Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-reklami dwar il-Budget 2016, kemm dawk fuq it-television, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll fuq google adverts sew jekk diġà dehru u kemm jekk għad iridu jidhru?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-reklami dwar il-Budget 2016, kemm dawk fuq it-television, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll fuq google adverts sew jekk diġà dehru u kemm jekk għad iridu jidhru?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti bumper to bumper matul is-sena 2013, 2014 u 2015, sena b’sena separatament? Fir-rigward għas-sena 2015, jista’ jagħti l-informazzjoni sat-23 ta’ Ottubru 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li nċidenti msejjħa bumper to bumper, ma jiġux reġistrati mal-Pulizija. L-informazzjoni tkun għand l-aġenziji ta assigurazzjoni, peress li mis-sena 1998 dawn jiġu rrapurtati mil-individwi kkonċernati fl-inċidenti, permess ta’ formola apposta.
B’referenza għall-artiklu li deher fuq Newsbook u ċjoe li“F’Singapor jibdew ix-xogħlijiet tat-tanker tal-LNG għal Delimara” (http://www.newsbook.com.mt/artikli/2015/10/23/f-singapor-jibdew-ix-xoghlijiet-tat-tanker-tal-lng-ghal-delimara.37489/), jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan huwiex minnu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi bħalissa qed issir konversjoni u x-xogħlijiet meħtieġa tal-LNG Floating Storage Unit.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – ħlas ta’ overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas f’overtime mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-awtoritajiet, l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1 ta’ Jannar 2015 sat-23 ta’ Ottubru 2015?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fil-perjodu msemmi n-nefqa globali fuq sahra mill-Ministeru, d-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, mill-Wasteserv kif ukoll mill-kuntrattur kienet ta’ €1,373,000.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsibijiet hemm għal traffic management meta jibda x-xogħol fuq il-Kappara Junction, u speċifikament jgħid kif se tintlaqat il-lokalità ta’ San Ġwann u dik tas-Swieqi? Jista’ jgħid xi rwol se jkollha it-triq li hemm għaddejja fil-wied li tgħaddi lil San Ġwann għas-Swieqi u Triq il-Pellikan u jista’ jgħid jekk Triq il-Pellikan hiex se titwessa’?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan hu li tul ix-xogħlijiet se jitħalla aċċess minn u lejn il-junction tal-Kappara mit-toroq arterjali. Uħud mit-toroq fil-lokalitajiet ta’ San Ġwann u Swieqi se jkunu qed iservu bħala rotot alternattivi. Rigward it-triq li tgħaqqad lill-lokalita’ ta’ San Ġwann ma’ dik tas-Swieqi, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20082.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19555 fejn tlabt lill-Ministru:
(a) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-qari tal-
monitoring systems
tal-arja taċ-ċmieni tal-impjant tal-BWSC għal dawn l-aħħar tliet snin;
(b) jgħid jekk tul dawn l-aħħar tliet snin u partikolarment tul din l-aħħar sena dawn il-
monitoring
systems
humiex qed jaħdmu regolarment; u
(c) jgħid jekk tul dawn is-snin kienx reġistrat xi forma ta’ tibdil fil-kwalità tal-arja tal-madwar;
jista’ l-Ministru jpoġġi l-informazzjoni mitluba (u mhux link tas-sit elettroniku) fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-qari tal-monitoring systems tal-arja taċ-ċmieni huwa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-website ta’ Enemalta plc, fl-indirizz elettroniku http://www.enemalta.com.mt/emissions/. L-informazzjoni tinġabar il-ħin kollu, għal kull ċumnija, għal għadd ta’ tipi ta’ emissjonijiet differenti.
