B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18276, jista’ l-Ministru jgħid f’liema data saret l-applikazzjoni imsemmija f’din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll meta saret l-istallazzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi l-mistoqsija 18276 kienet dwar installazzjoni ta' meter tal-ilma u mhux tad-dawl kif indikat fil-mistoqsija tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsibijiet jew pjanijiet għandu dwar l-Għammieri, liema post kien ta’ għajnuna lill-bdiewa u r-raħħala fil-ħidma tagħhom, u illum huwa wkoll bżonnjuż biex jiġu aġġornati bil-metodi l-ġodda fix-xogħol tagħhom, aktar u aktar meta llum Malta hi parti mill-Unjoni Ewropea? Jista’ jinforma fuq il-pjan ta’ azzjoni li għandu għall-Għammieri?
Response (BRINCAT, LEO)
Fil-waqt li nfakkar lill-Onor. Interepellant fit-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20139, skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat illi fl-aħħar għaxar snin tal-Gvern preċedenti, speċjalment wara d-dħul ta’ Malta fl-UE f’Mejju 2004, ir-rwol prinċipali tal-Għammieri tbiddel sostanzjalment. Dan għaliex fil-passat l-irwol prinċipali kien wieħed ta’ riċerka kemm fis-settur tal-ortikultura b’esperimenti u trials fuq varjetajiet ġodda ta’ siġar u pjanti mkabbra taħt kundizzjonijiet differenti, kif ukoll esperimenti u riċerka fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem. Dan l-irwol kien imsaħħah ukoll b’servizzi tajbin mis-sezzjoni tal-Extension Service, li kienet tagħti pariri lill-bdiewa u lir-raħħala fuq diversi aspetti tal-agrikoltura. Wara d-dħul ta’ Malta fl-UE, dawn iż-żewġ attivitajiet ma baqgħux jingħataw priorità bħal qabel, minħabba l-ħtieġa li jitwaqqfu strutturi u proċessi regolatorji abbinati ma’ regolamenti u direttivi tal-UE, sabiex ikun żgurat illi l-bdiewa u r-raħħala tagħna jkunu compliant mar-regolamenti tal-UE u b'hekk ikunu jistgħu jirċievu l-massimu tal-fondi Ewropej disponibbli għalihom. Struttura oħra li kienet meħtieġa kienet l-Aġenzija tal-Pagamenti li permezz tagħha l-bdiewa u r-raħħala setgħu jirċievu pagamenti għall-għajnuniet diretti tal-bdiewa u r-raħħala kif ukoll għal-diversi miżuri mwettqa taħt il-Pjanijiet tal-Iżvilupp Rurali.
B’riżultat ta’ dawn it-tibdiliet, f’dawn l-aħħar snin, fl-Għammieri l-attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ ma baqgħux mifruxa daqs kemm wieħed jixtieq, tant li l-
Extension Service
kien ġie żmantellat għal kollox. Fil-fatt fl-aħħar snin ta’ Gvern preċedenti ma sar l-ebda investiment fl-oqsma ta’ riċerka u taħriġ u lanqas tisħih ta’
capacity building
għal dan il-għan.
Irrid ngħid li din l-amministrazzjoni tirrikonoxxi l-importanza tal-Għammieri bħala post li joffri opportunità ta’ riċerka u taħriġ fil-qasam tal-biedja. Tant illi twaqqaf Direttorat tad-Diversifikazzjoni u Kompettività ġdid li qiegħed jassisti lil dawk il-bdiewa u raħħala li jirrikorru għall-pariri tekniċi rigward il-qasam rispettiv tagħhom.
Infurmat ukoll li biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ din l-Amministrazzjoni, hemm il-ħtieġa u l-ħsieb li dan id-Direttorat jissaħħah sabiex ikun f’pożizzjoni li s-servizz ta’ riċerka u taħriġ jiġi estiż biex jintlaħqu numru akbar ta’ bdiewa / raħħala.
Hemm il-ħsieb ukoll sabiex id-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali jkompli u jsaħħaħ is-servizz ta’ pariri tekniċi dwar iż-żamma tajba tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tal-oqsma (GAEC) kif ukoll tar-rekwiżiti tal-‘kundizzjonalità’ (
cross-compliance
) u azzjonijiet marbuta mat-tibdil fil-klima, li huma kollha essenzjali biex tgħin lill-bdiewa jkunu konformi bi sħiħ għall-fini tal-għajnuniet mill-fondi tal-politika agrikola komuni. Dan ser jitwettaq taħt ir-regoli u bl-għajnuniet ġodda tal-PAK 2014-2020.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsibijiet għandu dwar l-annimali ta’ razza Maltija u li llum huma tant rari u mhedda li issa jinsabu fl-Għammieri, u huma taħt ir-responsabilità tal-Gvern? ? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħew l-annimali kollha li hemm l-Għammieri? Jekk iva, għaliex?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema annimali ta’ razza Maltija u li huma tant rari u mhedda, qiegħda tirreferi.
Marsa Thermal Treatment – monitoring system — offline
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-online monitoring system tal-Marsa Thermal Treatement ilha offline għal tal-anqas mit-3 ta’ Novembru 2015?
