Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-qari tal-monitoring systems tal-arja taċ-ċmieni tal-impjant tal-BWSC għal dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid jekk tul dawn l-aħħar tliet snin u partikolarment tul din l-aħħar sena dawn il-monitoring systems humiex qed jaħdmu regolarment? Jista’ jgħid jekk tul dawn is-snin kienx reġistrat xi forma ta’ tibdil fil-kwalità tal-arja tal-madwar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq is-sit elettroniku tal-kumpanija, liema kopja tal-indirizz tas-sit elettroniku qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kemm-il darba inqata’ d-dawl matul ix-xahar ta’ Ġunju 2015, ta’ Lulju 2015 u ta’ Settembru 2015 separatament, lokalità b’lokalità??
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ seħħ fit-toroq Maltin u Għawdxin fejn kienu involuti xi żwiemel, matul l-2013, l-2014 u l-2015 (sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija), sena b’sena??
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2013 saru tmien inċidenti fit-toroq Maltin u Għawdxin fejn kienu nvoluti xi żwiemel, matul is-sena 2014 kien hemm tnax –il inċident, filwaqt li matul is-sena 2015, sa Settembru, kien hemm erba’ inċidenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17617, jista’ l-Ministru jgħid min huma r-rappreżentanti tad-diversi entitajiet fuq in-National Road Safety Council?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord tan-National Road Safety Council huwa kompost minn dawn il-membri:
Chairman – Mr Roderick Vella (Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura)
Vice-Chairman – Mr Philip Agius (Touring Club Malta)
Executive Manager – Mr Pierre P. Vella (TM)
Members – Mr Clint Axisa (TM Enforcement)
Mr Charles Axisa (TM Marketing & Communications)
Mr Peter Paul Coleiro (Civil Protection Department)
Mr Adrian Galea (Malta Insurance Association)
Mr Alex Borg (Intelligent Transport Systems Committee)
Sen. Insp. Mario Tonna (Malta Police Force)
Mr Jonathan Joslin (Health Department)
Barra minn dawn il-membri, hemm ukoll rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, Federazzjoni taċ-Ċiklisti, Kummissarju għat-Tfal, Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, 2 Wheels Foundation, Malta Motorsport Federation, Red Cross Malta, Driving Instructors Association, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’ Diżabilita’ u tal-Għaqda Żwiemel u Kultura.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi, kuntrattur b’kuntrattur, li ngħataw kuntratti fir-rigward ta’road works (kemm bini mill-ġdid kif ukoll irranġar) mill-1 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha saret il-mistoqsija parlamentari u ċjoè fil-5 ta’ Ottubru 2015? Jista’ jgħid kemm minnhom ingħataw b’direct order u lil min ingħataw u kemm kien il-valur?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi ngħataw 255 kuntratt li l-valur tagħhom ivarja bejn €6255.21 u €26,647,208.58 . Dawn jinkludu proġetti kbar fosthom il-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Kosta. Dawn il-kuntratti ngħataw lil diversi kumpaniji u f’kull każ Transport Malta segwiet il-proċeduri ta’ procurement tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Financial Statement tal-Enemalta għall-2012 u l-2013? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Annual Reports tal-2012 u l-2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 15021 (ħmistax-il efl, wieħed u għoxrin).
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015, sena b’sena? Jista’ jgħid lil min ingħataw dawn id-direct orders u kemm kien il-valur tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-linja waqfet bejn l-1 ta’ Jannar 2015 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari minħabba xi ħsarat li tkun ġarrbet, tant li temporanjament ma setgħetx tkompli fuq ir-rotta? Jista’ jgħid x’kienet din il-ħsara?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni provduta mill-operatur tat-trasport publiku jirriżulta li bejn il-perjodu l-1 ta’ Jannar 2015 u l-10 ta’ Ottubru 2015 kien hemm medja ta’ wieħed minn kull 500 vjaġġ fejn minħabba xi ħsarat li ġarrbu dawn il-karozzi tal-linja, temporanjament ma setgħux ikomplu fuq ir-rotta.
Infurmat ukoll illi kien hemm raġunijiet diversi għala dawn il-karozzi tal-linja ġarrbu dawn il-ħsarat.
Ta’ min jgħid li minn Settembru li għadda, ingħaqdu karozzi ġodda mal-flotta, b’ hekk hu mistenni li l-ammont ta’ ħsarat jitnaqqas konsiderevolment.
Karozzi tal-linja – karozzi tal-linja li jintużaw bħala replacement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-linja għandha l-kumpanija privata li llum hemm tmexxi t-trasport pubbliku, li huma over and above il-complement tal-karozzi tal-linja li jaħdmu fuq ir-rotot, liema karozzi tal-linja jintużaw biss bħala replacement meta xi karozza tal-linja ġġarrab xi ħsara u jkun hemm bżonn li tinbidel? Jista’ jgħid fejn qegħdin jinżammu dawn ir-replacements?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi l-kumpanija privata li illum tmexxi t-trasport pubbliku għandha madwar 35 karozzi tal-linja li jintużaw bħala replacement buses. Dawn il-karozzi tal-linja huma addizzjonali mal-kumplament tal-karozzi tal-linja li jaħdmu fuq is-servizz tat-trasport pubbliku. Dawn il-karrozzi tal-linja jinżammu ġewwa il-Floriana, il-Marsa, iċ-Ċirkewwa u Għawdex.
