Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema Business Start

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija, sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, applikat għall-iskema Business Start? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pending evaluation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li sal-24 ta’ Frar 2016, il-Korporazzjoni rċeviet 20 il-applikazzjoni għal għajnuna taħt l-iskema Business Start li ġejjin minn kumpaniji. Sa l-istess data, il-Korporazzjoni kellha 9 applikazzjonijiet għal assistenza taħt l-iskema Business Start li qegħdin jiġu evalwati. 5 minn dawn l-applikazzjonijiet ġejjin minn kumpaniji.

Sptar Mater Dei – underground parking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji ta’ parkeġġ fl-underground parking tal-Isptar Mater Dei, u kemm minnhom huma reserved għall-impjegati, tobba, konsulenti u nies b’diżabilità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li it-total ta’ spazji ta’ parkeġġ fl-underground parking huwa ta’ 1,519. Minnhom hemm 988 spazju ghall-haddiema u 21 ghal-nies b’dizabilita’.

Swieqi – għassa tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għassa tas-Swieqi kenitx miftuħa 24 siegħa nhar id-19 u l-20 ta’ Jannar 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant bis-saħħata’ din l-amministrazzjoni tista’ tagħmel mistoqsijiet fuq l-Għassa tas-Swieqi u dan għax il-Gvern Nazzjonalista kien wiegħed biss u ma wettaqx. Ninsab infurmat illi fid-19 ta’ Jannar 2016 l-għassa tas-Swieqi kienet miftuħa, ħlief għax-xift ta’ bil-lejl meta kien hemm ħsara fil-kurrent elettriku u għalhekk l-uffiċċjal inkarigat kien patrol. Fl-20 ta Jannar l-għassa fethet fis-sebgħa ta’ filgħodu meta l-kurrent elettriku ġie restawrat.

Skart li ġie loaded and exported – average cost/tonne

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-average cost/tonne għal kull waste stream separatament fir-rigward tal-iskart illi ġie loaded and exported matul l-2015?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-Wasteserv ma tesportax dirett waste streams. Għal mistoqsijiet l-oħra qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Skart li ġie loaded, managed and exported – average cost/tonne

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-average cost/tonne għal kull waste stream separatament fir-rigward tal-iskart illi ġie loaded, managed and exported matul l-2015?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirefferi lill-Onor. Interpellant għat-Tabella mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra għal-Mistoqsija Parlamentari 23642.

Ħal Lija – Triq Pantar – dewmien fix-xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23184 dwar dewmien esaġerat biex jitlesta x-xogħol li qed isir fuq Triq Pantar f’Ħal Lija, u dan peress li issa x-xogħol fuq din it-triq ilu li nbeda iktar minn erba’ xhur ilu u jirriżulta li tali dewmien huwa minħabba li jridu jiġu stallati s-servizzi, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta’ stallazzjoni u jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Project Plan (bid-dati u l-milestones) tax-xogħol rispettivi, u dan peress li qed jinħoloq detriment u inkonvenjent bla bżonn kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li jgħaddu minn hemm?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħol fit-triq imsemmija kienu jinvolvu installazjoni ta’ mejnijiet kbar biex tissaħħaħ il-provvista tal-ilma. Dan ix-xogħol seta’ jitlesta wara li ġew installati s-servizzi kollha neċessarji. Ix-xogħol li qiegħed isir bħalissa huwa mill-Enemalta, u dan qed isir fuq naħa waħda biss tat-triq. Fuq in-naħa l-oħra tat-triq inbeda x-xogħol ta’ tqaxxir sabiex jingħata wiċċ ġdid.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – konsulenti jew persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Ministeru tiegħu jew lil kwalunkwe dipartiment, entità jew awtorità illi taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #23516 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenti jew persons of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Ministeru tiegħu jew lil kwalunkwe dipartiment, entità jew awtorità illi taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23517 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – direct orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ħareġ il-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet kollha illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ingħataw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23518 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – proprjetajiet jew artijiet ġewwa l-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet ġewwa l-Belt Valletta illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet u li sal-lum (jiġifieri d-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari) qegħdin fil-proċess illi jiġu mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu? Jista’ jagħti l-indirizz ta’ tali proprjetajiet u/jew artijiet u jgħid ukoll lil min se jiġu mgħoddija u b’liema titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23519 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – proprjetajiet jew artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet illi kienu jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet imma sussegwentament ġew mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skema Business Start

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il koperattiva applikat għall-iskema Business Start, sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pending evaluation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li sal-24 ta’ Frar 2016, il-Korporazzjoni rċeviet 4 applikazzjonijiet għal għajnuna taħt l-iskema Business Start li ġejjin minn koperattivi. Sa l-istess data, il-Korporazzjoni kellha 9 applikazzjonijiet għal assistenza taħt l-iskema Business Start li qegħdin jiġu evalwati. L-ebda waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ġejja minn koperattiva.

