Impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ – ilma msoffi mid-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il metru kubu ta’ ilma msoffi mid-drenaġġ qed jiġi prodott mill-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ ta’ Malta u ta’ Għawdex? Jista’ jgħid kemm minn dan l-ilma qed jitqassam lill-bdiewa, min huma l-bdiewa li qed jibbenefikaw, u x’inhuma l-kriterji li fuqhom titfassal l-għażla ta’ liema bidwi jieħu l-ilma, kemm jieħu u meta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ġie varat l-impjant taċ-Ċumnija f’Mejju tas-sena l-oħra, ġew prodotti 164,234 metru kubu ta’ New Water li minnhom ġew ikkunsmati 154,016 metru kubu. Il-bdiewa kollha li għandhom l-egħlieqi tagħhom irreġistrati mal-ARPA jistgħu jibbenefikaw minn dan l-ilma. Bħalissa hemm 234 bidwi li applikaw u rċivew il-card li biha jistgħu jaċċessaw dan l-ilma. Il-volum u kemm minn dan l-ilma jista’ jittieħed mingħajr ħlas huwa regulat b’avviż legali 210/17.
Impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ – ilma msoffi mid-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il metru kubu ta’ ilma msoffi mid-drenaġġ qed jiġi prodott mill-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ ta’ Malta u Għawdex? Jista’ jgħid kemm minn dan l-ilma qed jitqassam lill-bdiewa, min huma l-bdiewa li qed jibbenefikaw, u x’inhuma l-kriterji li fuqhom titfassal l-għażla ta’ liema bidwi jieħu l-ilma, kemm jieħu u meta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Enemed Company Limited — importazzjoni ta’ petrol imħallat bl-ethanol
Question
Kif jaf il-Ministru, il-petrol imħallat bl-ethanol, inaqqas l-emissjonijiet u jraħħas il-prezz tal-fuel, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk l-Enemed Company Limited hijiex timporta petrol imħallat bl-ethanol? Jekk iva, għaliex il-pompi tal-petrol mhumiex jindikaw li l-petrol imħallat bl-ethanol? Jekk le, x’qed tistenna l-Enemed biex tibda timporta l-petrol imħallat bl-ethanol biex tnaqqas it-tniġġis tal-arja?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandha tkun infurmata li l-pompi tal-petrol ma jindikawx preżenza ta’ Ethanol fil-petrol minħabba li l-Enemed Company Ltd mhux qed timporta petrol imħallat bl-Ethanol għar-raġunijiet spjegati kif ġej.
L-
Ethanol
huwa komunament magħruf bħala
alcohol
. Skond l-ispeċifika rikjesta mil-EN228 (li hu l-istandard tal-UE għal-
petrol
), dan irid ikun konformi ma l-EN 15376, li jfisser li
Ethanol
mill-Amerika mhux konformi mas-suq Ewropew.
Dan it tip ta’
Ethanol
huwa xi 20% iktar għola mill-
petrol
mhux imħallat (skont il-prezz tat-18 ta’ Jannar 2018 minn fornitur ewlieni Ewropew).
L-infrastruttura li għanda l-Enemed ma tippermettix li żżomm ħażna ta’ petrol li huwa diġa mħallat. Dan minħabba l-fatt li n-numru ta’ tankijiet disponibbli huwa limitat ħafna u ukoll minħabba l-fatt li l-Enemed, tħallat il-formula tal-
E-Power
internament fejn għandha bżonn fjuwil mingħajr
alcohol
.
Barra minn dan, peress li l-
Ethanol
huwa
“hygroscopic”,
li jfisser li jassorbi l-ilma mill-arja, jekk il-
petrol
ikun miżjud diġa bl-
Ethanol
, ikollha żżid proċess ieħor ta’
“drying”
, li jfisser li kull litru
petrol
ħa jiġi jiswa aktar (flus).