Nitolbu lill-Onorevoli Interpellant biex ġentilment tikkonferma jekk it-tagħrif stampat għall-perjodu msemmi li tixtieq li jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hux meħtieġ li jkun imqassam ta’ kull ġurnata, ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19553, fejn tlabt lill-Ministru jgħid kemm-il siegħa overtime inħadmet mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015 mill-ħaddiema li qed jagħtu servizz lill-Enemalta kemm jammonta f’euro dan l-overtime, kemm minnu tħallas u meta hemm il-ħsieb li jitħallas l-ammont li għadu ma tħallasx, għal liema mistoqsija l-Ministru wieġeb li ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba għax hija ta’ valur kummerċjali, jista’, ta’ lanqas, il-Ministru:
(a) jgħid kemm hu t-total ta’ impjegati li għadhom iridu jitħallsu l-
overtime
;
(b) minflok jagħti l-ammont ta’ kemm tħallas s’issa, jagħti ċ-ċifra f’forma ta’ persentaġġ billi jieħu in konsiderazzjoni l-ammont ta’
overtime
dovut versu l-ammont li tħallas;
(c) jagħti lista ta’ kemm-il darba nqata’ d-dawl, lokalità b’lokalità matul ix-xahar ta’ Ġunju 2015, Lulju 2015, Settembru 2015 u Ottubru 2015 separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi ġejt infurmat lit-talbiet kollha għal ħlas ta’ overtime ivverifikati li waslu fl-uffiċċji tar-ri¿orsi umani tal-Kumpanija sal-aħħar ħarġa tas-salarji tal-ħaddiema ta’ Enemalta plc, li kienet nhar it-23 ta’ Ottubru 2015, tħallsu.
Talbiet li daħlu wara li nħareġ dan is-salarju jitħallsu mal-paga li jmiss, ftit tal-ġimgħat oħra.
Jekk l-Onorevoli Membru tal-Kamra tad-Deputati taf b’xi każ ta’ overtime mhux imħallas, nistednuha tinfurmana biex isir l-istħarriġ meħtieġ u nieħdu l-passi meħtieġa fl-aħjar interess tal-impjegati tal-Kumpanija.
Rigward l-aħħar mistoqsija, ninforma lill-Onor. Intepellant illi meta tikkumpara l-qtugħ li sar fix-xhur imsemmija tas-sena 2012 mal-qtugħ li sar fix-xhur imsemmija tas-sena 2015 issib illi:
Sena
Qtugħ
Lokalitajiet
2012
447
167
2015
369
157
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – lista ta’ direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu, mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-22 ta’ Ottubru 2015? Jista’ jgħid lil min ingħataw id-direct orders u kemm kien il-valur tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Transport Malta – kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt tat-trasport pubbliku
Question
In vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19537, fejn intqal li n-nuqqasijiet li jiġu osservati dwar it-trasport pubbliku, kif ukoll l-andament tar-rotot jinġabru f’rapporti u maħruġa kull ġimgħa jew kull xahar, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn ir-rapporti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba hija għall-konsum intern ma narax li jkun opportun li tkun ippublikata.
Jista’ l-Ministru jgħid, lokalità b’lokalità kemm-il-parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilità, tneħħa minn kull lokalità, lokalità b’lokalità bejn Marzu 2013 sat-22 ta’ Ottubru 2015?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ parkeġġi riservati għall-persuni b’diżabilità li tneħħew bejn il-perjodu msemmi huwa hekk kif ġej:
Balzan – 5
Birgu – 2
Birkirkara – 2
Birżebbuġa – 3
Bormla – 4
Fgura – 10
Fontana – 1
Furjana – 1
Għajnsielem – 1
Għargħur - 2
Gudja - 2
Gżira – 9
Ħamrun – 47
Isla - 2
Kalkara – 6
Lija – 1
Luqa – 2
Marsa – 3
Marsaskala – 1
Marsaxlokk – 1
Mellieħa – 1
Mġarr (Malta) - 1
Mosta – 6
Msida – 13
Mtarfa – 2
Mqabba – 1
Munxar – 1
Naxxar – 6
Raħal Ġdid – 17
Pembroke – 2
Pieta’ – 4
Qormi – 5
Qrendi – 3
Rabat (Għawdex) - 1
Rabat (Malta) – 11
San Ġiljan – 4
San Ġwann – 4
San Pawl il-Baħar -31
Sannat – 1
Santa Venera - 1
Sliema – 27
Swieqi – 3
Ta’ Xbiex – 2
Tarxien - 1
Valletta – 4
Xgħajra – 3
Żabbar – 4
Żebbuġ (Malta) – 3
Żejtun – 4
Żurrieq – 6
Dawn il-parkeġġi riżervati jitneħħew għal diversi raġunijiet fosthom li l-persuna b'diżabilità jiġi nieqes, jmur jgħix ġo home, ibiegħ il-vettura, jirriżulta każ ta' abbuż, jew il-mobilita’ tal-persuna taqleb għall-aħjar.
