Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' TB f'Malta tul l-2001 u sa l-10 ta' Awissu 2002? Kemm minn dawn kienu Maltin u kemm stranjieri? Kemm minn dawn il-każi kienu klandestini li nqabbdu Malta bla permess?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-każijiet ta' tuberkolosi rrapurtati lit-Taqsima Tħaris tal-Mard huwa skond it-tabella ta' hawn taħt
Sena
Resident
Każ
ijiet ikkonfermati
Residenti
Każ
ijiet pendenti
Mhux Residenti
Każ
ijiet ikkonfermati
Mhux Residenti
Każ
ijiet pendenti
2001
13
0
3 (0 klandestini)
0
2002
(sa 10 ta' Awwissu)
10
4
4 (4 klandestini)
2 (1 klandestin)
Jista' il-Ministru jgħid fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li neħħa s-somma (gratuity) fl-1979, persuna li bdiet taħdem il-Maltacom (dak iż-żmien Telemalta) fl-1 ta' Settembru tan-1978 u spiċċat fl-1999 għandha dritt għal xi parti mis-somma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-appointment ta' linesmen wara li l-applikanti segwew b'suċċess kors ta' sitt xhur fit-training centre ta' l-Enemalta f'M'Xlokk? Billi dan il-kors intemm madwar sitt xhur ilu u l-applikanti baqgħu bla risposta jista' jinfurmani x'inhi l-pożizzjoni ta' dawn l-applikanti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kors li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien kors ta' taħriġ ta' linesman li għalih attendew erba' ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta. Tajjeb jingħad li fl-aħħar tal-kors, il-ħaddiema kkonċernati kellhom joqgħodu għal Trade Competency Test imħejji apposta mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Ħadd minn dawn il-ħaddiema ma kkwalifika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uniformijiet għall-iskejjel primarja tal-Mosta humiex se jinbidlu u jekk jinbidlu mill-liema klassijiet se jibdew jinbiddlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li l-uniformi ta' l-iskejjel primarji tal-Mosta ser tinbidel kif ġej:
1) Skola A b'mod obbligatorju għat-tfal tal-Year 1 biss;
2) Skola B b'mod obbligatorju għat-tfal tal-Year 4 biss.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 34843 possibli d-drainage department jinnota li l-inkonvenjent imsemmi jinxtamm l-aktar f'nofs Triq San Ġużepp fil-parti ta' triq li hi mħarrbta u li tgħaqqad iż-Żejtun ma' Ħaż-Żabbar? Possibli d-drainage department jagħmel inspection fuq il-post ħalli jikkonferma dan l-inkonvenjent u possibilment jirrimedja s-sitwazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant hemm discharge point u r-riħa li tinxtamm kull meta jkun qiegħed isir tbattil minn xi bowser. Ta' min isemmi illi din id-discharge point ġiet imressqa reċentement għax kienet aktar lejn l-abitat. Peress illi f'din it-triq għaddejja l-mina li twassal id-drenaġġ lejn Wied Għammieq mhux possibbli illi jinstab post aktar adattat għal din id-discharge point.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li d-dipartiment tad-drenaġġ jinvestiga u jirrimedja r-riħa qawwija tinten li ħierġa mis-sistema tad-drenaġġ li hemm fi Triq San Ġuzepp, Żabbar (fil-parti tat-triq li tgħaqqad iż-Żejtun ma' Ħaż-Żabbar) li qed tkun ta' inkonvenjent kbir għad-diversi residenti li hemm fl-inħawi? Billi din ir-riħa qed tinxtamm minn diversi zoni residenzjali ta' l-inħawi possibli jsiru spezzjonijiet u s-sitwazzjoni tiġi rimedjata? X'inhu jikkawża dawn l-irwejjaħ u x'inhi s-soluzzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ma daħallux rapport ta' rwejjaħ fi Triq San Ġużepp, Żabbar. Għaldaqstant, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika fejn eżatt hemm l-inkonvenjent msemmi billi din it-triq hija twila ħafna. Jekk il-każ huwa li r-riħa tinxtamm fin-naħa taż-Żejtun, din tista' tkun peress illi hemm discharge point tad-drenaġġ fejn ibattlu l-bowsers.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jistenna t-traffic control board biex jawtorizza u jara li jsiru traffic lights fil-by-pass ta' Wied il-Għajn (Triq il-Latmija) fil-parti ta' Triq San Ġużepp, Żabbar? Billi Triq San Ġużepp, Żabbar tinqasam bil-by-pass u billi huwa perikoluż ħafna biex taqsam din il-by-pass, x'inhi r-raġuni li dawn it-traffic lights baqgħu ma sarux minkejja diversi talbiet, fosthom anki mistoqsijiet parlamentari tiegħu stess? Billi minn din il-parti tal-by-pass ta' kuljum jaqsmu għadd ta' nies, fosthom tfal fi triqthom għall-iskola possibbli dawn il-lights isiru immedjatament qabel ma jiġri xi inċident fatali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed jikkunsidra li ż-zebra crossing li hemm fil-viċinanza tiġi spostata u tinbidel f'pelican crossing, peress li biex issir pelican crossing ħdejn Triq San Ġużepp tkun perikoluża minħabba l-kisra li hemm fil-bypass ta' Marsaskala f'din il-lokalita'.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess ta' tender biex issir Triq l-Imriekeb, Wied il-Għajn? Meta bejn wieħed u ieħor hu maħsub li se jibda x-xogħol f'din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ħareġ sejħa għall-offerti għax-xogħol li għandu jsir fi Triq l-Imriekeb f'Wied il-Għajn u t-tender qiegħda fil-proċess li tiġi aġġudikata sabiex ix-xogħol ikun jista' jinbeda.
