Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – reklamar fuq media
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq reklamar fil-perjodu konċernat hija kif indikata fit-tabella mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. In-nefqa indikata tinkludi wkoll l-ammonti li għad jridu jitħallsu. Tajjeb nenfasizza li madwar tmenin fil-mija tan-nefqa se tkun ffinanzjata minn Fondi Ewropej.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrasturttura – reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 21333
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ reklamar li sar mill-Ministeru tal-Enerġija u Saħħa, dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-1 ta’ April 2013 huwa ta’ €1,279,967. Ftit inqas minn kwart minnhom huma mħallsa minn fondi ewropej.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni miġbura qed tiġi vverifikata mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u t-tweġiba tingħata fl-iqsar żmien possibli.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qedgħa titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min wieħed jinnota li l-informazzjoni provduta tinkludi ukoll żewġ entitajiet ġodda u dipartiment ġdid li fil-leġislatura ta’ qabel ma kinux jeżistu. Dawn kollha qed jaqdu rwol kruċjali.
Ta' min jinnota wkoll li l-informazzjoni tinkludi avvizi li huma meħtieġa li jiġu ppubblikati skont il-liġi jew regoli finanzjarji. Dawn l-avvizi huma kruċjali għat- trasparenza u good governance u naturalment jiswew il-flus biex jiġu ppubblikati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ construction waste ġiet ipproċessata mill-Wasteserv kemm mis-Civic Amenity sites kif ukoll direttament mill-industrija, bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ materjal riċiklabbli u kemm kien il-volum illi ġie esportat (mingħajr ma sar xi trattament lokali fuqu), bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 separatament? Jista’ l-Ministru jagħti tali informazzjoni separatament għal kull tip ta’ materjal?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba safejn din tikkonċerna l-Wasteserv. Għall-informazzjoni iktar mifruxa li tista’ tkun tinżamm mill-MEPA nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ materjal riċiklabbli ġie ttrattat lokalment u kemm kien il-volum, bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 separatament? Jista’ jagħti tali informazzjoni separatament għal kull tip ta’ materjal? Jista’ jgħid ukoll x’kien it-tip u l-volum illi eventwalment ġie esportat? Jista’ jagħti tali informazzjoni separatament għal kull tip ta’ materjal?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba safejn din tikkonċerna l-Wasteserv. Għall-informazzjoni iktar mifruxa li tista’ tkun tinżamm mill-MEPA nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jinżammu l-vetturi illi jiġu kkonfiskati jew maqbuda, kemm għax ikollhom pjanċi barranin u ma jkunux hawn Malta skont il-liġi, kif ukoll dawk li jiġu kkonfiskati fuq sentenza tal-Qorti? Jista’ jgħid x’inhi l-capacity ta’ dawn il-postijiet? Jista’ jgħid kemm hemm vetturi fil-postijiet fejn qed jinżammu?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li Transport Malta tikkonfiska vetturi bi pjanċi barranin li ma jkunux Malta skont il-liġi u dawn jinżammu fil-compound li jinstab ġo St. Andrews, Pembroke. Mhux responsabbilta’ tal-Awtorita’ li tikkonfiska vetturi maqbuda fuq sentenza tal-qorti. Il-compound ta’ St. Andrews jesa’sebgħin vettura bil-mutur. Bħalissa hemm sebgħin vetturi bil-mutur maqbudin f’dan il-compund.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jinżammu l-vetturi illi jiġu kkonfiskati jew maqbuda, kemm għax ikollhom pjanċi barranin u ma jkunux hawn Malta skont il-liġi, kif ukoll dawk li jiġu kkonfiskati fuq sentenza tal-Qorti? Jista’ jgħid x’inhi l-capacity ta’ dawn il-postijiet? Jista’ jgħid kemm hemm vetturi fil-postijiet fejn qed jinżammu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-vetturi illi jiġu kkonfiskati jew maqbuda mill-Pulizija, kemm għax ikollhom pjanċi barranin jew ma jkunux hawn Malta skont il-liġi jinzammu fil-kumpless fil-Garage tal-Pulizija li għandha kapaċita ta’ madwar disgħin vettura. Bħalissa f’dan il-kumpless hemm ħamsa u tmenin (85) vettura. Barra min dan hemm ukoll il-kumpless ta’ St. Andrew’s li għandu kapaċita ta’ madwar erba’ mitt (400) vettura. Parti min dan il-kumpless ukoll jintuza mill-Pulizija u bħalissa hemm tnax (12) il-vettura mizmuma hemm. Madankollu il-kumpless jintuza għall-vetturi li jiġu kkonfiskati mill-Qorti u fl-istess kumpless hemm madwar 364 vettura oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ ħġieġ plastik ġiet irriċiklata bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħġieġ kien u kemm kien hemm minn kull tip bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba sa fejn din tikkonċerna l-Wasteserv. Għall-informazzjoni aktar mifruxa li tista’ tkun tinżamm mill-MEPA, nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ fly ash iġġenerat il-Wasteserv bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013, bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 u bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Ottubru 2015 separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart ġiet irriċiklat mis-Civic Amenity sites tal-Wasteserv minn kull waste stream, bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13516.