru 2015.

Road marking u sinjali tat-toroq — rranġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sinjal tat-toroq (road sign) u kemm-il road marking kellhom jiġu rranġati bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Mejju 2015 wara li ndunaw li kellhom żbalji ta’ grammatika u ortografija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Mejju 2015 inbidlu żewġ tabelli (road signs) ġewwa x-Xatt ta’ tas-Sliema.

Għar Lapsi – impjant tar-reverse osmosis – xogħol ta’ rinovament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ rinovament fuq l-impjant tar-reverse osmosis f’Għar Lapsi? Kemm huwa stmat li se jiġi jiswa u meta se jitlesta x-xogħol? Jista’ jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-bidu tas-sena d-dieħla u jitlesta fi ftit xhur. Ix-xogħol jikkonsisti f'tibdil ta' makkinarju antik għal sistemi ġodda u innovattivi li joperaw b'anqas enerġija. L-istima tal-proġett hija ta' €700,000.