Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta’ Xbiex – proġetti ta’ tisbiħ/manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ tisbiħ u/jew manutenzjoni saru fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-18 ta’ Ottubru 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fil-lokalita’ ta’ Ta’ Xbiex bejn l- 1 ta Marzu 2014 u t- 18 ta’ Ottubru 2015 huma: Bankina ħdejn il- Youth Club; Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq funtana f’Ta’ Xbiex Waterfront. Barra minn hekk Tranpsort Malta wettqet dawn ix-xogħlijiet fil-lokalita’ msemmija: - Kostruzzjoni u surfacing ta’ p/o minn Triq Antonio Nani, Ta’ Xbiex

Il-Għargħur – proġetti ta’ tisbiħ/manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ tisbiħ u/jew manutenzjoni saru fil-lokalità tal-Għargħur bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-18 ta’ Ottubru 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fil-lokalita’ tal-Għargħur matul il-perjodu msemmi jinkludu xogħlijiet ta’ ristrutturazzjoni fuq ħajt mġarraf taħt Triq il-Ġnien kif ukoll skavar ta’ wieħed u tletin ħofra bi preparazzjoni għall-installazzjoni ta’ l-arbli tal-festa fi Triq Għaxqet l-Għajn.

CHOGM – Traffic Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ traffic plan għandu lest għall-attivitajiet li se jkun hawn matul iċ-CHOGM? Jista’ jikkonferma li, in vista tal-inkonvenjent li diġà qed jinħoloq minħabba n-numru ta’ toroq li hemm maqlugħin ġewwa San Ġwann u li issa ilhom maqlugħin għal numru ta’ xhur, ir-residenti ta’ San Ġwann mhux se jkunu affettwati minn xi diversions jew pjanijiet oħra għat-traffiku li se jsiru minħabba ċ-CHOGM?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Transport Malta mhix l-entita’ responsabbli mill-organizazzjoni u l-loġistika tac-CHOGM.

San Ġwann – Triq in-Naxxar, Triq San Mikiel u Triq San Pawl — xogħlijiet

Question

Jaħseb il-Ministru li hu prudenti li r-residenti ta’ Triq in-Naxxar, Triq San Mikiel u Triq San Pawl f’San Ġwann jirċievu notifikazzjoni jumejn biss qabel jibda x-xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek fit-toroq imsemmija, liema ittra li rċevew tgħid “Due to these works, you will not have access to your premises”? Jista’ jgħid x’miżuri se jittieħdu biex jittaffa dan l-inkonvenjent?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittri li qed tirreferi għalihom ma ntbagħtux minn Transport Malta u lanqas ma ntbagħtu minn terzi fuq struzzjonijiet tal-istess Awtorita’. It-toroq imsemmija ma ġewx magħluqa kompletament għat-traffiku u x-xogħlijiet issa tlestew.

San Ġwann – tenders għal xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-lokalità ta’ San Ġwann (inkluż il-Kappara) li diġà ħarġu t-tenders biex isir xi xogħol fuqhom, iżda x-xogħol għadu ma bediex? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jsir fuqhom? F’kull każ, jekk ix-xogħol fuq dawn it-toroq għadu ma nbediex, meta hu mistenni li jinbeda, u meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol kollu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha ppjanat dawn ix-xogħlijiet ġewwa San Ġwann / Kappara: Lokalita' Triq Tip ta' Xogħol Bidu Tmiem San Gwann Road Works in connection with KJP Diversion Routes in Triq G. Briffa and Triq il-Plejju, San Ġwann Resurfacing Q1 2016 Q1 2016 San Gwann Road Works in connection with KJP Diversion Routes in Triq l-Istefanotis, San Ġwann Resurfacing Q1 2016 Q1 2016 San Gwann Road Works in connection with KJP Diversion Routes in Triq R. Caruana Dingli, San Ġwann Resurfacing Q4 2015 Q1 2016 San Gwann Road Works in connection with KJP Diversion Routes in Triq Birkirkara, San Ġwann Resurfacing Q1 2016 Q1 2016

L-Imsida – tenders għal xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-lokalità tal-Imsida (inkluż is-Swatar) li diġà ħarġu t-tenders biex isir xi xogħol fuqhom, iżda x-xogħol għadu ma bediex? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jsir fuqhom? F’kull każ, jekk ix-xogħol fuq dawn it-toroq għadu ma nbediex, meta hu mistenni li jinbeda, u meta hu mistenni li jitlesta kollu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha ppjanat xogħol ta’ kostruzzjoni u formazzjoni ta’ parti Triq il-Ħarrub ġewwa l-Imsida. Dan ix-xogħol mistenni jibda u jitlesta fit-tieni kwart tas-sena d-dieħla.