Servizz tat-trasport pubbliku – sussidju u pagamenti oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus il-kumpanija responsabbli mill-għoti tas-servizz tat-trasport pubbliku bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-aħħar ta’ Settembru 2015, f’sussidju kif ukoll f’pagamenti oħrajn li setgħu sarulhom? Jista’ jgħid x’bilanċ kien hemm ma’ Autobuses de Leon fl-aħħar ta’ Settembru 2015 kemm f’sussidju kif ukoll f’pagamenti oħrajn li setgħu kienu dovuti lilhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Settembru 2015 il-Malta Public Transport tħallsu l-ammont dovut kollu ta’ €17,249,994 f’pagamenti relatati ma’sussidju.
Infurmat ukoll illi fil-perjodu bejn Jannar u April 2015, l-operatur tat-trasport pubbliku tħallas ukoll is-somma ta’ €16,408 f’dak illi jirrigwardja manutenzjoni ta’ bus stops. L-ispejjeż relatati mal-manutenzjoni ta’ bus stops għall-perjodu bejn Mejju u Awwissu 2015 għadhom qegħdin jiġu vverifikati.
Karozzi tal-linja – vjaġġi/rotta li ma sarux fil-ħin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ/rotta tal-karozzi tal-linja ma sarx fil-ħin jew inkella ma sarx bejn l-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015 (ir-rotta kollha jew parti minnha)?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 16205, ninfurmaha wkoll li meta jidħol fis-seħħ in-network il-ġdid se jibda jintuża Rostering Software li bl-introduzzjoni tiegħu se tkun tista’ tinġabar l-informazzjoni dwar l-andament tar-rotot.
Kumpaniji Maltin – kuntratti għal kostruzzjoni u turnkey
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm Transport Malta u l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura taw kuntratti lill-kumpaniji Maltin involuti fi kwalunkwe tip ta’ kostruzzjoni u turnkey mill-1 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kuntrattur b’kuntrattur?? Jista’ jagħti l-valur ta’ kull kuntratt, dettalji fuq in-natura tax-xogħol ta’ kull kuntratt, u jekk il-kuntratt ingħatax wara sejħa pubblika jew b’mod dirett?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 17095.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17416, jista’ l-Ministru jgħid x’informazzjoni hemm disponibbli għalih mill-kumpanija privata li llum hemm tmexxi t-trasport pubbliku bħala l-Ministru responsabbli mit-trasport?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li hija disponibbli mill-kumpanija privata li llum hemm tmexxi t-trasport pubbliku hija informazzjoni li toħroġ mir-rekwiżiti tal-kuntratt illi jirrigwarda is-servizz tat-trasport pubbliku, liema kuntratt ser jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ħin opportun.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-obbligi li għandha l-kumpanija privata inkarigata mis-servizz tat-trasport pubbliku preżenti? Jista’ jgħid għaliex tista’ tiġi ppenalizzata u x’inhuma l-penalitajiet u l-multi li għandhom jiġu imposti fuqha jekk kemm-il darba jkun hemm xi nuqqas?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-obbligi li għandha l-kumpanija privata inkarigata mis-servizz tat-trasport pubbliku, kif ukoll il-penalitajiet u multi li jiġu imposti kemm-il darba jkun hemm xi nuqqas, joħorġu mill-kuntratt illi kien iffirmat bejn iż-żewġ partijiet fit-8 ta’ Jannar 2015.
Dan il-kuntratt ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-mument opportun.
Transport Malta – kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna inkarigata għan-nom ta’ Transport Malta biex tara li l-kundizzjonijiet u l-obbligi kollha li hemm stipulat fil-kuntratt għal għoti tas-servizz tat-trasport pubbliku qed jiġu osservati? Jista’ jgħid x’inhi l-proċedura li għandha ssegwi din il-persuna sabiex tinforma lill-Transport Malta u lill-Ministru b’dawn in-nuqqasijiet? Jista’ jgħid kemm-il nuqqas ġie rraportat s’issa u x’kienu dawn in-nuqqasijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, hekk kif kien għal dawn l-aħħar snin, il-Unit responsabbli fi ħdan Transport Malta sabiex jara li l-kundizzjonijiet u l-obbligi kollha li hemm stipulati fil-kuntratt għal għoti tas-servizz tat-trasport pubbliku qed jiġu osservati huwa l-Public Transport Unit.
Nuqqasijiet li jiġu osservati kif ukoll l-andament tar-rotot jiġu miġbura f’rapporti u maħruġa kull ġimgħa jew kull xahar.
Infurmat ukoll illi in-nuqqasijiet li ġew innotati ivarjaw u jinkludu l-andament tar-rotot, il-kundizzjoni tal-karozzi tal-linja, in-nuqqas ta’ informazzjoni fuq bus stops u nuqqasijiet mix-xufier.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17414, fejn tlabt lill-Ministru jgħid jekk ix-xufiera tal-karozzi tal-linja li jitilfu l-break peress li jinqabdu fit-traffiku jiġux ikkumpensati u peress li t-tweġiba kienet li billil-kumpanija li llum tmexxi t-trasport pubbliku hija waħda privata l-informazzjoni mhijiex disponibbli, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu sabiex jassigura li l-ħaddiema mhumiex qed jiġu sfruttati? Jista’ jgħid jekk ġiex avviċinat minn xi persuna fejn infurmatu li x-xufiera tal-karozzi tal-linja li jinqabdu fit-traffiku u jitilfu l-break mhux qed jiġu kkumpensati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont informazzjoni pprovduta mill-operator tat-trasport pubbliku, il-kumpanija qegħda timxi mal-ftehim kollettiv li hemm fil-preżent.