Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34284 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti ta' l-Appell — Kawżi Ċivili Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ċivili pendenti - u li għadhom ma ġewx appuntati - quddiem il-qorti ta' l-appell? Kemm ilhom li ġew reġistrati dawn l-appelli fir-reġistru tal-qorti? Meta ġew iffissati l-aħħar appuntamenti u dwar kemm kawżi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` kawżi ċivili pendenti quddiem il-Qorti ta` l-Appell huwa ta` 519. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-mejda tal-kamra. Għat-tielet parti ta` l-interpellanza l-aħħar kawzi li ġew appuntati kienu sitta, u dawn bejn is-17 ta` Mejju, 2002 u t-12 ta` Ġunju 2002.
Leg 9 PQ #34101 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bejgħ ta' Tiġieġ Frisk — Permessi

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'permessi għandu bżonn xi ħadd li jbigħ tiġieġ (maqtula) friski minn tiegħu stess? X'tibdil hemm previst f'din l-industrija ladarba Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fil-preżent, persuni li jrabbu tiġieġ u jbiegħuhom huma stess għandhom ikollhom trading licence, liema liċenzja jkollha l-kundizzjonijiet meħtiega mid-dipartimenti konċernati. Ghar-rigward tal-futur, kull produttur irid ikun reġistrat u liċenzjat mad-Diviżjoni ta' l-Ikel u Attivita' Veterinarja biex tkun assigurat il-ħarsien tas-saħħa tal-konsumatur.
Leg 9 PQ #33986 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet jew se tieħu l-Enemalta biex tiġi imsaħħa l-provivsta ta' dawl fl-inħawi tal-Bidni f'Ħaz-Zabbar/Wied il-Għajn? Billi hemm diversi ilmenti minn residenti dwar provvista baxxa tad-dawl li qed toħloq inkonvenjent lir-residenti, possibbli l-Enemalta tieħu l-passi meħtieġa biex din il-problema tiġi riżolta u biex ir-residenti jkunu infurmati dwar xi pjanijiet għandha l-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Zabbar — Mediatrix Square

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qed isiru f'Mediatrix Square, Zabbar humiex isiru mill-gvern? Jekk iva, meta nbeda x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li qed isir f'Mediatrix Square, Zabbar qed isir mill-Kunsill Lokali. Ix-xogħol f'din il-pjazza beda f'Awisssu 2001 u għandu jitlesta sa Awissu 2002.

Zabbar — Pjazza s-Sliem

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qed isiru fi Pjazza s-Sliem, Zabbar humiex qed isiru mill-gvern? Jekk iva, meta inbeda x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li qed isir fi Pjazza s-Sliem, Zabbar, qiegħed isir mill-Kunsill Lokali. Ix-xogħol f'din il-pjazza kien parti minn xogħlijiet li saru mill-Kunsill fi Triq is-Santwarju u hu maħsub li jitlesta sal-bidu ta' Awissu 2002.

Zabbar — Triq Spadaro

Question

Jista' l-Ministru permezz tar-roads department jidħol biex jagħmel patching ta' Triq Spadaro Zabbar għax minkejja li din taqa' taħt il-kunsill lokali tinsab fi stat ħażin ħafna? Billi din it-triq hi waħda prinċipali possibli r-roads department jikkunsidra li jagħmel il-patching hu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jagħmel inspection fit-triq sabiex ikun jista' jiġi kwantifikat ix-xogħol li jrid isir kif ukoll minn min għandu jsir.

Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux possibli l-awtorita' għat-trasport pubbliku tikkunsidra li terġa tressaq il-bus stop, għal mal-ġemb tal-knisja parrokkjali f'Mediatrix Square (ħdejn il-mużew tal-knisja parrokjali) fejn kien oriġinarjament peress li mindu tresssaq għal Labour Road, f'Ħaz-Zabbar, jinsab ftit 'il bogħod minn fejn kien oriġinarjament bosta anzjani li qabel kienu jsibu l-bus stop ħdejn il-knisja konvenjenti issa qed issibuha diffiċli jimxu sal-bus stop il-ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li kien sar xogħol biex isebbaħ il-Pjazza Mediatrix irriżulta li ma kienx aktar possibli li l-bus stop jibqa' fejn kien. Għaldaqstant, tressaq fi Vjal Labour. Ta' min ifakkar li ftit l-isfel fi triq is-Santwarju hemm il-venda kif ukoll bus stop ieħor faċċata tagħha.
Leg 9 PQ #34004 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti tiegħi jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta jgħid x'passi ħadet l-Enemalta biex Triq is-Santwarju Zabbar tinxtgħel kollha għax s'issa din għadha mhux mixgħula kollha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li din it-triq hija fir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Il-Korporazzjoni Enemalta diga' ipprovdiet il-materjal neċessarju biex tkun tista' tinxtegħel kollha.
Leg 9 PQ #33916 Sitting 751 2002-06-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Public Screening