Jista’ l-Ministru jgħid ix-xogħol li se jibda fis-26 ta’ Ottubru 2015 fuq Triq R Caruana Dingli, f’San Ġwann, meta hu maħsub li se jitlesta konklussivament u ċjoè inkluż ir-resurfacing ta’ din l-istess triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li abbażi tal-programm preżenti, x-xogħlijiet fuq din it-triq għandhom jistlestew sal-aħħar tas-sena.
San Ġwann – Triq in-Naxxar, Triq San Mikiel u Triq San Pawl — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti data definittiva meta se jitlesta x-xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek hekk skedati li se jibdew fi Triq in-Naxxar, Triq San Mikiel u Triq San Pawl f’San Ġwann, nhar it-23 ta’ Ottubru 2015?
Transport Malta – San Ġwann – Triq Birkirkara – reinstatement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta ħarġet struzzjonijiet biex Triq Birkirkara f’San Ġwann ma tiġix reinstated u titħalla fl-istat diżastruż li qiegħda fih illum? Jista’ jara li din it-triq minnufih tiġi reinstated u jassigura li r-residenti ma jgħaddux minn iktar hardships?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mhu veru xejn li Transport Malta tat xi struzzjoni biex Triq Birkirkara, ġewwa San Ġwann, ma tiġix reinstated. Fil-fatt, fir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19687 tal-istess Onor. Interpellanta ġiet mogħtija spjegazzjoni fid-detall dwar ix-xogħlijiet ippjanati għal din it-triq.
Jista’ l-Ministru jara li l-ħsarat u t-tkissir li hemm ġewwa Ġnien Ġorġ Preca f’San Ġwann jiġu msewwija mingħajr iktar dewmien?
Response (MIZZI, JOE)
Ir-responsabilta’ tal-manutenzjoni ta’ dan il-ġnien hi tal-Kunsill Lokali u għalhekk l-Onor. Interpellant hi mitluba tagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
San Ġwann – Triq tas-Sliema – xogħlijiet ta’ reinstatement
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se jibdew u meta se jitlestew ix-xogħlijiet ta’ reinstatement li hemm bżonn li jsiru fuq Triq tas-Sliema f’San Ġwann? Jista' jassigura li dawn ix-xogħlijiet isiru fl-iqsar żmien possibli, u dan peress li r-residenti ilhom żmien konsiderevoli għaddejjin minn hardships minħabba l-istat tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq tas-Sliema f’San Ġwann m’għandha bżonn tal-ebda reinstatement. Din it-triq kienet ngħatat wiċċ ġdid fl-2013 u għadha f’kundizzjoni tajba. Bħalma diġa ġie spjegat fi tweġiba mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari fuq dan il-proġett, se jkunu qed isiru xogħlijiet fil-viċinanżi ta’ Triq tas-Sliema, speċifikament fuq Triq B’Kara. Ix-xogħlijiet l-oħra li għaddejjin bħalissa fl-inħawi, u cioe’ Triq San Ġwann tal-Għargħar u Triq B’Kara il-parti li twassal għal Mater Dei huma tal-Korporazzjoni tal-Ilma u se jsir reinstatement mill-istess Korporazzjoni.
