Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #23147 Sitting 354 2016-02-09 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stallazzjonijiet ta’ Advertising Boards

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-diversi stallazzjonijiet ta’ advertising boards li qed jiġu stallati f’diversi bankini,junctions u traffic islands madwar Malta u Għawdex għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet jew dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex tikjarifika xi trid tfisser b’advertising boards.

CyberCrime — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsibijiet u proġetti għandu in the pipeline fir-rigward tas-cybercrime, kemm bħala prevenzjoni kif ukoll bħala detection?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija għandu diversi proġetti fir-rigward tas-cyber crime, kemm fejn tidħol prevenzjoni kif ukoll kxif ta’ reati relatati. Fil-fatt il-Korp applika għal proġett kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm“Internal Security Funds (Police)” u sussegwentament ingħataw €1.4 miljun fondi, li ser ikunu maqsuma fuq erbgħa snin. Permezz ta’ dawn il-fondi ser jinxtara apparat ġdid li permezz tiegħu ser jissaħħaħ ix-xogħol f’din it-taqsima fejn jidħol ġbir u preservazzjoni ta’evidenza, kif ukoll analiżi ta’ investigazzjonijiet inkluż dawk relatati mal-użu u abbuż tal-internet. Barra min dan is-Cyber Crime Unit ser tkompli tagħti l-kontribut tagħha fi proġetti intiżi sabiex jitqajjem iktar għarfien dwar użu responsabbli tal-internet kif ukoll jiġu identifikati opportunitajiet ta’ taħriġ li minnhom jibbenefikaw membri tal-Korp tal-Pulizija ukoll. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 6559 li tpoġġa f'Seduta 355, nhar it-Tnejn 15 ta' Frar 2016)

Konvenzjoni ta’ Rotterdam – kummerċ internazzjonali ta’ kimiċi perikolużi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jirratifika formalment il-konvenzjoni ta’ Rotterdam fuq kummerċ internazzjonali ta’ kimiċi perikolużi?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni tal-membri tal-bord inkluż kwalunkwe perkaċċi li għandhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kompożizzjoni tal-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma tinsab kemm fuq il-website tar-Regolatur (http://www.rews.org.mt/#/en/fa/15) , kif ukoll fuq il-website tal-Gvern (https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Boards/Board-of-the-Regulator-for-Energy-and-Water-Services.aspx). Kopja tal-Website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Iċ-Chairman tal-Bord għandu remunerazzjoni ta’ €16,000 filwaqt li l-membri l-oħrajn għandhom €3,000.

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – public call for application għal CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm public call for application għall-kariga ta’ CEO fi ħdan ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, jew jekk dan ġiex hand picked mingħajr ebda sejħa pubblika? X’inhi r-remunerazzjoni, inkluż kwalunkwe perkaċċi li jgawdi? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-impjieg tas-CEO fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jpoġġi ukoll kopja tas-cv tas-CEO fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-Chief Executive Officer tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ġie maħtur skont Artiklu 6 tal-Att XXV tal-2015. Is-CEO għandu salarju annwali ta’ €54,826.
Leg 12 PQ #22272 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt – lista ta’ proprjetajiet u/jew artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet ġewwa l-Belt Valletta illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet u li sal-lum (jiġifieri sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari) qegħdin fil-proċess li jiġu mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu? Jista’ jagħti l-indirizz ta’ tali proprjetajiet u/jew artijiet u jgħid ukoll lil min se jiġu mgħoddija u b’liema titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #22273 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – lista ta’ proprjetajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet li kienu jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet imma sussegwentement ġew mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #22274 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi ta’ żvilupp – ordni ta’ applikazzjonijet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega f’liema ordni qegħdin jiġu pproċessati applikazzjonijiet għall-permessi ta’ żvilupp tal-istess ġeneru u fl-istess lokalità? Jista’ jgħid jekk teżistix sistema fejn applikazzjoni partikolari tkun tista’ tingħata prijorità fuq applikazzjoni oħra, u jekk iva, x’inhuma l-kriterji biex applikazzjoni tingħata prijorità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorita għall-Ambjent u l-Ippjanar li l-istess Awtorita, li kif kien isir fl-ahhar snin anki taħt amministrazzjonijiet preċedenti, l-istess Awtorita tagħti prijorita lil ċerti applikazzjonijiet skont iċ-ċirkostanzi jew ġeneru tal-applikazzjoni. Fost dawn hemm l-iskadenzi tal-kuntratti, proġetti li jkollhom finanzjament Ewropew jew barrani u xogħolijiet marbuta ma’ avvenimenti u ċirkostanzi partikolari.