Response (BRINCAT, LEO)
Skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Emissions Monitoring Equipment tal-Marsa Thermal Treatement jibqa’ jiffunzjona l-ħin kollu b’mod awtomatiku ħlief meta tkun ser issir xi manutenzjoni fuqu direttament. Dan ifisser li d-data tibqa’ tinġabar fuq is-server u għaldaqstant din l-informazzjoni ma tintilifx anke jekk ma tkunx qed tidher fuq il-website. Jirriżulta li operatur fuq is-sistema tat-Thermal Treatment Facility, bi żball intervjena fuq l-encoding tas-sistema b’mod li waqqaf l-estrazzjoni tar-rapporti li jidhru fuq il-website tal-Wasteserv. Dan irriżulta f’nuqqas ta’ online readings bejn l-4 u l-14 ta’ Novembru 2015. Bejn il-15 u l-20 ta’ Novembru 2015 kien hemm readings filwaqt li bejn il-21 u l-25 ta’ Novembru 2015 kien hemm nuqqas ta’ readings minħabba xogħol ta’ manutenzjoni li kellha ssir fit-Thermal Treatment Facility minħabba li kien hemm ħsarat fl-economiser. Sadattant jien infurmat li diġa ttieħdu passi biex l-emission logs fil-ġranet li kienu neqsin issa ġew regolarizzati u qed jidhru online.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kienet jew kienu l-persuna/i illi għan-nom tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ltaqgħet mar-rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul l-2015?
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-vjaġġi tar-rotta 106 skedati għall-4 ta’ Novembru 2015, minn Ħ’Attard għal Mater Dei bejn id-8.50am u l-10.10am ma sarux, bir-riżultat li kien hemm numru ta’ nies li tilfu l-appuntament illi kellhom f’Mater Dei?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni pprovduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, l-vjaġġi li kien hemm skedati bejn it-8.50am u l-10.10am fid-data imsemmija fil-fatt saru.
Jista’ l-Ministru jgħid, skont is-sistema ta’ Transport Malta, kemm-il vettura hawn f’Malta illi m'għandhiex il-liċenzja mħallsa? Jista' jagħti break down ta' kemm-il vettura għandha l-liċenzja b’lura iktar minn 10 snin, kemm-il vettura għandha l-liċenzja b’lura b’iktar minn 5 sa 10 snin u kemm-il vettura għandha l-liċenzja b’lura b’iktar minn 1 sa 5 snin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din sena kien hemm 26,370 vettura bil-liċenzja mhux mħallsa. Dan ma jfissirx li dawn il-vetturi qiegħdin jiċċirkulaw fit-toroq. Flimkien mal-pulizija, jsir l-aħjar sforz biex tinqata’ l-irregolarita’.
Ninformaha wkoll illi l-ammont totali tal-vetturi bil-licenzji b’lura b’iktar minn 10 snin huwa 7,995, bejn 5 sa 10 snin 5,356 u bejn 1 sa 5 snin 8,924.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid:
1. kemm hawn
water bowsers/water tankers
liċenzjati biex iġorru l-ilma?
2. kemm hi l-kapaċità totali ta' ilma li dawn jesgħu?
3. x'volum ta' ilma jinġarr f'24 siegħa minn dawk liċenzjati?
4. x'passi qed jieħu l-Ministru biex jassigura illi water bowsers/water tankers li m’għandhomx liċenzja, ma jġorrux ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li sal-20 ta' Novembru 2015 kien hawn 96 operatur liċenzjati li jġorru l-ilma. Il-kapaċita' totali ta' dawn it-tankers hija ta' madwar 2404 metri kubi. Ir-Regolatur qed jagħmel spezzjonijiet kull fejn ikun hemm rapport ta' ġarr ta' ilma minn vetturi mhux illiċenzjati biex iġorru l-ilma.
Birkirkara – Decelis Lane u Triq il-Kbira – hit and runs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti ta’ hit and run bejn Decelis Lane u Triq il-Kbira f’Birkirkara fl-2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ħlas f’reklamar mill-Ministeru tiegħi inkluż id-direttorati/dipartimenti u l-entitajiet illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ħlief għal entità waħda, bejn April u Novembru 2015 kien ta’ €264,029.22. Minn dan l-ammont, €63,396.53 tħallsu minn fondi Ewropej filwaqt li €200,632.69 minn fondi lokali. Hemm ukoll ammont allokat għal ħlas ta’ reklami ta’ €100,197.18 li minnhom €36,538.60 se jitħallsu minn fondi Ewropej u €63,658.58 minn fondi lokali.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għad jonqos tingħata informazzjoni minn entità waħda. Dan it-tagħrif ikun jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 6209 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 339, it-Tnejn 14 ta’ Diċembru 2015)
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Reklamar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar mill-Ministeru tagħha kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tagħha (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Tista’ tgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Tista’ tgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta' April 2015 s'issa tħallas l-ammont ta' €2,774.79 f'reklamar fil-gazzetti. Saru wkoll avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern, li għalihom il-Ministeru ħallas €970.70. Hemm b'€1,647.17 f'avviżi ibbukjati imma li għadhom ma tħallsux. Ma tħallas l-ebda ammont minn fondi ewropej jew xi fond ieħor.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Reklamar
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq reklamar fil-perjodu konċernat hija kif indikat fit-tabella mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. In-nefqa indikata tinkludi wkoll l-ammonti li għad jridu jitħallsu. Tajjeb nenfasizza li madwar sebgħin fil-mija tan-nefqa se tkun ffinanzjata minn Fondi Ewropej.
Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għallfinijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li n-nefqa f’reklamar mill-Ministeru tiegħi kif ukoll kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra mill-1 ta’ April sa 17 ta’ Novembru 2015 kienet ta’ €352,969.92. Minn dan l-ammont €139,303.12 tħallas minn fondi Ewropej, €118,500.16 minn fondi lokali. Imbagħad jibqa’ €65,925.69 li għad jrid jitħallas min fondi lokali u €29,240.95 minn fondi Ewropej.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.