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ plastik ġiet irriċiklata mill-impjant ta’ Sant’ Antnin, bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014? Jista’ jgħid x’tip kien u kemm kien hemm minn kull tip ta’ plastik bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ metall ġie rriċiklat mill-impjant ta’ Sant’ Antnin, bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014? Jista’ jgħid x’tip kien u kemm kien hemm minn kull tip ta’ metall bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ karta ġiet irriċiklata mill-impjant ta’ Sant’ Antnin, bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014? Jista’ jgħid x’tip kienet u kemm kien hemm minn kull tip ta’ karta bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ tyres ġiet irriċiklata mill-impjant ta’ Sant’ Antnin, bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ninsab infurmat li fil-Wasteserv ma jiġux riċiklati tyres. Il-Wasteserv filfatt toħroġ tender biex dan ix-xogħol isir mill-privat. Li jiġri huwa li tyres mormija jintiżnu fil-Wasteserv iżda mbagħad jintbagħtu għand il-kuntrattur privat biex jitqattgħu b’mod li jkunu jistgħu jiġu esportati għar-riċiklaċċ. F’dan ir-rigward qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi kemm il-tunnellata ta’ tyres ġew esportati għal dan l-iskop.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni, li tinkludi wkoll riklami biex javżaw vakanzi (vacancies) ta’ staff u avvizi tal-Qorti, hija s-segwenti:
Dipartiment / Entitá
Imħallsa
Għad iridu jitħallsu
Valletta 2018
€8,642.77
0
Vacancy ghal account support officer, Focus Valletta, Culture of Ageing, Culture Mapping Debating Spaces and Places Conference, Tafal, Bewildered Project
Sovrintendenza Patrimonju Malti
212.64
Call for Archeological Surveys
Orkestra Nazzjonali
19751
2989
Concerts tal-Youth Orchestra, Intervista ma’ Principal Conductor u Artistic Director Brian Schembri, Fun Fair Concert, Produzzjoni ta’ kunċert dwar il-Maestro Agius
Zfin Malta
53.45
0
Produzzjoni ta’ Je Tiens La Reine u Call għal żeffiena
Dip. Gvern Lokali
€20,432.41[1]
€214.93[2]
€11,165.07 kienu avviżi ta’ Sejħiet/Kwotazzjoniet tad-diversi Kunsilli Lokali
Teatru Manoel
15521.1
4604.25
Reklamar ghal produzzjonijiet li jtellghu fit-Teatru
Strateġija u Support
€8,850.00[3]
Kampanja Informattiva dwar il-Ġustizzja
Dip. Kultura
1819.09
2912.23
Riklami marbutin mal-proġetti ta’ ERICE, Grand Salon for Costume, Fashion and Film u Creative Europe Desk
PBS
12718.4
952.46
Reklamar tal-European Song Contest Vienna, Junior European Song Contest Bulgarija u Call for Applications.
Kunsill Malti tal-Arti
35484.8
0
Għanafest, Karnival tas-Sajf, Cultural Export Programme, Arts Festival, Jazz Festival, Notte Bianca, The Malta Dance Company, Carnival Village, Schools Creativity Development, Sapport ghal NGOs Lokali, Creative Communities, Kultura TV, The Three Palaces, Premju Francis Ebejer, Pjazza Teatru Rjal.
Ċentru ta' Kreattivitá
764
3401.4
Riklamar ghal screenings u ta’ festivals organizzati mic-Centru
Heritage Malta
18830.2
8916.1
First and Last Hope, Shadows of the Great Siege, keeper of models vacancy advert, Great Siege exhibition, Great Siege exhibition blog, National Museum of Archaeology, Heritage Malta Multisite Pass ticket, Fort St. Elmo, St. Paul’s Catacombs, Fort St. Angelo-
Qrati (Malta)
49284.9
6451.4
Notifikamenti tal-Qorti
Qrati (Ghawdex)
846.06
230.76
Notifikamenti tal-Qorti
Uffiċċju tal-Avukat Generali
4087.65
1581.7
Vacancies, u notifikamenti tal-Qorti u Legal Publications
Dip. Servizzi Korporattivi
€47,406.84[4]
0
Riklam ghall-International Arbitration Centre u Riklami Vot 16
[1] €11,165.07 minn €20,432.41 se jiġu rikuperati mingħand il-Kunsilli Lokali
[2] €202.56 minn €214.93 se jiġu rikuperati mingħand il-KunsilliLokali
[3] Parti mill-progett tal-ESF
[4] Jinkludu reklami tal-Ministeru u tas-Segretarjat Parlamentari kif ukoll tal-kampanja Vot 16
Infurmat ukoll, parti minn dawn ir-reklami - EUR8,850.00 - saru permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.
