Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il road traffic count sar bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid x’kien kull road traffic count (jiġifieri jgħid kemm-il karozza ġiet rreġistrata f’kull count) u x’tip ta’ vetturi kienu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn il-perjodu Jannar 2014 u Settembru 2015 saru mija u erbatax-il (114) għadd ta' vetturi u surveys. L-għadd ta' vetturi ma jieħux totali ta' vetturi reġistrati f'kull għadd iżda vetturi kull perjodu ta' ħin u għalhekk l-informazzjoni mitluba ma teżistix għax ma tintużax. Il-vetturi jinqasmu f'vetturi żgħar tal-passiġġieri u vetturi kbar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza ġdida ġiet irreġistrata fuq it-toroq f’Malta fl-2013, fl-2014 u fl-2015 separatement? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu karozzi ġodda, kemm minnhom kienu karozzi second hand li ġew impurtati minn barra u issa sidhom huwa Malti, kemm minnhom kellhom number plate barrani u ġew irreġistrata hawn Malta peress skadilhom iż-żmien li fih wieħed jkun jista’ jsuq karozzi bi pjanċi barranin f’Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ karozzi ġodda u
second hand
li ġew reġistrati f’Malta fl-2013, fl-2014 u fl-2015 huma s-segwenti:
Sena
Ammont ta’ karozzi ġodda reġistrati
Ammont ta’ karozzi
second hand
reġistrati
Totali
2013
7,171
8,636
15,807
2014
8,028
10,617
18,645
2015 (sal-lum)
7,041
7,653
14,694
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull vettura second hand elenkata fit-tieni kolonna kienet irreġistrata f’pajjiż ieħor u għaldaqstant kellha l-pjanċi barranin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mutur ġdid ġie irreġistrat fuq it-toroq Malta fl-2013, fl-2014 u fl-2015 separatement?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ muturi ġodda li ġew reġistrati fuq it-toroq f’Malta fl-2013, fl-2014 u fl-2015 (sal-lum) huma s-segwenti:
Sena
Ammont ta’ muturi ġodda reġistrati
2013
831
2014
1,095
2015
1,013
Transport Malta – koordinament tax-xogħlijiet fit-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna min-naħa ta’ Transport Malta responnsabbli mill-koordinament tax-xogħlijiet fit-toroq? Jista’ jgħid x’esperjenza għandha din il-persuna f’dan il-qasam?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment responsabbli mill-koordinament tax-xogħlijiet fit-toroq huwa t-Traffic Management Unit fi ħdan Transport Malta. Il-koordinament tax-xogħlijiet fit-toroq huwa ukoll parti mill-ħidma tat-Traffic Committee li jgħaqqad fih membri ta’ Transport Malta u tal-pulizija taħt it-tmexxija tal-Ministeru tiegħi.
Ninsab infurmat ukoll li f’dawn l-aħħar ġimgħat intbagħtet ittra lil diversi entitajiet pubbliċi u kummerċjali li huma b’xi mod involuti f’xogħlijet fit-toroq, sabiex jipprovdu nformazzjoni rigward xogħlijiet ippjanati sabiex ikun hemm koordinament aħjar ta’ dawn l-istess xogħlijiet. Kopja ta’ din il-korrispondenza qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir minn Transport Malta fir-rigward tad-diversi vetturi ħafna minnhom lussużi u b’ċilindrata għolja bi pjanċi tal-Libja u tal-Lvant Nofsani li fl-aħħar xhur żdiedu fit-toroq speċjalment fl-inħawi ta’ Tas-Sliema, is-Swieqi u San Ġiljan, meta l-liġi ma tippermettix iż-żamma u l-użu ta’ pjanċi mhux reġistrati f’Malta ‘l hinn minn ċertu ammont ta’ żmien?