Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta fl-aħħar issewwi żewġ bozoz li hemm fi Triq Ħas-Sajjied, Żabbar ħdejn ir-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu under separate cover li ilhom maqtugħa ħafna u li minkejja diversi rapporti baqgħu ma issewwewx? Billi f'dawn l-inħawi joqogħdu għadd ta' anzjani, uħud minnhom li jgħixu waħedhom, possibbli li l-ministru jaċċerta li dawn il-bozoz jisewwew fl-iqsar żmien possibli?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtiega u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-water services corporation tieħu ħsieb leakage ta' l-ilma li ilu nieżel ġranet sħaħ fi Triq Wied il-Għajn, Żejtun?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli l-Enemalta tara x'wassal biex imur id-dawl ta' barra fi Triq San Remig, Kirkop? Għalfejn baqa' ma ġiex irranġat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kawża tas-sospensjoni tal-provvista ta' l-elettriku fit-triq imsemmija kien dovut għal ħsara f'cable taħt l-art. Din il-ħsara issewwiet.
Jista' il-Ministru jgħid hux possibbli li l-Enemalta tieħu ħsieb tirranġa bozza maqtugħa li hemm ħdejn ir-residenzi nru. 22 u Fidele House, fi Triq tal-Barrani, Żejtun għax din il-bozza ilha bil-ħsara xahrejn u minkejja diversi rapporti baqgħet ma ġietx irranġata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza li qed issir riferenza għaliha saret fil-15 ta' dan ix-xahar.
Jista' il-Ministru jgħid hux possibbli li d-dipatiment ta' l-agrikoltura u s-sajd jinvestiga ilment li wasalli minn diversi bdiewa li main ta' l-ilma tat-tisqija li kien ħiereġ mill-ġibjun tal-Ħabel l-Abjad, f'Tal Kotob, Żejtun ġie magħluq minħabba xi ħsarat li kellu?
Billi konsegwenza ta' din id-deċiżjoni numru sostanzjali ta' bdiewa baqgħu bla ilma, possibbli jittieħdu passi biex din il-ħsara tissewwa?
Jista' il-Ministru jinvestiga l-fatt li minn meta sar dan il-main, il-bdiewa kienu ilhom jilmentaw ma' l-awtoritajiet konċernati li kien hemm din il-ħsara, liema ħsara tħalliet tiddeterjora sakemm issa sitt snin wara dan il-main ingħalaq?
Jista' jinformani meta se jissewwa dan il-main biex il-bdiewa li diġa` għandhom l-uċuh tar-raba' fosthom patata tax-xitwa u ful ma jsoffrux danni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-main ta' l-ilma tat-tisqija li ħiereġ mill-ġibjun ta' Ħabel l-Abjad ingħalaq sakemm tissewwa l-ħsara li hemm fil-main fi Triq Xrobb l-Għaġin, Misraħ Strejnu limiti taż-Żejtun, u li minbarra l-ħela ta' ilma, kien qiegħed jikkawża ħafna inkonvenjenzi lir-residenti tal-lokal.
Peress li t-tiswija tal-main trid issir mid-Dipartiment tad-Drenaġġ, saret talba biex il-ħsara tissewwa kemm jista' jkun malajr.
Jista' il-Ministru ġentilment jinvestiga u jinformana jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament hijiex reġistrata bħala tabib u għandhiex il-warrant meħtieġ biex taħdem ta' tabib billi din qed tmur. bħala tabib. fid-djar ta' impjegsti ta' kumpannija partikolari li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu wkoll separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mir-Reġistru Mediku għas-sena 2002, jirriżulta li l-persuna huwa tabib bin-numru tar-reġistrazzjoni 793 u ilu rreġistrat bħala tabib mill-25 ta` Frar, 1974.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 36066, jista' il-Ministru ġentilment jgħid fejn se jinbnew dawn it-tliet substations? Min huma l-iżviluppaturi f'kull każ? Fiex jikkonsisti l-proġett f'kull każ?
Żejtun — Persuna li weġġgħet fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru ġentilment jivverifika għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ma reġgħetx ġiet imsejħa biex tidher quddiem il-bord wara li fit-8 ta' Ġunju 2001 kienet weġġgħet fuq il-post tax-xogħol u spiċċat rikoverata l-Isptar San Luqa?
Billi l-aħħar darba li dehret quddiem il-bord kien f'Ġunju ta' din is-sena, meta hu ppjanat li terġa' tissejjaħ quddiem il-bord?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li d-Dipartiment qiegħed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Possibbli Enemalta ġentilment tiċċekkja żewġ bozoz li hemm fi Triq Tar-Rumi, Wied il-Għajn għaliex dawn qed jintfew u jixgħelu minħabba xi ħsarat li fihom?