Parametru ieħor li trid tieħu inkonsiderazzjoni huwa il
-“Vapour Pressure”
(VP)
. L-Awtoritajiet Maltin jispeċifikaw li l-
“VP”,
peress li l-klima ta` Malta fis-sajf hija sħuna ħafna, taqa’ ma`
class
A mill-1 ta’ Mejju sa l-aħħar ta’ Settembru bil-bqija tas-sena taqa’ ma`
class
B.
Table 3 - Volatility classes for unleaded petrol with a maximum oxygen content of 3,7% (
m/m
)
Property
Units
Limits
Test Method
a
(See 2. Normative referenceS)
class A
class B
class C/C1
class D/D1
class E/E1
class F/F1
Vapour pressure (VP)
kPa, min
45,0
45,0
50,0
60,0
65,0
70,0
EN 13016-1
b
kPa, Max
60,0
70,0
80,0
90,0
95,0
100,0
% evaporated at 70°C, E70
% (
V/V
), min
22,0
22,0
24,0
24,0
24,0
24,0
EN ISO 3405
% (
V/V
), max
50,0
50,0
52,0
52,0
52,0
52,0
L-Ethanol jgħolli ħafna il-Vapour Pressure tal-petrol, li fil-ġranet l-aktar sħan se jitfa’ barra mill-ispeċifikazzjoni l-fjuwil li jiġi impurtat u b’hekk, ma jkunx konformi mal-liġijiet Ewropej. Barra minhekk, minħabba li jevapora aktar malajr, ikun qed jagħmel ħsara ikbar lill-ambjent minħabba emissjonijiet akbar ta’ “hydrocarbons”.
L-
Ethanol
għandu
low calorific value
li jfisser li jagħti inqas enerġija meta jinħaraq, meta wieħed iqabbel litru
Ethanol
ma` litru
petrol
. Studji juru li l-
Ethanol
għandu kważi 33% inqas
calorific value
mill-
petrol
. B`hekk aktar mat-taħlita ta`
petrol
/
Ethanol
tkun għolja, aktar il-konsumatur irid jimla l-karozza ta` spiss għax qed jaħli aktar fjuwil.
Għal dawn ir-raġunijiet l-Enemed adottat strateġija differenti għal-ħarsien tal-ambjent u arja aktar nadifa. Fuq dan il-binarju, l-Enemed żviluppat il-prodott tal-
e-Diesel
li huwa
super diesel
bil-prezz tad-
diesel
normali. Kulhadd jaf li d-
diesel
iniġġeż aktar mill-
petrol
. Kien għalhekk li l-Enemed ħadmet biex tiżviluppa dan il-prodott ġdid li:
· inaqqas l-emissjonijiet b’għaxra fil-mija fejn għandu x’jaqsam ma
“particulate matter”
,
carbon monoxide
,
hydrocarbons
,
nitrous oxide
u
sulphur dioxide
.
· Iżid l-effiċjenza tal-magni (li jfisser li jinħela anqas fjuwil)
· Inaqqas il-problemi tal
-“particulate filter”
fil-karozzi moderni.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li f’dak li huwa enerġija rinovabbli, skont kif tispeċifika l-Kummissjoni Ewropeja, l-Enemed dejjem laħqet il-miri tas-sena.
Strateġikament, l-Enemed għażlet direzzjoni li żżomm il-prezz tal-
fuels
kemm jista’ jkun baxxi, b’kwalita’ superjuri u teknikament jista’ jinħadem bl-infrastruttura li għandha.
Elettriku ġġenerat mill-BWSC, Powerstation tal-Electrogas u mill-Interconnector
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie utilizzat elettriku ġġenerat (jew imwassal) mill-BWSC, mill-Power Station il-Ġdida (Electrogas) u mill-Interconnector, f'Malta u f’Għawdex, f'dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li permezz tal-investiment fit-trasformazzjoni tal-qasam tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’dawn l-aħħar erba’ snin, l-Enemalta żviluppat taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija (energy mix) diversifikata, affidabbli, nadifa u sostennibli, li tinkludi impjanti ġodda jaħdmu bil-gass naturali, il-Malta-Italy Interconnector, sistemi ta’ enerġija li tiġġedded u mpjanti jaħdmu bil-gasoil bħala spare capacity u għal matul xi emerġenzi.