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta żiedet n-numru ta’ roadside checks f’dawn l-aħħar xhur sabiex tindirizza din il-problema. Għaddejjin ukoll diskussjonijiet interni u ma’ entitajiet oħra sabiex jiżdiedu l-isforzi biex ikun hemm iktar kontroll fuq dawn it-tip ta’ vetturi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-isforzi li qegħdin isiru biex ikun hemm kontroll aħjar fuq vetturi fit-toroq Maltin b’number plates barranin? Peress li fit-23 ta’ Marzu 2015 fir-risposta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15068, il-Ministru kien qal li: “Ninsab infurmat li Transport Malta hija mpenjata li żżid in-numru ta’ roadside checks f’diversi lokalitajiet strateġiċi kif ukoll fl-iktar ħinijiet peak tal-ġurnata. L-Awtorità għandha wkoll il-ħsieb li tibda diskussjonijiet m’awtoritajiet oħra konċernati, bħalma huma l-Pulizija, sabiex ikun hemm koordinament aħjar bejn l-entitajiet f’dak li jirrigwarda allokazzjoni ta’ riżorsi disponibbli għal dawn it-tip ta’ kontrolli, u sabiex l-Awtorità possibilment tingħata aċċess għal informazzjoni li tirrigwarda vetturi bi pjanċi barranin li jkunu ddaħħlu f’Malta sabiex jinstaqu lokalment fit-toroq tagħna.”, jista’ jagħti rendikont xahar xahar b’kemm żdiedu r-roadside checks f’dan ir-rigward mill-1 ta’ April 2015 sal-15 ta’ Ottubru 2015 u jgħid ukoll f’liema postijiet saru u x’ħin? Jista’ jgħid x’diskussjonijiet saru u x’deċiżjonijiet u azzjonijiet ittieħdu sabiex ikun hemm koordinament aħjar bejn l-entitajiet f’dak li jirrigwarda allokazzjoni ta’ riżorsi disponibbli għal dawn it-tip ta’ kontrolli, u sabiex l-Awtorità possibilment tingħata aċċess għal informazzjoni li tirrigwarda vetturi bi pjanċi barranin li jkunu ddaħħlu f’Malta sabiex jinstaqu lokalment fit-toroq tagħna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma żżommx rendikont u statistika tan-numru ta’ roadside checks li jsiru, madanakollu nikkonferma li l-ammont ta’ dawn il-kontrolli ġew intensifikati f’dawn l-aħħar xhur. Ninsab infurmat ukoll li d-diskussjonijiet ma’ entitajiet oħra sabiex tiġi ndirizzata din il-problema għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq ġewwa l-lokalità tal-Imsida li jaqgħu taħt ir-responsabilità tieghu li se jsir xi xogħol fuqhom bejn l-1 ta’ Novembru 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jkun qed isir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta qiegħda tippjana xogħlijiet fi triq D’Argens li hi responsabilta’ tal-Kunsilli Lokali:
Dawn ix-xogħlijiet huma parti mill-proġett tal-Kappara peress li din it-triq se tintuża bħala rotta ta’ devjazzjoni.
Dawn ix-xogħlijiet mistennija jinbdew bejn l-aħħar ta’ din is-sena u l-ewwel xhur tas-sena li ġejja.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq ġewwa l-lokalità tas-Swieqi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tieghu li se jsir xi xogħol fuqhom bejn l-1 ta’ Novembru 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jkun qed isir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx xogħlijiet maġġuri ppjanati għax-xhur msemmija fil-lokalita’ msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq ġewwa l-lokalità ta’ Ta’ Xbiex li jaqgħu taħt ir-responsabilità tieghu li se jsir xi xogħol fuqhom bejn l-1 ta’ Novembru 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jkun qed isir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx xogħlijiet maġġuri ppjanati għax-xhur msemmija fil-lokalita’ msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq ġewwa l-lokalità tal-Għargħur li jaqgħu taħt ir-responsabilità tieghu li se jsir xi xogħol fuqhom bejn l-1 ta’ Novembru 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jkun qed isir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx xogħlijiet maġġuri ppjanati għax-xhur msemmija fil-lokalita’ msemmija.