Ta’ Xbiex – tenders għal xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex li diġà ħarġu t-tenders biex isir xi xogħol fuqhom, iżda x-xogħol għadu ma bediex? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jsir fuqhom? F’kull każ, jekk ix-xogħol fuq dawn it-toroq għadu ma nbediex, meta hu mistenni li jinbeda, u meta hu mistenni li jitlesta kollu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha ppjanat xogħol ta’ kostruzzjoni u asfaltar ta’ Triq l-Imradd u parti minn Triq Nani ġewwa l-lokalita’ ta’ Ta’ Xbiex. It-tender għal dawn ix-xogħlijiet ġie ppublikat u evalwat u se jkun appuntat offerent preferut. Skont il-programm li Transport Malta għandha bħalissa, jidher illi dawn ix-xogħlijiet se jinbdew u jitlestew bejn April u Ġunju tas-sena d-dieħla madanakollu d-dettalji u l-programm finali għadhom iridu jiġu stabbiliti mal-istess offerent preferut.

Is-Swieqi – tenders għal xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-lokalità tas-Swieqi (inkluż il-Madliena u l-Ibraġġ) li diġà ħarġu t-tenders biex isir xi xogħol fuqhom, iżda x-xogħol għadu ma bediex? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jsir fuqhom? F’kull każ, jekk ix-xogħol fuq dawn it-toroq għadu ma nbediex, meta hu mistenni li jinbeda, u meta hu mistenni li jitlesta kollu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha ppjanat xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ Triq il-Majjistral ġewwa s-Swieqi, liema xogħol mistenni jibda fl-ewwel kwart tas-sena 2016, u jitlesta fit-tieni kwart tal-istess sena.

Il-Għargħur – tenders għal xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-lokalità tal-Għargħur li diġà ħarġu t-tenders biex isir xi xogħol fuqhom, iżda x-xogħol għadu ma bediex? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jsir fuqhom? F’kull każ, jekk ix-xogħol fuq dawn it-toroq għadu ma nbediex, meta hu mistenni li jinbeda, u meta hu mistenni li jitlesta kollu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta m’għandha l-ebda tenders maħruġa għal xogħlijiet f’din il-lokalita’.

San Ġwann – proġetti ta’ tisbiħ/manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ tisbiħ u/jew manutenzjoni saru fil-lokalità ta’ San Ġwann (inkluż il-Kappara) bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-18 ta’ Ottubru 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fil-lokalita’ ta San Ġwann (inkluż il- Kappara) bejn l- 1 ta Marzu 2014 u t- 18 ta’ Ottubru 2015 huma: San Ġwann Boċċi Club il-ġdid; San Ġwann Boċċi Club l- antik; San Ġwann Playing- field Ta’ Ġiorni; San Ġwann Triq Bellavista, xogħol ta’ manutenzjoni; San Ġwann Triq tal-Balal, xogħol ta’ manutenzjoni; Barra minn hekk Tranpsort Malta wettqet dawn ix-xogħlijiet fil-lokalita’ msemmija: - Ellul Mercer Bridge – Movement Joints - Vjal ir-Rihan – Bdil u nstallazzjoni ta’ sinjali tat-traffiku - Vjal ir-Rihan / Naxxar Road – Refreshing ta’ line markings

Servizz tat-trasport pubbliku — servizz ta' manutenzjoni ta' bus stops

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19534, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw is-servizzi ta’ manutenzjoni ta’ bus stops? Jekk ingħataw lil iktar minn kumpanija jew persuna waħda, jista’ jelenka kemm ġie jiswa tali servizz għal kull kumpanija/persuna separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19543.

Servizz tat-trasport pubbliku — servizz ta' marketing u reklamar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19534, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw is-servizzi ta’ marketing u reklamar? Jekk ingħataw lil iktar minn kumpanija jew persuna waħda, jista’ jelenka kemm ġie jiswa tali servizz għal kull kumpanija/persuna separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ispejjeż relatati ma’ marketing u reklamar ingħataw lil dawn il-kumpaniji: Brnd Wgn € 1,439.60 Google / Facebook € 996.00 Medialink Communications € 3,540.00 Allied Newspapers € 7,160.24 Media Today € 7,366.50 Sound Vision Print € 1,117.70 Union Print € 1,447.82 Standard Publications € 498.98 Big Exhibits € 165.20 Maltapost € 1,014.27 Ikona € 1,652.00

Servizz tat-trasport pubbliku — servizz ta' infrastruttura fil-vened/interchanges

