Legislature:
Category:
Reset
Active:

Engineering Resources Limited — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-impjegati tal-Engineering Resources Ltd li huma assenjati ma’: (a) l-Enemalta plc; (b) il-Ministeri/Dipartimenti tal-Gvern (u jelenka kemm hemm impjegati ma’ kull Ministeru/dipartiment partikolari; (c) l-entitajiet oħra (u jelenka kemm hemm impjegati ma’ kull entità oħra) (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija parlamentari wieħed għandu jieħu d-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari.) Jista’ jgħid kemm mill-impjegati li ġew assenjati mal-Ministeri/dipartimenti jew entitajiet oħra talbu huma biex jitilqu mill-Enemalta u kemm minnhom ġew mibgħuta direttament mill-management?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – nefqa ta’ petrol u diesel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17085 u jgħid kemm kienet in-nefqa f’petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu (kemm fil-qasam tal-enerġija kif ukoll fil-qasam tas-saħħa), inkluż id-dipartiment, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti breakdown skont il-pompi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – nefqa f’petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara il-fuel u jagħti break down skont il-pompi?

Response (GRECH, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fir-rigward ta' pompi lokali tal-petrol

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – nefqa f’petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #17827 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – nefqa f’petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' l-Ministru jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni Enemalta – każijiet imressqa minn qtugħ ta’ dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet li tressqu lill-Korporazzjoni Enemalta dwar spejjeż kkawżati f’djar f'Malta u Għawdex kawża ta' ħsarat fil-provvista tad-dawl, jewkawża minn qtugħ tal-provvista jew xorta oħra mil-Korporazzjoni Enemalta jew powerstation bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta' Mejju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi l-Korporazzjoni Enemalta u l-Enemalta plc irċevew 347 (tlett mija, sebgħa u erbgħin) talba għal kumpens għal danni allegatament ikkawżati minn xi servizz jew operat tal-istess entita’. 134 (mija, erbgħa u tletin) applikazzjoni nstabu li kienu talbiet ġustifikati, 16 (sittax) ġew irtirati mill-klijenti stess qabel ma ġew investigati u 19 (dsatax) oħra qed jiġu pproċesati.

Korporazzjoni Enemalta — Stabbilimenti kummerċjali – provvista ta’ dawl u ilma sospiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Mejju 2015, kemm kien in-numru ta' stabbilimenti kummerċjali li l-Korporazzjoni Enemalta ssospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13682 (tlettax-il elf, sitt mija, tnejn u tmenin).

Tħawwil ta’ siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar ġodda mill-Ministeru mmexxi minnu fl-ewwel ħames xhur tal-2015? Jista' l-Ministru jgħid dawn fejn tħawwlu u min hu responsabbli għalihom?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi Tabella fuq il-mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Numru ta’ annimali li ġew impurtati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati annimali minn barra pajjiżna matul l-2013, l-2014 u l-2015 sal-ġurnata illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'kienu dawn l-annimali u jagħti elenku numeriku tagħhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal-liema annimali qed tirreferi.
Leg 12 PQ #17426 Sitting 291 2015-07-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat tal-Gvern Malti – preżenza ta’ konsulent

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-konsulent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx preżenti f'laqgħat fejn kien hemm preżenti l-Gvern Malti mill- 1 ta’ April 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid kemm-il laqgħa attenda? Jista' jgħid x'terms of reference kellu fir-rigward ta’ dawn il-laqgħat? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tax-xogħol li wettaq matul dan il-perjodu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 4770, 4930, 4971 u 10338.