Jista' l-Ministru jgħid jekk student fl-Institute of Health Care li spiċċa b'success il-kors ta' Certificate in Nursing Practice u li kompla jistudja u spiċċa b'suċċess Diploma on Nursing Studies, jibqax jieħu stipdenju jekk ikompli jistudja għall-sentejn oħra biex iġib BscNursing Hons.
Dan l-istess student ikollu jintrabat b'kuntratt ieħor biex ikun jista' jkompli l-istudji għall-Bsc Nursing Studies?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li l-istudenti fl-Institute of Health Care li għamlu l-kors ta' Certificate in Nursing Practice u Diploma in Nursing Studies tħallsu mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Infurmat ukoll li student li għamel il-kors ta' Certificate in Nursing Practice u Diploma in Nursing Studies u li jkompli l-istudji għall-B.Sc. Nursing (Hons) billi jidħol fit-tielet sena tal-kors ikun intitolat għall-Maintenance Grant skond l-Avviż Legali 165, sakemm ma jkunx għamel xi kuntratt mad-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid minn hu kompost il-Malta Stamp Design Advisory Committee? Meta iltaqa dan il-kumitat biex jiddeċiedi x'bollol se joħroġ għas-sena 2003 u liema membri kienu preżenti għal kull laqgħa? X'inhuma t-tieni magħżula għas-sena 2003? Jikkonfermax il-ministru li minkejja li s-sena d-dieħla hija s-sena Ewropea għall-persuni b'diżabilita' dan il-kumitat irrifjuta li joħroġ bolla biex tikkommemora dan l-avveniment minkejja li kien hemm talba tal-kummissjoni persuni b'diżabilita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-iStamp Design Advisory Board hu magħmul minn:-
Mr Anthony Pavia - Chairman
Mr Noel Gauci - Segretarju
Mr Dominic Cutajar - Membru
Mr John Mizzi - Membru
Mr John Bonnici - Membru
Mr Anthony Fenech - Membru
Mr Tony Barbaro Sant - Membru
Dr John Mercieca - Membru
Dr Vincent Depasquale - Membru
Il-Bord iltaqa' fil-5 ta' Ġunju 2002 biex ifassal il-programm għas-sena 2003. Għal din il-laqgħa kienu preżenti l-membri kollha, ħlief is-Sur John Mizzi u Dr John Mercieca.
It-temi magħżula għas-sena 2003 huma:-
Jannar - Definittiv Valuri Ġodda
Frar - Vetturi Klassiċi
Marzu - Arkitettura Militari
April - San Ġorġ fil-Pittura
Mejju - Ewropa u Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar
Ġunju - Ġublew ta' l-Inkurunazzjoni - Elizabetta II
Awissu - Arzell tal-Baħar - Miniature Sheet
Settembru - Storja Marittima
Ottubru - Imtieħen tar-riħ
Novembru - Milied
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, it-talba ġiet diskussa flimkien ma' ħafna talbiet oħrajn minn l-iStamp Advisory board, iżda ma ntlaqgħetx minħabba diversi raġunijiet, fosthom li fl-1981 ġa kien inħareġ sett li jfakkar is-Sena għal Persuni b'Diżabilita'. Ta' min isemmi wkoll li kemm il-darba saru Machine Slogans postali u timbri ta' l-idejn li fakkru diversi attivitajiet ta' persuni b'diżabilita'.
Ta' min isemmi wkoll li l-għażla tat-temi tkun bażata fuq l-appell tagħhom għal kollezzjonisti u filatelisti, kemm Maltin kif ukoll barranin, u wkoll fuq kif jippromwovu lil pajjiżna.