Ewlenin fost il-benefiċċji ta’ dan it-taħlita diversifikata ta’ sorsi ta’ elettriku huwa l-fatt li Malta ma’ tiddependix fuq sors ta’ fjuwil wieħed, jew fuq impjant wieħed kbir, u għalhekk nistgħu nassiguraw is-sigurta tal-provvista tal-pajjiż. Dan ifisser, li jekk l-akbar sors individwali, li fil-każ ta’ Malta huwa l-Interconnector, għal xi raġuni jew oħra ma jkunx disponnibli, xorta waħda jibqa’ biżżejjed kapaċita’ sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-elettriku tal-klijenti, anke f’mumenti ta’ domanda għolja.
L-Inġiniera tal-Enemalta fis-Sezzjoni tal-Capacity Planning and Dispatch jikkunsidraw diversi fatturi, fosthom id-domanda mill-industrija, it-temp u aspetti oħra, sabiex f’kull ħin jippjanaw l-użu tas-sorsi disponibbli għal pajjiżna bl-aħjar mod possibli, b’bilanċ bejn is-sorsi differenti.
Il-figuri ta’ kemm iġġeneraw elettriku s-sorsi differenti li tuża l-Enemalta biex tipprovdi l-provvista lill-klijenti jiġu ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wara t-tmiem ta’ kull sena.
Fil-perjodu indikat, bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 t’Ottubru 2017, meta wieħed iqis l-elettriku ġġenerat mill-impjanti li jaħdmu bil-gass naturali u mill-Interconnector, il-persentaġġi tal-elettriku kollu ġġenerat bejniethom, kien kif ġej:
Delimara 4 iġġenera 53%
Malta-Italy Interconnector iġġenera 27%
Delimara 3 iġġenera 20%
Dawn il-persentaġġi ma jinkludux l-elettriku ġġenerat mis-sistemi ta’ enerġija li tiġġeded, bħala installazjonijiet ta’ pannelli tax-xemx.
Jista’ l-Ministru jispjega u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-cost benefit analysis tal-Powerstation tal-Electrogas?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba mill-Enemalta plc għandha valur kummerċjali għal kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
MFSA – għoti ta’ direct order lill-kumpanija ta’ avukati barranin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23362 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23015, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MFSA tatx direct order lill-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew lill-kumpanija ta’ avukati barranin li hija membru ta’ din l-entità? Jista’ jgħid jekk din l-entità hijiex se tkun qed tagħti assistenza fir-rigward tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-financial services? Jista’ jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa l-partner li se jkun responsabbli għall-ħidma? Jista’ jikkonferma li l-għażla ta’ din l-entità twettqet miċ-Chairman tal-MFSA wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru? Jista’ jgħid kif ġiet magħżula din il-kumpanija? Jista’ jgħid jekk ġewx ikkunsidrati entitajiet oħrajn għal dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, liema entitajiet kienu kkunsidrati u għaliex ma ntgħażlux? Jista’ jikkonferma li din il-konsulenza se tiswa aktar minn miljun ewro? X’inhu l-ammont minimu eżatt li għandu jitħallas għal din il-konsulenza f’termini tal-kuntratt? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ din id-direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija kkonċernata ngħatat direct order mill-MFSA fuq il-parir taċ-Chairman abbażi tal-kredenzjal partikolari tar-rappreżentant ewlieni ta din il-kumpanija.
Dan il-kuntratt ingħata sabiex l-MFSA tingħata pariri dwar ‘policy issues’ li għandhom x’jaqsmu ma l-industrija tas-Servizzi Finanzjarji fl-isfond tal-Presidenza.
L-ammont ikkuntratta huwa ta €950,000. Dan jeskludi ħlas tal-VAT, spejjeż fuq l-ivjaġġar, akkomodazzjoni u spejjeż oħra.
