Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta North MBT Plant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju ta’ commissioning qiegħed il-Malta North Mechanical and Biological Treatment (MBT) Plant?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-commissioning tal-Malta North beda f'Diċembru tas-sena 2015 u mistenni jitlesta sal-aħħar xhur tal-2016. Dan qed isir f'diversi fażijiet u b'sistema ta’ ramping up sakemm tintlaħaq il-kapaċità massima tal-impjant.

Għallis Landfill

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-volum ta’ spazju vojt (capacity of empty space) illi għad baqa’ fl-Għallis Landfill? Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu ladarba l-ispazju tal-Għallis ikun ġie eżawrit?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-volum ta’ spazju vojt illi għad baqa’ fl-Għallis landfill kif ikkalkulat f’Jannar 2016 huwa ta’ 1,500,000 metri kubi gross. Il-Gvern bħala Gvern qed jikkunsidra diversi għażliet diment li jkunu konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Impjant ta’ Sant’ Antnin — RDF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jiġi ddepożitat ir-Refuse Derived Fuel (RDF) illi jiġi ġġenerat mill-impjant ta’ Sant’Antnin? Jekk qed jiġi esportat, jista’ jgħid kemm-il tunnellata ġiet esportata matul l-2014 u l-2015 separatament u kemm sewa? Jista’ jgħid ukoll, kemm-il tunnellata hemm depożitata ta’ RDF, u jekk se jkompli jiġi esportat, kemm qed jistma illi se jkun hemm tunnellata ta’ RDF matul l-2016 u x’inhu l-budget allokat għall-2016 għall-esportazzjoni ta’ dan l-RDF?

Response (BRINCAT, LEO)

Skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, bħalma naħseb li taf l-Onor. Interpellant, il-Wasteserv ma tagħmilx profitti għaliex qiegħda hemm biex tagħti servizz pubbliku u allura tiddependi mis-sonvenzjoni li jagħtiha l-Gvern Ċentrali sabiex tmexxi l-operat tagħha kif ukoll minn Fondi Ewropej li l-kumpanija jirnexxielha tibbenifika minnhom bħall-proġett il-kbir tal MBT North li sewa €50 miljun. Bħal kwalunkwe kumpanija oħra, il-Wasteserv tiġġestixxi l-fondi li jkollha skont in-neċessitajiet u l-prijoritajiet li jinħolqu. Huwa f’dan il-kuntest ukoll li l-Wasteserv tiġġestixxi l-RDF li jkollha u dan tagħmlu billi, minn żmien għal żmien u skont il-ħtiega, tesporta l-RDF li jkollha u sakemm tagħmel dan il-kumpanija tkun qed taħżen dan l-RDF b’mod temporanju. Fil-fatt bħalissa, il-kumpanija għandha ħażna ta’ madwar 5,500 tunnellata ta’ RDF li se tkun qed tesportah bil-mod il-mod skont ir-riżorsi li jirnexxielha twarrab għal dan il-għan. Fil-fatt irrid ngħid li matul l-2014 il-kumpanija esportat madwar 837 tunnellata ta’ RDF bi spiża ta’ kważi €118,900 filwaqt li fl-2015 kienu esportati kwazi 807 tunnellata bi spiża ta’ €108,400. Matul l-2016 huwa kkalkulat li se jkunu ġġenerati madwar 6,500 tunnellata ta’ RDF. Jien infurmat li għalissa għadu kmieni wisq biex wieħed ikun jaf kemm se jkun esportat RDF din is-sena, għaliex dan jiddependi mill-prijoritajiet ġestjonarji tal-kumpanija. Madankollu, infurmat ukoll li l-kumpanija qed ikollha diskussjonijet dwar din il-materja sabiex ikun stabbilit programm ta’ esportazzjoni.

Waste Management Plan 2014-2020 arrived

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal l-istudju illi l-Gvern kien ikkummisjona fuq it-tliet options imsemmija fil-Waste Management Plan 2014-2020 arrived, u ċjoe export of waste, waste-to-energy u construction of another landfill?

Response (BRINCAT, LEO)

Skont informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23231.

Bejgħ ta’ gasoil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħ gasoil li ma marx għall-heating jew għall-marine purposes matul l-2013, l-2014 u l-2015 separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tkun aktar speċifika fil-mistoqsija tagħha.