Jista' l-Ministru jgħid kif u fuq liema kriterji jitqassam ix-xogħol tat-trasport tat-tfal ta' l-iskejjel? Lil min ġie allokat ix-xogħol ta' trasport għal outings, sports day u l-ġimgħa tal-karrieri? Jista' jagħti lista ta' min ingħata x-xogħol matul l-2001 u matul is-sena 2002 (sa 1 ta' Lulju 2002)?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li x-xogħol tat-trasport tat-tfal ta' l-iskola jitqassam, kif dejjem ingħata kull sena, lit-tliet uffiċċji, l-Għaqda tal-Mini Buses, ix-Scheduled Bus Service u l-Unscheduled Bus Service, kemm jista' jkun viċin ta' dak tas-snin ta' qabel.L-iSports Day, kemm fl-2001 u kemm fl-2002 ingħatat lil Unscheduled Bus Service li għandhom vetturi kbar minħabba n-numru kbir ta' tfal li jattendu għal din l-attivita`.
Informat ukoll li kull skola tiddeċiedi hi lil min tqabbad għal Outings u waqt il-Ġimgħa tal-Karrieri.
Billi jien infurmat minn xi wħud li irċivew fuljett mal-kont tad-dawl u l-ilma li jirreklama airconditions, water filtration systems u solar water heater, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux prattika li mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma jintbagħtu reklami? Jekk iva, il-water services corporation tithallas ta' dan is-servizz? Kemm hu l-ħlas li irċiviet jew se tirċievi? Kif issir l-għażla dwar lil min jingħtbat dan is-servizz?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li xi żmien ilu, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet ħarġet sejħa għall-offerti li fiha offriet li bi ħlas jintbagħtu reklami mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Għal din is-sejħa ma kienx hemm konkorrenza.
Dan l-aħħar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet avviċinata minn kumpanija privata li talbet li tagħmel użu minn dan is-servizz. Il-Korporazzjoni għamlet ftehim ma' din il-kumpanija. Ma naħsibx li jkun fl-interess tal-Korporazzjoni li d-dettalji, inklużi dawk ta' natura finanzjarja, jiġu ppubblikati għaliex b'hekk tista' tippreġudika negozjati oħra għal servizzi simili. Naturalment meta t-talba għal reklamar simili tiżdied, il-Korporazjoni tkun lesta li terġa' toħroġ sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid possibli jsir sforz biex jinstab medical file li d-dettalji tiegħu qed under seperate cover għax wara li dan il-pazzjent kellu appuntament il-health centre ta' Raħal Ġdid fit-3 ta' Ġunju meta fit-3 ta' lulju reġa kellu appuntament ieħor ġie nfurmat li l-file kien intilef?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-file instab u qiegħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta` Raħal Ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid liema minn dawn it-toroq li tlestew dan l-aħħar saru b'mod li huma accessibli skond il-ligi dwar Opportunitajiet Indaqs:
Triq il-Belt Valletta, Mosta
Id-Dahla għall-Imgarr
Il-by pass ta' Penbroke
Triq Psaila, B'Kara
Triq l-Imdina, Qormi
It-Telgha ta' G'Mangia
Triq l-Imdina, Attard
Triq il-Mosta, San Pawl il-Bahar
Tiq Hal-Far
Triq il-Kosta
Triq il-Marfa
Triq il-Menqa taċ-Ċirkewwa
Triq Reġjonali
Triq San Maison
Ix-Xatt tal-Gzira
Ix-Xatt tas-Sleima?
Jista l-Ministru jgħid jekk ir-roads department izommx kuntatt mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' biex kemm jista' jkun it-toroq li jagħmel ikunu aċċessibli għall-persuni b'diżabilita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fit-toroq kollha li jkunu qed jinbnew, inklużi dawk imsemmija mill-Onor. Interpellant, mid-Direttorat tat-Toroq isir mill-aħjar biex ikunu saru b'mod aċċessibli skond il-liġi dwar l-opportunitajiet indaqs.
Id-Direttorat għat-Toroq qiegħed f'kuntatt attiv mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' biex ir-regoli tal-Kummissjoni jkunu mplimentati fuq ix-xogħlijiet tat-toroq u sabiex fejn dawn ma jkunux jistgħu jitwettqu jkun deċiż x'inhu l-aħjar li jsir.