Dan il-kuntratt ġie ffirmat fl-1 ta Settembru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin nisa u rġiel li jaħdmu bi qliegħ waqt li jkunu qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs? Jista’ jgħid x’inhuma l-impjiegi li ngħataw u kemm qed jitħallsu? Kemm hemm ħabsin nisa li kienu qegħdin jaħdmu għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jfiehem x’inhu l-arranġament mal-persuna imsemmija? X’rabta għandu dan l-arranġament mal-fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid kemm u kif ġew imħallsin? Jista’ jgħid min huwa nkarigat biex jissalvagwardja d-drittijiet ta’ dawk il-ħaddiema li jkunu l-ħabs imma jaħdmu? Jista’ jgħid kemm jiswew l-oġġetti kollha li jinsabu għall-bejgħ fil-ħanut tal-ħabs?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm numru konsiderevoli ta’ priġunieri li jingħataw xogħol fil-ħabs stess. Dan in-numru jvarja minn jum għall-ieħor. Il-Priġunieri jagħmlu xogħolijiet li jvarjaw inklu¿ xogħol ta’ tindif, u xogħol ta’ snajja bħal jassistu l-mastrudaxxa, l-electrician u bennejja, xogħol fil-kċina, bakery u stores tal-Faċilità. Dawn jitħalsu skond ir-regolamenti tal-Ħabs.
Hemm ukoll priġunieri li jagħmlu xogħol ta’ assemmblaġġ fost oħrajn għal żewġ kumpaniji privati. Dawn jitħalsu b’rati stabiliti skond l-ammont ta’ xogħol li jaħdmu.
Ma kien hemm ebda priġunieri jaħdmu għal dik il-persuna li dettalji tagħha ingħataw separatament. Numru ta’ prigunieri ngħataw l-opportunità li jitagħlmu s-sena tal-ħjata tal-purtieri u f’dan il-proċess huma għamlu xi xogħol għal xi dipartimenti tal-Gvern.
L-arranġament mal-persuna u l-Fondazzjoni msemmija kien li dawn kienu qed jiffaċilitaw u jimmaniġjaw il-proġett u anke billi għamlu donazzjoniiet ta’ magni tal-ħjata, dawn ma ingħataw l-ebda ħlas. Id-drittijiet tal-priġunieri kollha inklu¿ dawk li jaħdmu, huma imħarsa skond ir-regolamenti tal-Ħabs.
Fil-ħabs ma hemmx ħwienet li jbiegħu oġġetti lill-persuni barra l-ħabs.
To ask the Minister, why is it that not all school transport have seat belts and furthermore, why is the law on wearing a seat belt not enforced on school transport?
Response (BARTOLO, EVARIST)
I am informed that on minibuses manufactured before 1998, there is no obligation for the minibus to have passenger seatbelts. On minibuses manufactured after 1998, seatbelts are obligatory, and passengers should make use of these seatbelts.
On coaches manufactured before October 2001, there is no obligation for the coaches to have passenger seatbelts. On coaches manufactured after on or after October 2001, seatbelts are mandatory and passengers should make use of these seatbelts.
In both cases, the responsibility of the driver lies in informing the passengers that there are seatbelts provided. It is the passengers’ responsibility to ensure that the seatbelt is worn during transit.