Billi din hi triq imwarrba, possibbli dawn jiġu rranġati fl-iqsar żmien possibbli għax kelli lmenti mir-residenti li joqogħdu fl-inħawi?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid hemmx il-ħsieb li ssir Triq il-Barumbara, Ħaż-Żabbar għax minkejja li hi ferm abitata għadha fi stat ħażin ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-Triq hija asfaltata u x-xogħol ta' resurfacing li għandha bżonn din it-triq jaqa fl-ambitu ta' xogħol ta' manutenzjoni li jagħmel il-Kunsill, għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Possibbli li l-awtorita` marittima tieħu passi immedjati biex jiġi aċċertat li l-fairway fil-bajja ta' Wied il-Għajn ma tkunx imblukkata peress li hemm sajjieda full-time b'lanċa kbira li ma jkunux jistgħu jgħaddu minħabba li l-fairway tkun imblukkata?
Possibbli l-Ministru ġentilment jinformana x'passi ttieħdu jew se jittieħdu mill-awtorita` marittima?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-talba li saret minn sajjieda full time sabiex ikun hemm fairway ġewwa l-bajja ta' Wied il-Għajn li minnha jkunu jistgħu jidħlu u joħorġu mill-irmiġġ tagħhom u jiżvolġu l-attivita' tas-sajd mingħajr tfixkil, qiegħda tiġi proċessata. Diġa ttieħdu ritratti mill-ajru sabiex jiġu jdentifikati aħjar l-ostakoli u qiegħed jitħejja pjan sabiex ikun hemm aċċess aħjar għal dawn is-sajjieda bl-inqas spostamenti possibli ta' rmiġġi oħrajn. Jonqos biss xi konsultazzjonijiet ma' l-istess sajjieda u dalwaqt toħroġ Notice to Mariners li tistabbilixxi l-kriterji tal-fairway f'din il-bajja.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35620, jista' jinformani fiex wasal il-bini tas-substation biex tiġi msaħħa l-provvista ta' l-elettriku fi Triq it-Tiben, Wied il-Għajn? Fejn se tinbena jew qed tinbena din is-substation? Meta hu maħsub li tkun lesta din is-substation?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minkejja diversi tentattivi li saru, il-Korporazzjoni Enemalta ma rnexxiliex takkwista biċċa art fl-inħawi ta' Triq it-Tiben f'Wied il-Għajn sabiex tinbena substation. Għaldaqstant l-Enemalta daħlet f'negozjati ma' żviluppaturi privati biex jinbnew tlitt substations f'Wied il-Għajn. Kull waħda minn dawn is-substations ser taffettwa l-provvista ta' l-elettriku fit-triq imsemmija.
Naturalment it-tlestija tat-tlitt substations tiddependi mill-iżviluppaturi tal-proġetti li fihom huwa maħsub li jinbnew dawn is-substations. Għal din ir-raġuni l-Enemalta ma tistax tagħti data meta dawn ser jitlestew.
Jista' il-Prim Ministru ġentilment jinformani jekk il-casual typists impjegati mal-gvern u li ilhom hekk għal żmien twil, hemmx il-ħsieb li jsiru tal-post fil-futur qarib? Kemm hemm casual typists impjegati mas-settur pubbliku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li kont tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 35810.
In-numru ta’ “Casual Typists” huwa ta’ 122.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA għandhiex applikazzjonijiet pendenti għall-bini f'biċċa art li hemm quddiem il-ġnien li hemm fi Triq id-Dwiemes, Żejtun? Din l-art (ta' quddiem il-ġnien) għadha green area?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jimmarka fuq site plan il-post li qed jirreferi għalih.
Jista' il-Ministru jinterveni personalment biex Triq ir-Rumi, f'Wied il-Għajn tiġi rranġata għaliex din it-triq kienet inqalgħet biex saret trinka fiha u qatt ma ġiet irranġata sew bil-konsegwenza li llum din tħaffret u tinsab fi stat ħażin ħafna? Billi għall-mistoqsijiet oħra li jien għamilt fil-passat kont ġejt aċċertat li kienu se jittieħdu passi biex din it-triq tiġi rranġata u billi minkejja li għaddew snin baqa' ma sar xejn, possibbli jsir sforz biex qabel tidħol ix-xitwa din it-triq tiġi irranġata? Possibbli r-roads department jinnota li din hi triq dejqa u ma tinvolvix ħafna xogħol u li f'din it-triq minbarra residenti jgħaddu minnha wkoll ħafna bdiewa bil-bejgħa tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari No.19907 u li m'hemm xejn aktar xi nżied magħha.