Suppliment ta’ fuel minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk preżenzjalment il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tissupplixxiex azjendi, entitajiet u kumpaniji, kemm privati kemm governattivi, b’diesel, petrol u/jew pitrolju bi prezz illi huwa rħas mill-prezz illi jingħata lill-istations tal-fuel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li l-informazzjoni li qed tiġi mitluba għandha valur kummerċjali għal Kumpanija msemmija. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ħareġ il-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet kollha illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ngħataw?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, b’żieda mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 16191, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A (il-Ministeru u d-Dipartimenti) u Tabella B (Wasteserv) bl-informazzjoni mitluba

Wasteserv – konsulenti jew persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Wasteserv, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, m’hemm xejn iżjed x’jiżdied mal-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra b’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16192.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – konsulenti jew persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Ministeru tiegħu jew lil kwalunkwe dipartiment, entità jew awtorità illi taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

B’żieda mal-informazzjoni li qgħedt fuq il-Mejda tal-Kamra għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16192, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mit-tagħrif mogħti lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti hemm ħames karigi oħra ma’ dawk imsemmija. Qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Skart li jiddaħħal il-Magħtab — miżati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella illi telenka l-miżati illi wieħed jintalab iħallas għall-iskart li jiddaħħal il-Magħtab preżenzjalment, kif ukoll kif kienu l-miżati? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll x’kienu dawn il-miżati matul l-2015, l-2014, l-2013, u l-2012 separatament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Swieqi – għassa tal-pulizija – ħinijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ġranet u l-ħinijiet illi fihom kienet miftuħa l-għassa tas-Swieqi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari numru 19519.

Swieqi – neighbourhood watch

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pulizija hemm assenjati biex jagħmlu neighbourhood watch fil-lokalità tas-Swieqi? Jista’ jgħid x’inhi l-frekwenza tan-neighbourhood watch?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fil-lokalita’ tas-Swieqi ma hemm l-ebda neighbourhood watch. Neighbourhood watch tkun komposta u issir mir-residenti tal-lokalita’ fejn titwaqqaf, li minn naħa tagħhom l-informazzjoni li jirċievu mir-residenti tingħata lill-Pulizija, biex din tieħu kull passi meħtieġa skont il-każ.

Sptar Mater Dei – nazzjonalità tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’nazzjonalità huma l-ħaddiema u l-persuni illi qed jagħtu servizz ġewwa l-Isptar Mater Dei preżenzjalment (jiġifieri fid-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari), kemm jekk impjegati direttament ma’ Mater Dei, kemm jekk seconded, kif ukoll dawk impjegati tramite l-kuntrattur? Jista’ l-Ministru jgħid, għal kull tip ta’nazzjonalità, x’tip ta’ xogħol qed isir minnhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ħareġ il-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet kollha illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ingħataw?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – użu ta’ heating diesel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il gallun heating diesel intuża mill-Isptar Mater Dei matul l-2013, l-2014 u l-2015 separatament, mingħand min inxtara, u b’kemm inxtara (jiġifieri l-prezz ta’ kull litru illi nxtara)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-medja ta’ konsum ta’ heating diesel mis-sena 2013 sas-sena 2015 kien ta’ 1,306, 533.300 il-litru.

Petroleum products — bejgħ u xiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżenzjalment min hu liċenzjat li jbiegħ u li jixtri petroleum products?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq is-sit elettroniku tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma - https://www.rews.org.mt/#/en/a/78-authorised-service-providers-fuel-sector . L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Replacement ta’ tallinja card

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm idum (kemm iridu jgħaddu ġranet) biex wieħed jirċievi replacement card ta’ tallinja card l-oriġinali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni pprovduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, iż-żmien ta' stennija sabiex wieħed jirċievi replacement card huwa ta' bejn wieħed u ieħor ġimgħatejn.

Replacement card — credit

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhu l-proċess biex il-credit illi wieħed ikollu fuq tallinja card li tiġi replaced, għax ma tibqax tiffunzjona, jgħaddi għal fuq ir-replacement card? Jista’ jgħid kemm idum biex il-credit minn fuq il-card oriġinali jgħaddi għal fuq ir-replacement card?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni pprovduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, il-kreditu li wieħed ikollu fuq il-card li ma tibqax tiffunzjona jiġi trasferit mill-ewwel fuq il-card il-ġdida li tkun ġiet maħruġa bħala replacement card.

Malta Public Trasport – xufiera barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il xufier barrani hemm jaħdmu mal-Malta Public Transport, kemm full-time, kemm part-time, kemm self-employed jew tramite kuntrattur, fid-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tirrigwarda l-operat kummerċjali ta’ entità privata u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Swieqi – miżuri ta’ sigurtà

Question

In vista tal-fatt illi l-inċidenti, l-argumenti, il-ġlied u l-vandaliżmu fil-lokalità tas-Swieqi kompla anke matul ix-xahar ta’ Jannar 2016 u dan minkejja diversi assigurazzjonijiet mill-Gvern illi qed jittieħdu l-miżuri meħtieġa, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti ħa sabiex tiġi indirizzata din il-problema?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija jagħmel dak kollu possibli sabiex jippreveni kull tip ta’ reat fil-pajjiż kollu. Barra minn dan, infakkar li fis-Swieqi kien dan il-gvern li fetaħ għassa f’din il-lokalita’ b’kuntrarju għall-amministrazzjoni Nazzjonalista li kellhom biss wegħdiet għar-residenti tas-Swieqi.