Birkirkara – Decelis Lane u Triq il-Kbira – hit and runs
Question
In vista tad-diversi inċidenti ta’ hit and run li saru f’dawn l-aħħar xhur bejn Decelis Lane u Triq il-Kbira f’Birkirkara, jista’ l-Ministru jgħid jekk fi ħdan Transport Malta, humiex qegħdin jiġu studjati alternattivi oħra kif jista’ jittejjeb il-flow tat-traffiku sabiex tali inċidenti ma jibqgħux iseħħu?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li t-toroq li għalihom qed tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari huma toroq amministrati mill-Kunsill Lokali. Skont rekords ta’ Transport Malta jirriżulta li m’hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali sabiex tigi ndirizzata xi problema f’tali junction u lanqas ma ntbagħtet ebda notifika li hemm problema. L-Awtorita’ ser tikkopja lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara b’din il-Mistoqsija Parlamentari sabiex jibdew diskussjonijiet dwar x’qed iseħħ f’dan il-junction u x’jista jsir.
Buġibba, il-Qawra u l-Mellieħa – Enemalta — three phase
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn diversi persuni, primarjament mid-distrett ta’ Buġibba, Qawra u l-Mellieħa, qed isibuha diffikultà biex idaħħlu l-elettriku three phase? Jista’ jgħid għalfejn qed ikun hemm ċirkostanzi fejn l-Enemalta qed titlob lill-applikanti nfushom biex ikunu huma li jħaffru u jagħmlu t-trinek sabiex jgħaddu t-three phase u jagħmlu dan a spejjeż tagħhom, u dan meta t-tariffa ta’ €900 li qed titlob li titħallas l-Enemalta, suppost tinkludi wkoll l-ispiża biex l-Enemalta tagħmel it-trinek hi stess?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt mgħarraf mill-Enemalta plc li m’għandhiex informazzjoni li hemm xi klijenti li qed isibuha diffiċli biex idaħħlu s-servizz tal-elettriku three phase f’inħawi partikolari. Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Portelli tgħaddi tagħrif aktar speċifiku biex jiġi investigat u jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa fl-aħjar interess tal-klijenti.
Il-Kumpanija ma tużax prattiċi differenti f’inħawi differenti ta’ Malta u Għawdex meta tkun qed tipprovdi servizzi lill-klijenti tagħha. Kull servizz tal-elettriku ġdid li jingħata jinvolvi konnessjoni tas-sistema interna tal-klijent mal-grid tad-distribuzzjoni tal-elettriku nazzjonali tal-pajjiż. F’dan ir-rigward, il-miżati li jitħallsu mal-applikazzjoni jkopru l-ispejjeż li tidħol fihom Enemalta plc biex tipprovdi din il-konnessjoni permezz ta’ linji mwaħħla fuq arbli jew mal-ħitan (aerial lines), kif ukoll biex jitwaħħal l-apparat ta’ protezzjoni u ta’ metering neċessarju għas-servizz mitlub, kemm jekk single-phase, kif ukoll three-phase.
Madankollu, ċertu nħawi, fosthom artijiet barra z-zona tal-iżvilupp, huma suġġetti għal kundizzjonijiet (imposti minn entitajiet nazzjonali terzi) li ma jħallux li jsiru konnessjonijiet permezz ta’ aerial lines. F’dawn il-każi, jkun jeħtieġ li jitħaffru trinek biex fihom jintradmu l-cables meħtieġa għall-konnessjoni tas-servizz meħtieġ. Meta jiġri hekk, Enemalta toffri li tagħmel ix-xogħlijiet kollha hi u tipprovdi stima tax-xogħlijiet ta’ tħaffir u ħidmiet oħra addizzjonali meħtieġa għall-kunsiderazzjoni tal-klijent, peress li dawn l-ispejjeż mhumiex koperti fil-miżata stabbilita għal servizzi permezz ta’ aerial lines.
Ikun hemm każi fejn il-klijenti jagħżlu li jagħmlu x-xogħlijiet ta’ tħaffir permezz ta’ kuntratturi tal-preferenza tagħhom. Enemalta ma toġġezzjonax għal dawn it-talbiet. Meta jiġri hekk, il-Kumpanija ssegwi x-xogħol tat-tħaffir li jkun qed isir mill-kuntrattur tal-klijent, biex imbagħad tqiegħed il-cables meħtieġa ħalli tipprovdi s-servizz meħtieġ.