Is-Swieqi, l-Madliena, l-Ibraġġ, San Ġwann, il-Kappara, l-Imsida, is-Swatar, Ta’ Xbiex u l-Għargħur — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet li saru minn Marzu 2013 sad-data li fiha intbagħtet din il-mistoqsija parlamentari fuq toroq ġodda jew resurfacing ta’ toroq mill-Gvern fil-lokalitajiet tas-Swieqi, il-Madliena, l-Ibraġġ, San Ġwann, il-Kappara, l-Imsida, is-Swatar, Ta’ Xbiex u l-Għargħur?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Transport Malta – tfassil ta programm tax-xogħlijiet fuq it-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif jopera l-unit fi ħdan Transport Malta li hu responnsabbli mit-tfassil tal-programm tax-xogħlijiet fuq it-toroq? X’inhuma l-kriterji li jiddeterminaw liema triq tieħu preċedenza? Għal kemm jippjana fit-tul dan il-unit; għal ġimgħa, għal xahar, għal sena? Jista’ jgħid jekk dan il-unit għandux draft programme li jidentifika liema huma dawk it-toroq li se jsir xi xogħol fuqhom fix-xhur li ġejjin, u jekk għandu, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tali draft programme?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tat-Toroq fi ħdan Transport Malta għandu lista ta’ toroq li għad iridu jinbnew kif ukoll lista ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni. Dawn il-listi jkunu jridu jiġu integrati u aġġornati kontinwament skont il-prioritajiet tal-pajjiż u fatturi oħra bħalma huma fondi Ewropej, proġetti jew avvenimenti nazzjonali, l-urġenza tal-manutenzjoni, il-progress tal-formazzjoni (fejn għandhom x’jaqsmu toroq residenzjali ġodda), fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se titlesta Triq Birkirkara, f’San Ġwann u dan peress li x-xogħol f’din it-triq ilu li nbeda mit-23 ta’ Marzu 2015, u li minħabba nuqqas ta’ ippjanar u ko-ordinament, ix-xogħol kellu jieqaf u t-tħaffir u t-tqattigħ li kien sar tat-triq ġie mgħotti b’mod temporanju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Birkirkara, San Ġwann huma maqsumin f’żewġ fażijiet. Ix-xogħlijiet fl-ewwel fażi kienu tal-Korporazżjoni tal-Ilma li ġew kompluti fil-15 ta’ Lulju 2015. Ix-xogħlijiet fit-tieni fażi huma mmexxija minn Transport Malta u se jinkludu t-tqegħid tal-kumplament tas-servizzi u drenaġġ u l-asfaltar ta’ din it-triq. Għaldaqstant ma narax li kien hemm nuqqas ta’ ippjanar bħal ma qed tallega l-Onor. Interpellant.
Ta’ min isemmi li t-tieni fażi hija parti mix-xogħlijiet preliminarji tal-Proġett tal-Junction tal-Kappara li jinkludu xogħol estensiv fuq numru ta’ devjazzjonijiet, inkluż l-imsemmija triq. Il-koordinazzjoni tat-tieni fażi għadha għaddejja.
San Ġwann – Triq San Ġwann tal-Għargħar — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol li qed isir fuq Triq San Ġwann tal-Għargħar f’San Ġwann, u dan peress li x-xogħlijiet qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti, kemm minħabba trabijiet, kemm minħabba r-riskji li hemm ta’ saħħa u sigurtà tar-residenti li jgħaddu minn hemm bil-pass, kif ukoll minħabba traffic jams li qed jkun hemm?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta jitranġaw u jkun lest x-xogħol li qed isir fl-area ta’ Triq Bella Vista f’San Ġwann, u dan peress li x-xogħlijiet qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti, kemm minħabba trabijiet, kemm minħabba r-riskji li hemm ta’ saħħa u sigurtà tar-residenti li jgħaddu minn hemm bil-pass, kif ukoll minħabba traffic jams li qed jkun hemm?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul Triq Bella Vista, San Ġwann, ma hemm l-ebda xogħlijiet. Ix-Xogħljiet li huma għaddejjin huma iżjed l-isfel tul Triq San Ġiljan lejn Mater Dei u tul Triq San Ġwann tal-Għargħar. Fiż-żewġ każijiet, ix- xogħlijiet huma tal-Korporazzjoni tal-Ilma. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Rigward Triq B’kara f’San Ġwann, ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’din it-triq huma maqsumin f’żewġ fażijiet. Ix-xogħlijiet fl-ewwel fażi kienu tal-Korporazżjoni tal-Ilma. Ix-xogħlijiet fit-tieni fażi huma mmexijin minn Transport Malta u se jinkludu t-tqegħid tal-kumplament tas-servizzi u drenaġġ u l-asfaltar ta’ din it-triq. Ta’ min isemmi li t-tieni fażi hija parti mix-xogħlijiet preliminarji tal-Proġett tal-Junction tal-Kappara li jinkludi xogħol estensiv fuq numru ta’ devjazzjonnijiet inkluż l-imsemmija triq. Il-koordinazzjoni tat-tieni fażi għadha għaddejja.
