Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – nefqa f’petrol u diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rikjesta. Inxtraw b'kollox 71 biljett li l-valur medju tal-biljetti huwa dak ta’ €388.11. Kull darba li inxtraw dawn il-biljetti intalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ARMS Ltd mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, u ċjoè t-13 ta’ Lulju 2015, kif ukoll il-valur ta’ kull direct order li nghatat, u lil min ingħatat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16320 (sittax-il elf, tlett mija u għoxrin).
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-Water Services Corporation mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, u ċjoè t-14 ta’ Lulju 2015, kif ukoll il-valur ta’ kull direct order li ngħatat, u lil min ingħatat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16320 (sittax-il elf, tlett mija u għoxrin).
B’referenza għall-artiklu li deher fit-Times Online, bit-titolu “New Coast Road Traffic Arrangements Announced”, http://www.timesofmalta.com/articles/view/20150713/local/new-coast-road-traffic-arrangements-announced.576506, jista’ l-Ministru jgħid jekk in vista ta’ din it-traffic arrangement tbiddlux xi rotot tal-karozza tal-linja, jew jekk żdiedux jew naqsux xi rotot? Jekk hemm xi rotot li nbidlu, żdiedu jew naqsu, jista’ l-Ministru jgħid liema huma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minħabba l-arranġamenti tat-traffiku li daħlu fis-seħħ, kien hemm is-sussegwenti tibdil fit-traġitt tar-rotot tal-karozzi tal-linja fl-inħawi:
· Rotot 12 u 222 li normalment jgħaddu minn Baħar iċ-Ċagħaq u Tul il-Kosta qegħdin minflok jgħaddu minn Triq ir-Ramla, Triq Santa Maria u Triq is-Salini. Huma u ħerġin mill-Qawra dawn ir-rotot ser jgħaddu skont ir-rotta oriġinali, jiġifieri, Triq il-Wileġ u Kennedy Drove.
· Rotot bin-numri 31, 45, 221, 223, 401 u X3 huma u ħerġin mill-Qawra ser jiġu devjati minn Triq il-Lampuki, Triq iċ-Ċagħaq u Triq il-Mosta.
Infurmat ukoll illi ma kien hemm l-ebda tnaqqis jew żidiet fir-rotot minħabba dawn l-arranġamenti tat-traffiku temporanji.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Financial Statement tal-Enemalta għall-2012 u l-2013? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-annual report tal-2012 u l-2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15021 (ħmistax-il elf, wieħed u għoxrin).
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17425, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawk l-annimali kollha li ġew importati minn barra pajjiżna, kemm dawk eżotiċi u kemm dawk li mhumiex?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, in-numru ta’ annimali li ġew importati minn barra pajjiżna matul is-snin 2013, 2014 u 2015 kien ta' 796,555. Dawn l-annimali jikkonsistu f’retillu, klieb, qtates u l-maġġor parti tagħhom huma ħut tropikali. Ovvjament din il-figura ma tinkludix pajjiżi tal-UE.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – nefqa f’petrol u diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta r-resurfacing ta’ Birkirkara Road, San Ġwann u dan peress illi x-xogħol f’din it-triq, kien inbeda mit-23 ta’ Marzu 2015 u issa ilu għaddej għal dawn l-aħħar 4 xhur?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa huma tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma u mhux ta’ Transport Malta. Madanakollu, Transport Malta ħarġet tender għall-kumplament tal-kostruzzjoni mill-ġdid tat-triq inkluż tqegħid ta' servizzi oħra u asfaltar. Ta’ min jgħid li dan ix-xogħol li huwa kontinwazzjoni tax-xogħlijiet u huwa wkoll abbinat ma’ xogħlijiet li se jsiru fil-junction tal-Kappara peress li din it-triq ser tkun waħda mir-rotot ta’ devjazzjoni prinċipali.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-buses il-ġodda kollha li waslu għandhom emergency exit?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat illi l-karozzi tal-linja il-ġodda li waslu fil-bidu ta’ Lulju ta’ din is-sena huma konformi mad-Direttiva 2007/46/EC u d-Direttiva 2001/85/EC tal-Parlament Ewropew, li fost l-oħrajn tistipola illi in-numru minimu ta’ bibien fuq tali vetturi għandu jkun ta’ tnejn, li jistghu ikunu jew żewġ service doors, jew service door u emergency door. Fil-każ tal-vetturi in kwistjoni, dawn huma mgħammra b’żewġ service doors, kif ukoll b’sitt emergency windows u żewġ escape hatches.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' Transport Malta rigward użu ta' road signs pubbliċi f’toroq pubbliċi li jindikaw postijiet jew stabbilimenti privati? Jista' jgħid it-tabelli li jintużaw x'kuluri rrid ikollhom u jista' jgħid x'jindikaw dawn il-kuluri?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li road signs li jindikaw stabbilimenti privati mhux permessi fuq toroq arterjali u distributorji sakemm ma jkunux ikunsidrati ta’ valur storiku jew kulturali. Infurmat ukoll li Transport Malta ma toħroġx permessi li jitwaħħlu tabelli li juru d-direzzjoni lejn postijiet jew stabbilimenti kummerċjali privati.
Fil-każ ta’ entitajiet li jagħtu servizz pubbliku, jiġu approvati tabelli li juru d-direzzjoni għal żmien temporanju ta’ sitt xhur minn meta tali entita’ tkun bdiet topera għall-ewwel darba jew f’każ li tibda topera minn post ġdid. Tali tabelli temporanji jkunu b’ittri suwed fuq sfond abjad u bil-logo tal-entita’ skont il-każ. Fil-każ ta’ stabbilimenti privati li l-operat tagħhom huwa attrazzjoni / servizz turistiku jew kulturali l-kuluri tat-tabelli huma bojod fuq sfond kannella.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża heavy fuel oil mill-BWSC fl-2013 (mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013), fl-2014 (mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014), u fl-2015 (mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari), kull sena b’mod separat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Enemalta Corporation u Enemalta plc – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħataw mill-Enemalta Corporation u minn Enemalta plc separatament mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, u ċjoè t-13 ta’ Lulju 2015, kif ukoll il-valur ta’ kull direct order li ngħatat, u lil min ingħatat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – nefqa f’petrol u diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Gunju 2015? Jista' l-Ministru jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – nefqa f’petrol u diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzojni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – nefqa f’petrol u diesel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tagħha, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Tista' tgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u tagħti break down skont il-pompi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – nefqa f’petrol u diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – nefqa f’petrol u diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-ktieb dwar ir-rotot il-ġodda li tqassam fid-djar kollha ta’ Għawdex minn Transport Malta?? Min ħallas l-ispejjeż ta’ dan il-ktieb? Kemm swiet l-ispiża tal-printing u tal-impustar? Fejn ġie printed u kif saret l-għażla tal-persuna/kumpanija li dan il-ktieb ġie printed għandha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ktieb dwar ir-rotot il-ġodda li tqassam fid-djar kollha ta’ Għawdex minn Transport Malta ġie jiswa €4490.08 (VAT inkluża). Transport Malta ħallset għal-ispejjeż ta’ dan il-ktieb. Inħarġu call for quotations kemm għall-printing kif ukoll għall-impustar ta’ dan il-ktejjeb u ntagħżlu l-irħas offerti. Il-printing sewa €2,493.75 filwaqt li l-impustar sewa €344.33.