Jista' il-Ministru jara jekk hux possibli li l-MEPA tgħid x'inhi r-raġuni li parti żgħira minn Triq id-Dwiemes, Żejtun li qed issir bħalissa se tiġi dejqa madwar 18-il pied meta l-kumplament tat-triq hi ferm aktar wiesgħa? Billi lir-residenti qalulhom li din ġiet ippjanata hekk mill-MEPA, hemm raġuni għaliex din il-parti żgħira tat-triq se tiġi daqstant dejqa? X'inhi r-raġuni li l-bankina f'dil-parti dejqa tat-triq se tiġi wiesgħa għal aktar minn metru fuq kull naħa tat-triq? X'passi ttieħdu wara petizzjoni li saret mir-residenti li joqogħdu fil-parti ta' din it-triq u li ġiet ippreżentata lill-MEPA li lmentaw fuq il-fatt li quddiemhom it-triq se tiġi daqstant dejqa? Kif għadha ma saritx it-triq, possibli jittieħdu passi immedjati biex din il-parti tat-triq titwessa ftit ieħor għax hemm min għandu inġenji kbar li ma jistax joħroġhom mill-garaxx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
Il-parti d-dejqa ta` Triq id-Dwiemes, Żejtun ġiet skemata fl-1997, wara talba mis-sidien kollha ta` l-art. Il-wiesgħa tat-triq għandu jkun ta` 8m (26 pied) li jitkejjel minn faċċata għall-faċċata. Dan sar fuq talba ta` dawk li kienu proprjetarji ta` l-art fl-1997. Dwar il-wiesgħa tal-bankina, hija prattika li dawn jiġu ddisinjati b`wisgħa ta` 1.5m (5 piedi) biex ikunu jistgħu jimxu n-nies minn fuqhom mingħajr ma jkollhom jinżlu fil-karreggata. Sabiex titwessa` t-triq, irid ikun hemm qbil mis-sidien kollha kkonċernati, biex jitressaq l-allinjament tal-bini lura. Dwar il-kwistjoni ta` l-inġenji l-kbar, il-MEPA ser tinvestiga l-każ, għaliex il-permessi tal-bini kollha li ħarġu fuq din il-parti tat-triq, kellhom kundizzjoni li l-garaxx jintuża biss minn karozzi privati. Għalhekk, jekk hemm min għandu nġenji kbar fil-garaxx, dan mhux qed isir skond il-permess ta` l-iżvilupp.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li parti żgħira minn Triq id-Dwiemes, Żejtun li bħalissa qed tiġi rranġata se tiġi dejqa madwar 18-il pied meta l-kumplament tat-triq hi ferm aktar wiesgħa? Hemm raġuni għaliex f'din il-parti żgħira tat-triq li se tiġi daqstant dejqa ma ttiħidx imqar pied minn kull naħa tal-bankina la darba hemm bankina wiesgħa aktar minn metru fuq kull naħa tat-triq? X'passi ttieħdu fuq petizzjoni li saret mir-residenti li joqogħdu fil-parti ta' din it-triq li lmentaw fuq il-fatt li quddiemhom it-triq se tiġi daqstant dejqa? Kif għadha ma saritx it-triq, possibli jittieħdu passi mmedjati biex din il-parti tat-triq titwessa' ftit ieħor għax hemm min għandu nġenji kbar li ma jistax joħroġhom mill-garaxx?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi fil-parti li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ix-xogħol sar skond il-linja mogħtija mis-surveyors ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jirrifletti l-iskema tal-bini f'dik iż-żona. Biex il-linja tat-triq tinbidel u t-triq tkun tista' titwessa hemm proċeduri li jsiru mis-sidien tal-propjeta' li tagħti fuq it-triq ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u li s'issa għad qatt ma saru.
Jista` l-Ministru jara jekk hux possibli li jittieħdu passi immedjati biex munzell ta' fdalijiet ta' tarmac li kien fadal żejjed u li tħallas fi Triq Monsinjur Sidor Formosa, F'Tal-Plier, Ħaż-Żabbar jiġi mneħħi għaliex diġa` hemm min qed ikompli jitfa` ż-żibel u l-imbarazz fuqu.
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi l-Awtorita' tat-Trasport għaddiet l-informazzjoni lill-Kunsill ta' Ħaż-Żabbar, sabiex isir it-tindif u jkun żgurat li ma jintefax skart ieħor, peress illi t-tindif tat-toroq lokali jsir mill-Kunsill.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-aħħar hux se issir Triq id-Dwiemes, Żejtun? Jekk iva, meta maħsub li jibda x-xogħol? Kemm hu maħsub li se jiġi jiswa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li diġa ingħata kuntratt lill-kumpanija Asfaltar Ltd. għax-xogħol ta' kostruzzjoni u asfaltar. Ix-xogħol ta' formazzjoni tat-triq u l-bankina tlesta u jonqos biss li jingħata l-asfalt li ser isir f'dawn il-ġranet.
Ix-xogħol kollu fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant se jiswa qrib Lm20,000.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 35330, jista' jgħid kemm hemm studenti li għandhom minn 14-il sena 'il fuq jattendu skejjel regolari u li għandhom:
a) diżabilita' fiżika
b) nuqqas ta' smigħ
c) nuqqas ta' vista
d) nuqqas mentali
e) aktar minn diżabilita' waħda?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.