Both minibuses and coaches are issued with a land passenger licence by Transport Malta subject that these conditions and other specified in the Passenger Transport Service Regulations (SL 499.56) are met. Vehicles compliant with this legislation are allowed to operate service under the current agreements between the MEDE and the respective service providers. These agreements refer to transport provided in State Schools only.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23364, jista’ l-Ministru jispjega kemm kien hemm persuni liċenzjati mill-MFSA sal-31 ta’ Diċembru 2015 skont il-kategoriji segwenti: banek; istituzzjonijiet finanzjarji; persuni li jipprovdu servizzi amministrattivi; swieq finanzjarji regolati; kumpaniji tal-assigurazzjoni; intermedjarji tal-assigurazzjoni; skemi ta’ pensjonijiet; skemi ta’ investiment kollettiv; servizzi ta’ investiment; trustees; u provdituri ta’ servizz lil kumpaniji? ? Kemm saru żjarat ta’ verifika ta' compliance għand dawn il-persuni fis-sena 2015 skont il-kategorija ta’ liċenzja? (L-informazzjoni għandha tingħata separatament għal kull kategorija ta’ liċenzja. L-informazzjoni dwar iż-żjarat ta’ verifika ta' compliance m’għandhiex tinkludi ebda informazzjoni dwar ix-xogħol li jitwettaq fl-uffiċċju tal-MFSA bħal desk reviews u tipi oħra ta’ off-site compliance.)
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
L-MFSA qed jinfurmawna li l-istatistika mogħtija fi tweġiba għal PQ23364 kienet żbaljata u għalhekk ma taqbilx ma din ir-risposta.
MFSA – għoti ta’ direct order lil kumpanija ta’ avukati barranin
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23015, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MFSA tatx direct order lill-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew lill-kumpanija ta’ avukati barranin li hija membru ta’ din l-entità? Jista’ jgħid jekk din l-entità hijiex se tkun qed tagħti assistenza fir-rigward tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-financial services? Jista’ jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa l-partner li se jkun responsabbli għall-ħidma? Jista’ jikkonferma li l-għażla ta’ din l-entità twettqet miċ-Chairman tal-MFSA wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru? Jista’ jgħid kif ġiet magħażula din il-kumpanija? Jista’ jgħid jekk ġewx ikkunsidrati entitajiet oħrajn għal dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, liema entitajiet kienu kkunsidrati u għaliex ma ntgħażlux? Jista’ jikkonferma li din il-konsulenza se tiswa aktar minn miljun ewro? X’inhu l-ammont minimu eżatt li għandu jitħallas għal din il-konsulenza f’termini tal-kuntratt? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ din id-direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
MFSA – konsulenza fuq dokument ta’ strateġija dwar is-Servizzi Finanzjarji
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23017, jista’ l-Ministru jgħid jekk matul il-perjodu msemmi, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tax konsulenza lill-MFSA fuq dokument ta’ strateġija tal-Prim Ministru dwar is-servizzi finanzjarji?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jispjega kemm kien hemm persuni liċenzjati mill-MFSA sal-31 ta’ Diċembru 2015 u kemm kien hemm żjarat ta’ verifika ta’ compliance għand persuni liċenzjati fis-sena 2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuża hawn taħt:
Sena 2015
Numru ta Licenzji848
Numru zjara għall-verifika ta compliance131
Noti:
1) Dawn in-numri jinkludu licenzji ta’ u zjarat lill-banek, istitutuzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji u intermedjarji tal-assigurazzjoni, skemi ta’ pensjonijiet, skemi ta’ investiment kollettiv u servizzi ta’ investiment,
trustees
u
corporate service providers.
2) Kull zjara ta’ verifika tinkludi numru ta’ ufficjali u ddum medja ta’ hamest ijiem. F’certi kazi dawn iz-zjarat jistghu jestendu ghal diversi gimghat.
3) Barra miż-żjarat ta' compliance fuq imsemmija kien hemm wkoll il-fuq minn
450
laqghat ohra ta’ verifika (
supervisory meetings
) ma’ entitiajiet licenzjati li saru fl-MFSA matul l-istess sena, kif ukoll wkoll
ghaxar
zjarat ta’ verifika ohra lil
financial
u
non-financial counterparties
skont il-
European Markets Infrastructure Regulation.
4) Il-figuri moghtija hawn fuq ma’ jikludux in-numru ta’ registrazzjonijiet ta’ intermedjarji marbuta fl-assigurazzjoni peress li ir-responsabbilita’ ghall-verifika ta’
compliance
fir-rigward ta’ kataegoriji ta’ intermedjarji marbuta principalment mal-kumpannija regolata awtorizzata li tappunthom, u dan
ai termini
tas-sub-artikolu 37(9) tal-Att dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni (Kap.487) u tal-artikolu5 tar-Regola 7 tal-2007 li harget tah dan l-Att.