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19534, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw is-servizzi ta’ infrastruttura fil-vened/interchanges? Jekk ingħataw lil iktar minn kumpanija jew persuna waħda, jista’ jelenka kemm ġie jiswa tali servizz għal kull kumpanija/persuna separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż relatati ma’ infrastruttura fil-vened/interchanges indikati f’mistoqsija parlamentari 19534 ngħataw lil dawn il-kumpaniji: Footpaths fit-terminus tar-Rabat Għawdex - € 25,000 – Gatt Tarmac Ltd Tneħħija tal-estensjoni ta’ footpath - € 750 - Central Asphalt

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni f’position of trust

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16183, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lista mogħtija bħala risposta għal mistoqsija parlamentari 16183, inbidlitx mid-data illi fiha ta r-risposta sal-ġurnata illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari (u ċjoè sal-15 ta' Ottubru 2015)? Jekk inbidlet, jista’ jagħti lista aġġornata sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari (15 ta' Ottubru 2015) u jista’ jgħid kemm qegħdin jitħallsu inkluż ukoll kwalunkwà perkaċċi li jista’ għandhom?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17744.

Birkirkara — Triq Santa Rita għal Sqaq il-Wied - problema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jikkaġuna l-problema ta’ drenaġġ ilu ħiereġ għal dawn l-aħħar ġimgħatejn mid-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari, liema drenaġġ ħiereġ minn Triq Santa Rita Birkirkara, għal Sqaq il-Wied Numru 1, Triq il-Qasab u Valley Road Msida? Jista’ jgħid il-għala ma ttieħditx azzjoni mill-ewwel? Jista' jara li tittieħed azzjoni mingħajr iżjed dewmien u jagħti data definittiva sa meta se tiġi solvuta l-problema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li huma ġew notifikati formalment bl-inkonvenjent dik il-ġimgħa stess li saret il-mistoqsija parlamentari. Minnufih bdew l-investigazzjonijiet fejn irriżulta li l-problema kienet ġejja minn kanal tal-ilma tax-xita imqabbad mas-sistema tad-drenaġġ fl-akwati ta’ Main Street. Il-każ issa huwa solvut.

Is-Swieqi — playground, bandli u roundabout ta' Victoria Gardens - dwal

Question

Jista’ l-Ministru jara li d-dawl li hemm man-naħa tal-playground, tal-bandli u mar-roundabout ta’ Victoria Gardens, fis-Swieqi jibda jinxtegħel mingħajr iktar dewmien, u dan peress li ilhom ‘il fuq minn ġimgħa mid-data ta’ li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari ma jinxtegħlu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tiswijiet meħtieġa saru.

Transport Malta – ingaġġ ta’ persuni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19521, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (jiġifieri persuni li ma kinux jaħdmu fl-entitajiet jew dipartimenti li qed jaħdmu fihom illum) ġiet impjegata ma’ Transport Malta mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Lulju 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu direttament ma’ Transport Malta, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 19834.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – ingaġġ ta’ persuni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19522, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (jiġifieri persuni li ma kinux jaħdmu fl-entitajiet jew dipartimenti li qed jaħdmu fihom illum) ġiet impjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Lulju 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19834.

Is-Swieqi — Għassa - karozza tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala l-karozza tal-pulizija li kien hemm assenjata mal-għassa tas-Swieqi sa ftit tax-xhur ilu, ittieħdet biex isservi lokalitajiet oħrajn u allura l-għassa tas-Swieqi qed ikollhom jisselfu l-karozza, ġeneralment mill-għassa ta' San Ġiljan, u dan b'diffikultà peress li l-għassa ta' San Ġiljan għandha biss żewġ karozzi (dik uffiċjali u oħra temporanja) u ġieli qed ikun hemm ċirkostanzi fejn iż-żewġ karozzi jkunu qed jintużaw ġewwa San Ġiljan u allura l-lokalità tas-Swieqi tispiċċa mhix moqdija? Jista' jara li l-għassa tas-Swieqi tingħata karozza mingħajr iktar dewmien? Jista' jgħid meta l-għassa tas-Swieqi se tingħatalhom karozza u ma jkollhomx bżonn joqogħdu jisselfu minn distrett ieħor?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.

San Ġwann — Għassa - karozza tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-għassa tal-pulizija ta’ San Ġwann m’għandhiex karozza tal-pulizija assenjata lilha, tant illi l-għassa ta’ San Ġwann qed ikollha tissellef karozza assenjata lil għassa oħra u b’riżultat ta’ dan ġieli qed ikun hemm ċirkostanzi fejn l-għassa ta’ San Ġwann ma tkunx tista’ taqdi d-doveri tagħha lejn il-lokalità? Jista’ jara li l-għassa ta’ San Ġwann tingħata karozza mingħajr iktar dewmien? Jista’ l-Ministru jgħid meta l-għassa ta’ San Ġwann se tingħatalhom karozza u ma jkollhomx bżonn joqogħdu jisselfu minn distrett ieħor?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.