Jista’ l-Ministru jgħid meta jitranġaw u jkun lest x-xogħol li qed isir fl-area ta’ Triq San Ġiljan f’San Ġwann, u dan peress li x-xogħlijiet qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti, kemm minħabba trabijiet, kemm minħabba r-riskji li hemm ta’ saħħa u sigurtà tar-residenti li jgħaddu minn hemm bil-pass, kif ukoll minħabba traffic jams li qed jkun hemm?
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinbeda x-xogħol fuq Kappara Junction? Jista’ jgħid xi studji/rapporti saru/se jsiru sabiex jassigura li l-impatt tat-traffiku ikun mill-inqas possibli u sabiex jassigura li x-xogħol isir bl-inqas inkonvenjent għar-residenti tal-lokalijiet tal-madwar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-Junction tal-Kappara għandhom jibdew matul il-bidu tas-sena d-dieħla meta Transport Malta tibda’ xogħlijiet ta' upgrading u manutenzjoni fuq ir-rotot ta' devjazzjoni qabel ma jibdew ix-xogħlijiet attwali fuq il-junction.
Fit-tender tal-Junction tal-Kappara kienu mitluba wkoll proposti għall-imminiġġjar tat-traffiku bil-għan li titnaqqas il-kongesstjoni tat-traffiku.
Id-dettalji għadhom iridu jiġi diskussi mal-kumpanija magħżula biex tagħmel ix-xogħlijiet minħabba l-fatt li t-tender ħalla ċerta liberta’ dwar id-disinn tal-pont u għalhekk il-metodu ta’ kostruzzjoni għadu mhux dettaljat għal-fini tat-Traffic Management, iżda li ser issir emfażi biex fejn hu possibli jsir xogħol matul il-lejl biex jiġi mnaqqas l-inkonvenjent għas-sewwieqa li jużaw it-toroq tal-inħawi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq ġewwa l-lokalità ta’ San Ġwann (inkluż il-Kappara) li jaqgħu taħt ir-responsabilità tieghu li se jsir xi xogħol fuqhom bejn l-1 ta’ Novembru 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jkun qed isir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta qiegħda fil-proċess li tikkuntratta xogħlijiet fit-toroq segwenti li fil-maġġoranza tagħhom huma responsabilta’ tal-kunsill lokali:
Triq Birkirkara
Triq G. Briffa
Triq Plejju
Triq R. Caruana Dingli
Triq Stefanotis
Dawn ix-xogħlijiet jinkludu interventi varji bħala parti mill-proġett tal-Kappara peress li dawn it-toroq se jintużaw bħala rotot ta’ devjazzjoni.
Dawn ix-xogħlijiet mistennija jinbdew bejn l-aħħar ta’ din is-sena u l-ewwel xhur tas-sena li ġejja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa overtime inħadmet mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015 mill-ħaddiema li qed jagħtu servizz lill-Enemalta u kemm jammonta f’euro dan l-overtime? Jista’ jgħid jekk dan l-overtime tħallasx u jekk iva, jgħid kemm tħallas? Jekk hemm overtime li għadu ma tħallasx, jista’ jgħid kemm għad fadal x’jitħallas u meta hemm il-ħsieb li jitħallas?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbidlu xi shifts li għandhom bħalissa l-ħaddiema li qed jagħtu s-servizz lill-Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont il-prattiċi professjonali stabbiliti f’kull organiżżazzjoni, il-proċeduri ta’ kif jinħadem ix-xogħol jiġu aġġustati u mtejba kontinwament skont l-esiġenzi tax-xogħol, fl-aħjar interess tal-produttivita’ u l-effiċjenza, tat-titjib tas-servizz lill-klijenti u tal-bżonnijiet tal-ħaddiema. Dan isir b’konsultazzjoni sħiħa mal-unions konċernati u l-impjegati. L-istess jgħodd għall-Kumpanija Enemalta plc.