5) Il-figuri moghtija ma jinkludux informazzjoni dwar Provdituri ta’ Servizz lil Kumpanniji (Company Service Providers) peress li l-ewwel registrazzjonijiet taht il-ligi rispettiva bdew isiru mit-tieni nofs tal-2014 u ghalkemm in-numru ta registrazzjonijiet ilahhaq 61 gew in-numru ta zjarat fil-2015 kien ta sebgha, minhabba li f’hafna kazi ghadu kmieni wisq biex issir compliance visit.
To ask the Minister whether nurses are allowed to use their uniforms outside a hospital setting? Do nurses travel to and from hospital wearing their uniforms? Can the Minister consider using uniforms as a means of Isolation rather than Identification? Can steps be taken so that all nurses and staff who come into contact with patients, leave their work clothes in the hospital and change into everyday clothes when they go outside? Can the Minister consider that the laundry of these uniforms be centralised so that standard procedures for disinfection are followed?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dress code policy tal-infermiera kienet iddaħħlet fis-sehh fl-2006, meta kien għadu miftuħ l-Isptar San Luqa. Bħalissa qed isir revizjoni ta’ din il-policy sabiex tirrifletti s-sitwazzjoni tal-lum.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Malta Financial Services Authority (MFSA) tat direct order lill-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jikkonferma li din id-direct order hi għall-konsulenza fuq European Affairs? Jista’ jikkonferma li l-għażla ta’ din l-entità twettqet miċ-Chairman tal-MFSA wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru? Jista’ jinforma lill-Kamra kif ġiet magħżula din il-kumpanija? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk ġewx ikkunsidrati entitajiet oħrajn għal dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, liema entitajiet kienu kkunsidrati u għaliex ma ntgħażlux? Jista’ jikkonferma li din il konsulenza se tiswa aktar minn miljun euro? X'inhu l-ammont minimu eżatt li għandu jitħallas għal din il-konsulenza f’termini tal-kuntratt? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ din id-direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-MFSA ma tat l-ebda direct order fir-rigward ta’ European Affairs lill-kumpanija imsemmija.
Ħ’Attard – Restawr tal-Palazz tal-President ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Malta Financial Services Authority (MFSA) tat miljun euro lill-Uffiċċju tal-President ta' Malta biex tirrestawra l-palazz f’Ħ'Attard? Jista' jikkonferma li din id-deċiżjoni saret miċ-Chairman tal-MFSA wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-MFSA ma għamlitx għotja ta’ miljun euro lill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta. Wara konsultazjoni mal President ta ‘ Malta, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u entitajiet oħra, l-MFSA, bl-approvazzjoni tal-Bord tagħha, qablet li tiffinanzja ir-restawr tal-palazz ta’ San Anton bi spiża massima ta’ miljun euro mifruxa fuq sentejn, jiġifieri 2015 u 2016. L-MFSA tħoss li għandha tagħti sehma biex tikkonserva l-wirt storiku ta pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Malta Financial Services Authority (MFSA) tat direct order lill-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid kemm ilu konsulent, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tal-MFSA/MFSC? Kemm tħallas matul is-snin 2013, 2014 u 2015? Jista’ jikkonferma li din id-direct order tinkludi xogħol għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Peter Astleford, rappreżentant tal kumpanija internazjonali Dechert LLP, m'huwiex ingaġġat b’kuntratt fiss ta’ konsulenza mal-MFSA. Minn żmien għall-żmien, l-MFSA ikollha bżonn ta’ pariri legali internazzjonali, partikolarment fuq Direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq ir-regolazzjoni fis-swieq finanzjarji u l-ahjar prassi b’liema dawn ghanhom jkunu mwettqa. Dechert LLP hija wahda mil-kumpaniji uzati mill-MFSA, skond l-ispecjalizzazjoni li jkollha bzonn. Is-servizz tal-kumpanija Dechert LLP ilu jigi uzat mill-MFSA sa mis-sena -1999. Matul s-snin 2013 – 2015 Dechert LLP thallsu s-somma ta’ €106,737 fl-2013, €87,029 fl-2014 u €104,794 fl-2015 ghas-servizzi taghhom. Dan l-ammont ma jinkludi ebda nefqa għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-Nazzjonijiet Uniti (UN) talbitx lill-Malta biex tospita l-Awtorità Libjana li għandha l-barka tagħhom biex tifforma Gvern ġdid biex titmexxa l-Libja? Jekk iva, kemm-il darba saret din it-talba u x’kienet it-tweġiba tal-Gvern Malti?