San Ġwann – Triq San Ġiljan – xogħlijiet ta’ reinstatement
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se jibdew u meta se jitlestew ix-xogħlijiet ta’ reinstatement li hemm bżonn li jsiru fuq Triq San Ġiljan f’San Ġwann? Jista' jassigura li dawn ix-xogħlijiet isiru fl-iqsar żmien possibli, u dan peress li r-residenti ilhom żmien konsiderevoli għaddejjin minn hardships minħabba l-istat tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistqosija Parlamentari 19687 tal-istess Onor. Interpellant fejn ġie spejgat li dawn ix-xogħlijiet huma tal-Koporazzjoni tal-Ilma, inkluż ir-reinstatement. Għaldaqstant, nitlobha tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
San Ġwann – Triq Bellavista – xogħlijiet ta’ reinstatement
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se jibdew u meta se jitlestew ix-xogħlijiet ta’ reinstatement li hemm bżonn li jsiru fuq Triq Bellavista f’San Ġwann? Jista' jassigura li dawn ix-xogħlijiet isiru fl-iqsar żmien possibli, u dan peress li r-residenti ilhom żmien konsiderevoli għaddejjin minn hardships minħabba l-istat tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19687 tal-istess Onor. Interpellant fejn ġie spejgat li Transport Malta m’għandha l-ebda xogħlijiet għaddejjin tul Triq Bellavista.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ tisbiħ u/jew manutenzjoni saru fil-lokalità tal-Imsida (inkluż is-Swatar) bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-18 ta’ Ottubru 2015?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x- xogħolijiet li saru fil-lokalita’ tal-Imsida mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t- 18 ta’ Ottubru 2015 huma:
Triq il-Wied- road maintenance;
Triq M.A. Vassalli - road maintenance;
Triq il- Harrub- road maintenance;
Tal- Qroqq, Aquatic Centre- kostruzjoni minuri;
Msida, Xatt ta’ l- Imsida- road maintenance u tiswija ta’ promenade bollards.
Barra minn hekk, apparti numru ta' xogħlijiet żgħar, Tranpsort Malta wettqet dawn ix-xogħlijiet fil-lokalita’ msemmija:
- Msida / Pieta’ Bus Priority Lane
- Refreshing ta’ line markings Triq M.A. Vassalli Msida
- Refreshing ta’ line markings fil-junction li twassal għall-isptar Mater Dei min- naħa tal-Emerġenza
- Bdil u nstallazzjoni ta’ sinjali tat-traffiku, Triq Reġjonali Msida
- Major patching Triq M.A. Vassalli Msida
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ tisbiħ u/jew manutenzjoni saru fil-lokalità tas-Swieqi (inkluż il-Madliena u l-Ibraġġ) bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-18 ta’ Ottubru 2015?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x xogħolijiet ta’ manutenzjoni mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet matul il-perijodu msemmi jinkludu numru ta’ xogħolijiet fuq il-bini tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi kif ukoll ristrutturazzjoni ta’ ħajt fi Triq Sant Andrija, Swieqi.
Barra minn hekk Tranpsort Malta wettqet dawn ix-xogħlijiet fil-lokalita’ msemmija:
- Kostruzzjoni u surfacing ta’ p/o minn Triq il-Ħabba / Triq l-Iskud, Swieqi
- Kostruzzjoni u surfacing ta’ Triq l-Istasija u Triq Menville, Swieqi
- Kostruzzjoni u surfacing ta’ Triq it-Talja, Swieqi
- Modifikazzjoni t’alinjament ta’ footpath u nstallazzjoni ta’ crash barriers fi Triq Sant' Andrija k/m Triq Villa Rosa, Swieqi
- Kostruzzjoni u surfacing ta’ p/o minn Triq il-Qasam, Swieqi
- Kostruzzjoni u surfacing ta’ p/o minn Triq il-Ġiebja, Swieqi