National Road Safety Council – terms of reference

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie stabbilit in-National Road Safety Council, min huma l-membri ta’ dan il-Kunsill u x’terms of reference għandhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma ġie stabbilit l-ebda National Road Safety Council iżda l-Malta Road Safety Council. Dan ġie mwaqqaf f’Mejju 2015 u jinkludi rappreżentanti minn dawn l-entitajiet: - Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura - Transport Malta - Intelligent Transport Systems Malta - Protezzjoni Ċivili - Malta Insurance Association - Korp tal-Pulizija - Dipartiment tas-Saħħa - Dipartiment tal-Edukazzjoni - Federazzjoni taċ-Ċiklisti - Kummissarju għat-Tfal - Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali - 2 Wheels Foundation - Malta Motorsport Federation - Red Cross Malta - Driving Instructors Association - Kummissjoni Nazzjonal Persuni b’Diżabilita’ - Għaqda Żwiemel u Kultura Dan il-Kunsill ġie mwaqqaf bil-għan li jlaqqa’ flimkien l-entitajiet u stakeholders oħra li huma b’xi mod involuti fil-qasam tat-trasport, sabiex jaħdmu għal aktar sigurta’ fit-toroq tagħna. Dan il-Kunsill se jaħdem bis-sħiħ sabiex ikun hawn nfurzar ikbar tar-regolamenti tat-traffiku kif ukoll jaħdem biex jimplimenta l-istrateġija nazzjonali għas-sigurta’ fit-toroq.

Karozzi tal-linja — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-frekwenza illi biha qed issir il-manutenzjoni fuq il-karozzi tal-linja?

Response (MIZZI, JOE)

Billi l-kumpanija li llum tmexxi t-trasport pubbliku hija waħda privata, l-Onor. Interpellanta għandha tkun infurmata li l-informazzjoni li qed titlob m’hijiex disponibbli.

Ħal-Qormi – pjan biex jitnaqqas it-traffiku

Question

F'konferenza stampa li saret fit-13 ta' Novembru 2013, il-Ministru ġie ikkwotat li qal li b'mod immedjat kellu jitwettaq pjan biex itaffi t-traffiku fi tliet postijiet, ċjoè f'Ħal Qormi ħdejn ir-roundabout ta' Manuel Dimech, ħdejn ir-roundabout tal-ajruport, u fir-roundabout ta’Naxxar Road bejn Ħal Lija u Birkirkara. . Jista' l-Ministru jgħid x’sar f’dan ir-rigward u b’kemm naqas it-traffiku permezz tal-pjani illi twettqu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijet li twettqu fil-postijiet indikati huma dawn: - f'Ħal Qormi ħdejn ir-roundabout ta' Manuel Dimech: Saru żewġ interventi separati – wieħed kien jinvolvi l-għeluq tal-ħruġ mir-roundabout lejn iż-żona industrjali ta’ Ħal Luqa (Triq l-Imdina, Qormi). L-intervent l-ieħor kien l-introduzjoni ta’ line markings mad-dawra tar-roundabout biex effettivament t-traffiku ta’ mar-roundabout jinqasam f’żewġ karreġġjati. It-tender għall-intervent ta’ addizzjoni ta’ inner flare fi Triq Ħal Luqa fl-inkroċju tar-roundabout kantuniera ma’ Triq l-Imdina qed jiġi aġġudikat preżentament. - ħdejn ir-roundabout tal-ajruport: Il-kuntratt għax-xogħlijiet ħdejn ir-roundabout tal-ajruport qiegħed fil-proċess li jiġi ffirmat. - r-roundabout ta’Naxxar Road bejn Ħal Lija u Birkirkara: Ġew imċaqalqa tlett centre strips/traffic islands biex it-triq lejn il-Mosta issa takkomoda żewġ karreġġjati u ċċeknet ukoll r-roundabout.

Liċenzji għal tħaffir u esplorazzjoni ta’ żejt jew gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu liċenzji għal tħaffir u esplorazzjoni ta' żejt jew gass mid-9 ta' Marzu 2013 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija? Jista' jgħid għal liema areas ħarġu dawn il-liċenzji?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum ħarġet liċenzja lil Ratio Malta Ltd f’Area 5 fil-Lbiċ ta’ Malta. Tajjeb insemmi li matul is-sena 2014, sar survey siżmika fit-Tramuntana ta’ Malta mill-kumpanija Cairn Energy plc u bħalissa l-kumpanija qegħda tevalwa l-informazzjoni li nġabret. Il-kuntratt għadu kif ġie estiż sal-aħħar ta’ 2016 sabiex il-kumpanija tlesti l-evalwazzjoni tagħha. Fil-2014, tħaffer bir fin-nofs in-nhar ta’ Malta mill-kumpanija Genel Energy plc. Dan il-bir kellu jitħaffer fil- 2011, u kien wara li jiena ħadt ir-responsabbilta ta’ dan il-qasam li wasalna fi ftehim konkret sabiex dan il-bir jitħaffer u ma jibqax fuq il-karti. Għalkemm ir-riżultat tal-bir ma kienx wieħed pożittiv f’dak li jirrigwarda materja prima, il-bir provda sors ta’informazzjoni utili għat-tiftix f’din iż-żona. Tajjeb ngħid li għalkemm il-preżż taż-żejt huwa baxx il-Gvern xorta waħda ser jibqa għaddej bil-promozzjoni sabiex tiżdied l-attivita’ f’dan il-qasam.