Billi dan l-aħħar tħabbar li ġew irranġati u imsebbħa l-uffiċji reġjonali tas-Sigurta Soċjali ta' Haż-Żebbuġ, Paola, Haż-Żabbar, Bormla, Mosta, Naxxar u Rabat, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx minn dawn l-uffiċji li huma aċċessibli skond il-liġi Opportunitajiet Indaqs? Hemm xi pjan biex fejn hu possibbli l-uffiċini tas-Sigurta Soċjali jsiru aċċessibli għall-persuni b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali qiegħed jaħdem fuq programm ta' refurbishment fuq l-uffiċini distrettwali tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali li għandu madwar Malta. Fl-uffiċini ndikati mill-Onor. Interpellant li fihom tlesta dan ir-refurbishment ingħatat priorita' u ġie żgurat li dawn ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'.
Fejn hu possibbli, din il-policy ser tibqa' tiġi addottata meta jsir ir-refurbishment li mistenni jsir fl-uffiċini distrettwali l-oħra.
Billi dan l-aħħar ġew irranġati u msebbħa il-fergħat tal-Maltapost taż-Żurrieq, Żabbar, Mosta, Balzan, Qormi, Ħamrun, B'Kara u Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-uffiċċji huma aċċessibli għall-persuni b'diżabilita' skond il-liġi dwar Opportunitajiet Indaqs?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn meta l-Maltapost bdiet tirranġa xi fergħat ittieħdu passi biex l-uffiċji jsiru aċċessibli għal kulħadd.
Illum teżisti l-aċċessibilta' fil-fergħat tan-Naxxar, Birkirkara u l-Mellieħa. Ta' min isemmi li din l-aċċessibilta' kienet diġa teżisti f'fergħat oħra, bħal Ħal Balzan u l-Mosta.
Billi dan l-aħħar ġew irranġati u rinovati l-għases ta' Haż-Żebbuġ, Paola, Żabbar, Bormla, Ċirkewwa, Mellieħa, B'Buġia, Safi, Żurrieq, Attard, Fgura, Kirkop, Luqa, Gudja, Żejtun, B'Kara, Rabat u Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-għasses tal-pulizija saru aċċessibli skond il-ligi dwar l-Opportunitajiet Indaqs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fix-xogħol li qiegħed isir fl-Għases hemm maħsub ukoll illi jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex ikun hemm aċċess għalihom minn kulħadd.
Billi dan l-aħħar tħabbar li ġew imsebbħa w irranġati l-ġonna u postijiet ta' rikrejazzjoni f'Tal-Fukla - Attard,
Patri Redent Gauci - Fgura, Binja Vilhena - Floriana, Hal-Dmikki - Għaxaq, Bini tal-Gvern - Kirkop, Bini tal-Gvern - Pieta, Palazz l-Aħmar - Santa Venera, Il-Habs L-Antik - L-Isla u San Pietru - Zabbar, jista l-Ministru jghid jekk dawn il- postijiet humiex aċċessibli skond il-ligi dwar l-Opportunitajiet Indaqs?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġonna msemmija huma responsabbilta tal-Kunsilli Lokali rispettivi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika ta' kemm għandna biology teachers fil-livell sekondarju fl-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u tal-privat?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva. Infurmat li in-numru ta' għalliema li jgħallmu l-Biology fil-livell sekondarju huwa kif ġej:
1) Skejjel ta' l-Istat 54
2) Skejjel tal-Knisja 38
3) Skejjel Indipendenti 9
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34433, jista' jgħid meta se jibda x-xogħol fuq is-substation li se ssir fi Triq is-Suq, Żejtun għaliex ilha ħafna imwiegħda u hemm diversi djar li qed ibatu minħabba provista baxxa ta' elettriku? Billi kawża ta' din il-problema hemm nies tal-business fosthom stampatur li għandhom nies impjegati magħhom li ġieli jkollhom jieqfu mix-xogħol għax jiqfulhom il-makni, meta hu maħsub li jibda dan ix-xogħol? Jista' jintervjeni personalment għaliex ilhom iwedgħuhom snin sħaħ? Vera li l-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġu? Jekk iva, meta ħarġu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta applikat biex tinbena substation f'Misraħ l-Indipendenza ż-Żejtun fis-16 ta' Ottubru 2000 u l-permess relattiv kien ħareġ fl-4 ta' Jannar tas-sena ta' wara. Wara dan il-Kunsill Lokali kien oġġezzjona u għaldaqstant kienet saret applikazzjoni ġdida fl-4 ta' Settembru 2001 biex tinbena substation fi Triq is-Suq. Il-permess għal din l-applikazzjoni kien ħareġ fis-26 ta' Marzu ta' din is-sena. Id-draft agreement ta' l-art wasal f'April li għadda. Ixçxogħol mistenni jibda fl-10 ta' Lulju li ġej.