Ta’ Qali – CA Site — compost

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġi prodott kompost mis-Civic Amenity Site f’Ta’ Qali u l-composter? Jista’ jgħid jekk dan il-kompost hux ta’ kwalità tajba, u jekk hux qiegħed jinbiegħ? Jekk qiegħed jinbiegħ, lil min qiegħed jinbiegħ u b’kemm qed jinbiegħ? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari għall-2013, għall-2014 u għall-2015 separatament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Wasteserv, ninsab infurmat li l-composter f’ Ta’ Qali għadu mhux qed jopera kif mixtieq u skont l-obbligi tal-kuntratt. Fil-fatt il-Wasteserv diġà applikat il-massimu ta’ delay penalities li jammontaw għal €130,050 u qed tikkontempla passi ulterjuri li jinkludu l-irtirar tal-performance guarantee li tammonta għal €86,700 fil-konfront tal-kuntrattur li huwa responsabbli għal dawn in-nuqqasijiet. Il-kumpanija qegħda wkoll tikkuntempla azzjoni għad-danni jekk il-kuntrattur ma jirnexxielux jindirizza n-nuqqasijiet li għad fadal u għaż-żmien li ntilef. Għaldaqstant il-materjal li qed jinġabar mhux ta’ kwalità kostanti u allura qed jintrema ġewwa l-Għallis. Dan sakemm jitranġa l-makkinarju u l-kompost ikun ta’ kwalità tajba u approvat għall-użu mill-MEPA. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għat-tieni parti tal-mistoqsija, il-proġett ta’ Ta’ Qali ġie inawgurat is-sena li għaddiet.

Sant’ Antnin – glass crusher

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-volum ta’ ħġieġ illi qed jiġi trattat fil-Glass Crusher ta’ Sant’ Antnin? U x’inhu jsir bil-prodott finali? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari għall-2013, għall-2014 u għall-2015 separatament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat illi l-volum ta’ ħġieġ illi qed jiġi trattat fil-glass crusher ta’ Sant’ Antnin u mibjugħ ammonta għal madwar 10 tunnellata għas-sena 2015. Ma sar l-ebda crushing tal-ħġieġ għas-snin 2013, 2014. Iżda l-ħġieġ mibjugħ (mhux crushed) lil diversi kuntratturi privati biex jiġi rriċiklat kien ta’ 4,444 tunelatti għal-2013, 3,171 tunelatti għal-2014 u 1,349 tunellati għal-2015.

Inċineratur — użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalxiex qed jintuża l-inċineratur preżenzjalment?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li preżentament, l-inċineratur qiegħed jintuża kif dejjem kien jintuża sabiex jiġi inċinerat skart mormi mil-biċċeriji, karkassi, kif ukoll skart kliniku, pilloli, żebgħa, żjut, u affarijiet oħra simili li ma jistgħux imorru fil-landfill iżda li huma permessi għall-inċinerazzjoni.

Water Services Corporation – konsulenti jew persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Water Services Corporation, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta – konsulenti jew persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Enemalta, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Arms Ltd – konsulenti jew persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Arms Ltd, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Malta North Plant — Olfactory Monitoring Reports

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar għaxar Olfactory Monitoring Reports illi saru fuq il-Malta North Plant?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li preżentament, il-permess tal-Integrated Pollution Prevention and Control (IPPC) għall-Malta North ma jitlobx li jsiru Olfactometry monitoring, għaldaqstant dawn ir-rapporti ma jsirux.

Magħtab – landfill — irwejjaħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed jikkaġuna l-irwejjaħ illi ħerġin mil-landfill tal-Magħtab, tant illi tali rwejjaħ qed jinxtammu mhux biss mir-residenti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq iżda anke mir-residenti tal-Għargħur?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li minn sniff testing li jsir darba fil-ġimgħa fl-akkwati tal-kumpless tal-Magħtab, ma jirriżultax li hemm irwejjaħ illi ħerġin mil-landfill tal-Magħtab li huma barra min-norma. Tali informazzjoni diġà ngħatat lill-Kunsill Lokali tal-Għargħur u rringrazzjawna tat-tweġiba dettaljata li tajnihom.