CA Sites – volum ta’ kull materjal akkumulat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti separatament, it-tip ta’ materjal u t-tunnellaġġ ta’ kull materjal, li hemm akkumulat fis-Civic Amenity Sites preżentament,? (għall-finijiet ta’ tweġiba, wieħed għandu jieħu d-data ta’ meta saret din il-mistoqsija parlamentari).

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba

Wasteserv – ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda jaħdmu mal-Wasteserv (kemm jekk direttament mal-Wasteserv, kemm jekk sekondati, kif ukoll jekk tramite il-kuntrattur jew bhala self-employed) mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? F’liema impjant iddaħħlu jaħdmu, x’inhu r-rwol tagħhom u mil-liema lokalità huma?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi żewġ Tabelli fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba. Tabella A turi n-numru ta’ impjegati ġodda li daħlu mal-Wasteserv mill-1 ta' April 2013 sas-7 ta' Jannar 2016. F’dan ir-rigward kien hemm 8 ħaddiema li m’għadhomx impjegati mal-Kumpanija. Tabella B turi n-numru ta’ impjegati ġodda tal-kuntrattur li qed iservu mal-Wasteserv mill-1 ta' April 2013 sas-7 ta' Jannar 2016. F’dan ir-rigward kien hemm 47 ħaddiem li m’għadhomx iservu mal-Wasteserv.

Persuni li nstabu jisirqu d-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jisirqu d-dawl u kemm minn dawk il-persuni li nqabdu jisirqu d-dawl, tressqu l-Qorti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Enemalta – Annual Report u Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Annual Report u l-Financial Statements tal-Enemalta għas-snin 2012 u l-2013 u dan peress li sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, dawn id-dokumenti kienu għadhom ma tpoġġewx minkejja diversi mistoqsijiet parlamentari fejn intalbet din l-informazzjoni? Jista’ jpoġġi wkoll l-Annual Report u l-Financial Statements tal-Enemalta fuq il-Mejda tal-Kamra għas-sena 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokumenti li qed tgħid li ma tpoġġewx, diġa’ tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Għargħur – rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Għargħur; (i) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu, inbiddlu b’xi mod minn dawk ta’ qabel; (ii) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu; u (iii) li spiċċaw, meta wieħed iqabbel mar-rotot li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbiddlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdiditx jew tnaqsitx?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fuq il-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Għargħur hija kif ġej: Rotta Numru Rotta Rotot sa 19/12/2015 Rotot minn 20/12/2015 35 Mosta - Gharghur- Sptar Mater Dei/Universita- Belt Valletta Vjaġġ fis-siegħa Tneħħiet 36 Naxxar - Gharghur- Sptar Mater Dei/Universita- Belt Valletta Vjaġġ fis-siegħa Tneħħiet 46 Gharghur-Naxxar -Birkirkara - Msida- Belt Valletta - Rotta ġdida bi 3 vjaġġi fis-siegħa sad-9:35 ta' filgħodu. Wara dan il-ħin żewġ vjaġġi fis-siegħa 136 Birkirkara-Naxxar-Gharghur Vjaġġ fis-siegħa Tneħħiet 202 Sliema- San Giljan-San Gwann-Gharghur(Xwieki)-Naxxar-Mosta-Attard-Rabat Vjaġġ fis-siegħa Rotta modifikata sabiex issa qed isservi l-inħawi tax-Xwieki limiti tal-Għargħur 203 Sliema- Gzira-San Giljan-San Gwann-Gharghur(Xwieki)-Naxxar-Mosta-Bugibba Vjaġġ fis-siegħa Rotta modifikata sabiex issa qed isservi l-inħawi tax-Xwieki limiti tal-Għargħur 225 Sliema- San Giljan-San Gwann-Gharghur(Xwieki)-Mosta-Mgarr-Ghajn Tuffieha 2 vjaġġi fis-siegħa Modifikata u m’għadhiex isservi l-inħawi tax-Xwieki limiti tal-Għargħur 260 Gharghur-Naxxar -Mosta-Sptar Mater Dei/Universita - Rotta ġdida bi vjaġġ fis-siegħa