Malta Transport – rapporti dwar emisjonijiet ta’ duħħan minn karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport b'SMS daħal għand Malta Transport dwar emissjonijiet ta' duħħan minn karozzi fl-ewwel ħames xhur tal-2015? Jista' jgħid kemm ittieħdu azzjonijiet f'dan ir-rigward? Kemm-il karozza ma għaddietx mit-test? Kemm jiswa SMS?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2015, daħlu 4,583 rapport għand Transport Malta dwar emissjonijiet ta’ duħħan minn karozzi. F’dan ir-rigward intbagħtu 71 avviż lis-sidien tal-vetturi. Kien hemm żewġ karozzi li m’għaddewx mit-test tal-emmissonijiet. Kull sms jiswa ħames ċenteżmi tal-Ewro.

Imrieħel – akwadott ta’ Wignacourt — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru xogħlijiet ta' tiswija fuq l-Akwadott ta' Wignacourt fl-Imrieħel viċin ta' fejn topera l-MFSA? Jista' l-Ministru jgħid għalfejn dan ilu imkisser mis-27 ta' Diċembru 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Enemalta – ingaġġ tal-lecturers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta ingaġġatx persuna jew persuni bħala lecturer, bejn l-1 ta’ Jannar 2014 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari?? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lecturer ġie ingaġġat, jekk hux fuq full-time jew part time, x’inhu eżatt ir-rwol tagħhom, u kif qegħdin jitħallsu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda lecturer ma ġie impjegat full-time jew part-time fil-perjodu msemmi. F’Mejju 2015 l-Enemalta plc tellgħet programm ta’ taħriġ għall-impjegati interessati li jattendu taħriġ fil-qasam tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Għal dan it-taħriġ kien meħtieġ is-sehem ta’ tekniċi b’esperjenza f’dan il-qasam. Kien għalhekk li ntagħżlu żewġ eks-impjegati, irtirati bl-eta’ tal-pensjoni, li għandhom esperjenza vasta f’dan il-qasam.

Transport Malta u Ministeru għat-Trasport – xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kuntratti u/jew xogħlijiet oħra li ngħataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Transport Malta u mill-Ministeru għat-Trasport, minn Marzu 2013 sad-data tar-risposta ta’ din il-mistoqsija? Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-natura tax-xogħol ta’ kull kuntratt/biċċa xogħol, jagħti l-valur ta’ kull kuntratt/biċċa xogħol, u jgħid jekk għal kull kuntratt/biċċa xogħol inħarġitx sejħa pubblika?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħataw l-ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.

Transport Malta – direttur tal-bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-direttur tal-bord ta’ Transport Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux rwol fil-qasam tal-IT fi ħdan l-istess awtorità?

Response (MIZZI, JOE)

Nikkonferma li l-persuna ndikata għandu wkoll rwol fil-qasam tal-IT fi ħdan Transport Malta.

Transport Malta – annual report

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta lestietx l-Annual Report tagħha għas-sena 2014 ai termini tal-artiklu 34 tal-Kap 499 tal-Liġijiet ta’ Malta, u jekk għamlitu jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk l-Annual Report għadu ma sarx kif stipulat mil-liġi, jista’ l-Ministru jispjega għalfejn?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta r-rapport annwali ta’ Transport Malta diġa’ ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.