Response (VELLA, GEORGE)
Ir-relazzjoni ta’ Malta mal-awtoritajiet tal-Ġnus Magħquda, u mar-rappreżentanti tagħhom għal-Libja, kemm Bernardino Leon kif ukoll Martin Kobler, dejjem kienu mill-aħjar.
Dwar is-sitwazzjoni fil-Libja matul iż-żmien kien hemm ħafna żviluppi. Mhix prassi internazzjonali li diskussjonijiet bħal dawn isiru pubbliċi.
Jekk u meta jkun hemm xi żviluppi dawn isiru magħrufa lill-pubbliku.
Invista tal-fatt li Transport Malta flimkien mal-Gozo Business Chamber ikkummissjonat l-istudju dwar il-vijabilità ekonomika tal-mina proposta taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex ser tikkummisjona l-istudju ġeoloġiku konness ma’ din il-mina? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid hux ser toħroġ sejħa pubblika għall-offerti u fil-każ meta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan huwa li tiġi ppublikata sejħa biex isiru studji ġeoloġiċi. Id-data ta’ publikazzjoni ta’ din is-sejħa għad triq tiġi stabbilita.
Berġa ta’ Kastilja – proġett tas-sistema tad-dawl mal-faċċata
Question
Fir-rigward tal-ħsara li jidher li ġarrbet il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja mill-istallar tas-sistema tad-dawl il-ġdida, jista’ l-Prim Ministru:
(a) jagħti spjegazzjoni fuq liema kredenzjali għal xogħol fuq bini ta’ din ix-xorta intgħażel il-kuntrattur? Ħarġet
tender
? Kienet
direct order
? Min kienu l-esperti fuq il-Bord li ddeċieda min jaħdem fuq dan l-edifiċju storiku?;
(b) jagħti spjegazzjoni ta’ kif u minn min saru l-applikazzjonijiet mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?;
(c) jagħti l-ispjegazzjoni li ngħata minn min kien responsabbli u x’kienu l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permess? Intalbet
bank guarantee
għal li jista’ jkun il-kuntrattur ma jimxix mal-kundizzjonijiet? Il-kuntrattur mexa mal-kundizzjonijiet tiegħu? Jekk le, x’passi ttieħdu fil-konfront tiegħu?;
(d) jista’ jgħid xi ħsara saret fil-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja u jekk hux se tiġi msewwija;
(e) jista’ jgħid kemm se jiġi jiswa r-restawr tal-ħsara li saret?;
(f) jista’ jgħid jekk saritx applikazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għar-restawr li hemm bżonn isir mill-ġdid sabiex il-ħsara li saret tittranġa?; u
(g) jista’ jgħid min se jħallas għal dan ir-restawr?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill Onor Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
CHOGM – preparazzjoni u avvenimenti – nefqa totali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi n-nefqa totali li tkopri l-preparazzjoni u l-avvenimenti kollha marbuta maċ-CHOGM? Jista’ jagħti break down dettaljata tan-nefqa? Jista’ jagħti stima ta’ kemm telf ta’ xogħol se jiswa dan l-avveniment lill-pajjiż minħabba l-għeluq tal- Università, telf ta’ ġranet tal-iskola u għeluq ta’ toroq?