Question

B'riferenza għall-mistoqsija tiegħi 33027 dwar l-iskema tal-qbiela, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess ta' public screening għall-applikazzjonijiet li jikkonċernaw Wied il-Għajn tlestiex? Jekk iva, meta hu maħsub li jsiru l-kuntratti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proċess ta` public screening għal lokalitajiet kollha f`Malta tlesta fl-aħħar ta` Mejju li għadda. Il-proċess gradwali sabiex ikunu jistgħu isiru l-kuntratti ser jinbeda fil-futur qarib. Bħal ma sar fil-proċess ta` public screening, il-proċess tal-kuntratti ser isir b`mod gradwali lokalita` lokalita`. Ix-xogħol fuq il-lokalitajiet ta` B`Bugia, Marsaxlokk, u Marsaskala huwa maħsub li jibda fil-bidu ta` Lulju. Wieħed irid jifhem pero` li dan huwa proċess ikkumplikat li jinvolvi r-reġistrazzjoni ta` kull biċċa art għand ir-Reġistru tal-Artijiet, spezzjoni fuq kull biċċa art, ir-risoluzzjoni ta` konflitti fl-applikazzjonijiet, it-tfassil ta` pjanti dipartimentali u l-preparazzjoni ta` kuntratt li jkun jieħu ħsieb il-partikolaritajiet ta` kull każ. Dan ix-xogħol kollu, flimkien ma` ħafna xogħol ieħor, irid isir minn ftit nies ta` esperjenza li hemm fid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta`. Għalhekk il-proċess huwa kkalkulat li jieħu fit-tul.
Leg 9 PQ #33917 Sitting 751 2002-06-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet fl-iskema tal-qbiela lokalita' b'lokalita'?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel referenza għar-risposta li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26461.

Kommunikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' mobile telephones, linji tat-telefon fissi, satelliti, cable televisions u internet f'Settembru 1998 u kemm hu llum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta': Settembru 1998 April 2002 Mobile Telephones 21,083 235,770 Linji fissi tat-telefon 190,068 207,640 Abbonati tal-cable 68,149 90,610 Internet Subscribers 46,436 TVRO (Satellite) 4,188 12,650

Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru pelican lights u traffic lights minn Settembru 1998? Wara li jitwaħħlu ssir analiżi ta' l-effett u jekk kienx hemm tnaqqis jew żidiet fl-inċidenti fl-inħawi fejn ikunu twaħħlu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' lokalitajiet fejn ġew installati pelican lights u traffic lights minn Settembru 1998. B'kollox ġew installati 67 pelican lights, 3 huma traffic lights, u waħda li hija kemm traffic light kif ukoll pelican light. It-tħaddim u l-operat ta' dawn il-junctions ikun qiegħed jiġi mmoniterjat u aġġustamenti fil-programm tagħhom isir skond il-prijoritajiet.

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' vetturi reġistrati f'Settembru 1998 u kemm hu llum? Jista' jgħid kemm ġew karozzi ġodda minn Settembru 1998 sa issa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej: Vetturi rreġistrati f'Settembru 1998 253,059 Vetturi rreġistrati f'April 2002 293,026 Minn Settembru 1998 sa April 2002 ġew impurtati u rreġistrati 43,450 vetturi ġodda.

Sleeping Policemaen

Question

Billi rċevejt diversi lmenti minn għadd ta' residenti dwar sleeping policeman fi Triq San Gwakkin, Wied il-Għajn, li saret dan l-aħħar, jista' l-Ministru jgħid jekk din sarietx bil-permess tat-traffic control board? Jekk le, possibbli jittieħdu passi biex din titneħħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-road hump fi Triq San Gwakkin, Wied il-Għajn, li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant saret bl-approvazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku (Illum id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku). Minn spezzjoni riċenti tas-sit irriżulta li numru ta' sinjali u marki tat-toroq li għandhom isiru bħala parti integrali mill-installazzjoni ta' road hump kien u għadhom ma sarux. Id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ħa passi meħtieġa u informa l-Kunsill Lokali u dawn għandhom isiru immedjatament.
Leg 9 PQ #33760 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Sir Robert Sammut Hall

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni dwar l-użu ta' Sir Robert Sammut Hall fil-Floriana? Meta hemm il-ħsieb li din is-sala tibda tintuża b'mod differenti milli qed tintuża bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-bini Sir Robert Sammut Hall ser jintuża bħala Ċentru Nazzjonali tal-Litteriżmu. Studenti, għalliema u ġenituri se jibdew jużaw dan iċ-Ċentru għal ħafna attivitajiet li joħorġu mill-inizjattivi marbutin mal-litteriżmu fil-gżejjer Maltin. Is-sular ta' isfel sejjer jipprovdi s-servizzi kollha ta' tħejjija u appoġġ, filwaqt li s-sala ta' fuq se tkun spazju għal użu varju ('multipurpose') skond in-natura ta' kull attivita`. Wara li l-bini kollu minn barra kien restawrat, bħalissa għaddej xogħol estensiv ta' tibdil fuq ġewwa. Ix-xogħol fis-sular ta' isfel (basement) riesaq lejn tmiemu. Is-sala ser tiġi restawrata u adatata mingħajr ebda ħsara lil dan il-wirt. Din il-biċċa xogħol delikata, skond pjani approvati, mistennija tibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #33860 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex minn Settembru 1998 'l hawn? Jista' jgħid kemm qasmu karozzi? Kemm kien l-ammont ta' vjaġġi li saru?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba, li tkopri l-perjodu bejn Settembru 1998 u l-5 ta' Mejju ta' din is-sena hija kif tidher hawn taħt: PERJODU VETTURI PASSIĠĠIERI VJAĠĠI Settembru 1998 60,444 290,564 1,845 Ottubru 1998 - Settembru 1999 658,970 2,969,685 20,016 Ottubru 1999 - Settembru 2000 713,514 3,021,023 21,809 Ottubru 2000 - Settembru 2001 789,426 3,172,410 21,741 Ottubru 2001 - Mejju 2002 351,876 1,298,718 9,740
Leg 9 PQ #33861 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investiment sar mill-1999 'l hawn biex issaħħet il-provista tad-dawl? Liema huma l-postijiet fejn l-Enemalta qed tippjana li tibni substations biex issaħaħ il-provisti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.