Ta’ Xbiex – rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ta’ Xbiex; (i) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu, b’xi mod inbiddlu ma’ dawk li kien hemm qabel; (ii) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu; u (iii) li spiċċaw meta tqabbel ma dawk li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbiddlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdieditx jew tnaqsitx?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta fuq il-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ta’ Xbiex hija hekk kif ġej: Rotot sas-19/12/2015 Rotot mill-20/12/2015 Rotta Numru Frekwenza 12 5 vjaġġi fis-siegħa Tneħħiet 13 5 vjaġġi fis-siegħa 5 vjaġġi fis-siegħa 15 2 vjaġġi fis-siegħa 2 vjaġġi fis-siegħa 16 - Rotta ġdida bi 3 vjaġġi fis-siegħa 21 2 vjaġġi fis-siegħa 2 vjaġġi fis-siegħa 22 - Rotta ġdida bi 3 vjaġġi fis-siegħa 32 3 vjaġġi fis-siegħa Rotta ġiet modifikata u m’għadhiex tipprovdi servizz ġewwa Ta' Xbiex 233 - Rotta ġdida bi vjaġġ fis-siegħa

Is-Swieqi – rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mis-Swieqi; (i) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu, b’xi mod inbiddlu ma’ dawk li kien hemm qabel; (ii) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu; u (iii) li spiċċaw meta tqabbel ma’ dawk li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi rotot li il-frekwenza tagħhom inbiddlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdieditx jew tnaqsitx?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba fuq il-karozzi tal-linja li jgħaddu mis-Swieqi hija kif ġej: Rotta Numru Rotta Rotot sa 19/12/2015 Rotot minn 20/12/2015 16 Swieqi-Madliena-San Giljan-Sliema-Msida-Belt Valletta - Rotta ġdida bi frekwenza ta' 3 vjaggi fis-siegħa sat-tmienja neqsin kwart ta' filghaxija, u wara dan il-ħin 2 vjaġġi fis-siegħa 33 Swieqi-Pembroke- Sptar Mater Dei/ Universita - Msida- Belt Valletta Vjaġġ fis-siegħa Tneħħiet Ir-rotta 233 ġiet modifikata fejn qabel it-traġitt ta din ir-rotta kienet mis-Swieqi, San Ġiljan u tas-Sliema. Bit-tibdil li seħħ din ir-rotta qegħdha tipprovdi servizz bejn is-Swieqi u l-isptar Mater Dei/ Universita’. Fit-traġitt tagħha din ir-rotta isservi wkoll lil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan, tas-Sliema, Gżira u Ta’ Xbiex. Din ir-rotta għandha frekwenza ta’ vjaġġ fis-siegħa u ma’ kien hemm l-ebda tibdil fil-frekwenza ta’ din ir-rotta.

Rotot tal-Karozzi tal-linja — elenku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja fuq bażi nazzjonali, liema rotot issa spiċċaw, meta tqabbel mar-rotot li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jagħtir-raġuni għalfejn inħass il-bżonn li tali rotot jispiċċaw, rotta rotta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-modifikazzjonijiet tar-rotot kif ukoll rotot ġodda li ġew introdotti kemm f’ Malta kif ukoll f’ Għawdex mill-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku.

Valletta Summit u ċ-CHOGM – xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali (inkluż xogħlijiet fuq toroq) li saru b’rabta mal-Valletta Summit u maċ-CHOGM, u jgħid ukoll in-nefqa tal-istess xogħlijiet b’mod individwali, u jindika ukoll liema kuntrattur għamel l-istess xogħlijiet u jekk inħarġitx sejħa pubblika għall-offerti?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet li saru minn Transport Malta fix-xhur ta’ qabel is-Summit u iċ-CHOGM. Ix-xogħlijiet ta’ major patching u kostruzzjoni saru kollha taħt il-proviżjonijiet tal-Framework Agreement 2014. Ix-xogħlijiet ta’ tabelli u sinjali tat-traffiku tqassmu bejn il-kuntratturi stabbiliti fis-settur. Qed inpoġġi ukoll lista ta’ xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi.