Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38489 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Principals

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-għażla ta' principals mas-Settur Pubbliku, liema għażla kellha ssir b'interviews li saru u ntemmu f'Novembru, 2002? Billi l-proċess ta' l-għażla ta' principals li sar b'eżami fl-istess żmenijiet intemm u diġa' ġew ippubblikati r-riżultati, x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien? Meta hu maħsub li jiġu pubblikati r-riżultati ta' dawn l-interviews?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li r-rizultat ta’ l-intervisti ghall-kariga ta’ “Principal” minn fost “management graduates” sejjer ikun ippubblikat fi zmien qasir.

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg, Drenaġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi W295 (Seduta 596 tas-17/09/01) u mistoqsija parlamentari oħra tiegħi 37609 (Seduta 833 ta' l-10/12/02), jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender ġietx aġġudikata? Min hu l-kuntrattur li ħa din it-tender? Billi dan ix-xogħol kien imwiegħed li jitlesta fis-sena 2002 (pq W295) u wara ntqal li se jibda "fil-bidu tas-sena li ġejja" jiġifieri din is-sena (pq 37609), jista' l-Ministru jgħid meta se jibda u meta hu maħsub li jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-tender għal din il-biċċa xogħol inħarġet, għalqet u issa qegħda ssir l-aġġudikazzjoni tagħha. Peress li hemm xi problemi mal-kuntrattur li qiegħed jiġi irrikmandat, l-aġġudikazzjoni ħadet daqxejn aktar milli suppost. Din il-problema tal-għażla tal-kuntrattur hija mistennija tkun riżolta din il-ġimgħa stess biex b'hekk it-tender tkun aġġudikata. Ix-xogħol huwa mistenni li jitlesta fiż-żmien li hemm stipulat fil-kuntratt.
Leg 9 PQ #38556 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tinvestiga l-każ tal-familja li d-dettalji tagħha qed nehmeż under separate cover għax din il-familja ilha snin twal tilmenta li l-ilma jinqata' kważi għal kollox kuljum mill-11 pm sas-6 am? X'inhi r-raġuni li minkejja diversi ilmenti u korrispondenza, din il-problema ma ġietx solvuta? Għaliex din il-familja jkollha ta' spiss pressa baxxa? Possibbli dawn l-ilmenti jiġu investigati bis-serjeta`?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #38376 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — CIMU - Website portal executive

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid fiex waslet il-call for applications għall-"Website portal executive in the Central Information Management Unit in the Office of the Prime Minister", liema call for applications kienet saret ġimgħat ilu? Kemm applikaw? Sar short listing jew l-applikanti kollha se jsirilhom interview? Meta hu ppjanat li jsiru l-interviews għax s'issa l-applikanti baqgħu ma semgħu xejn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li għall-pożizzjoni ta’ “Portal Website Executive” intefgħu 18-il applikazzjoni. Dawn ġew kunsidrati mill-Bord ta’ l-Għażla maħtur għal dan l-iskop mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. L-applikanti eliġibbli kollha ser jissejħu għal intervista fi Frar.

Żejtun — Double Yellow Lines

Question

Jista' il-Ministru permezz tat-Traffic Control Board jgħid jekk fi Triq il-Fossa tal-Qamħ, iż-Żejtun, ingħatax permess biex isiru double yellow lines quddiem dar privata? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, minn min saret l-applikazzjoni? Meta daħlet l-applikazzjoni u meta ġiet ipproċessata u meta ngħatat ir-risposta? Saret site visit qabel ittieħed id-deċiżjoni? Jekk iva minn min? Possibli l-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-permess li nħareġ mid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku fil-25 ta' Jannar 2002 kien għal single yellow line fi Triq il-Fossa tal-Qamħ faċċata tat-traffic island f'salib it-toroq bejn Triq Xeħt il-Forom u t-triq imsemmija. Mir-riċkera li saret fid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma nstab l-ebda permess għal double yellow line fi Triq Fossa tal-Qamħ. Ir-rikjesta għal double yellow line f'din il-lokalita kienet saret mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun fl-4 ta' Jannar 2002.

Awtorita' tad-Djar — Akkomodazzjonijiet diversi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid matul laħħar sentejn kemm kien hemm applikazzjonijiet lill-Awtorita' tad-Djar għall-akkomodazzjoni minn:- 1) koppji miżżewġa ġodda; 2) individwi/familji b'akkomodazzjoni sub-standard; 3) għarajjes; u 4) individwi bi bżonnijiet speċjali? Kemm units ġew allokati u lil liema kategorija? Kemm kienet il-kontribuzzjoni lejn it-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti mħallsa mill-Awtorita' tad-Djar u/jew id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali fuq il-proprjeta' allokata f'kull każ, jekk kien hemm? Kemm kienet il-kontribuzzjoni ta' dawk li bbenefikaw mill-għotja lejn it-taxxa li titħallas fuq id-dokumenti u trasferimenti, jekk kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija. L-Awtorita' tad-Djar ma tħallasx taxxa fuq dokumenti u trasferimenti ta' proprjeta'. It-taxxa dovuta mix-xerrejja tinġabar direttament minn nutara magħżula mix-xerrejja stess u għalhekk l-Awtorita' m'għandhiex l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #38227 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Tindif tal-car park

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jara li d-Dipartiment tal-Mużewijiet jieħu ħsieb jnaddaf il-car park li hemm ħdejn Għar Dalam għaliex dan il-car park hu maħmuġ u mimli boroż tal-garbage? Billi jien infurmat li dan il-car park jaqa taħt id-Dipartiment tal-Mużewijiet, possibli jittieħdu passi biex jindaf għax hu ta' eyesore anke għall dawk li jżuruh?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li għalkemm dan il-Car Park qatt ma kien taħt id-Dipartiment tal-Mużewijiet, il-Patrimonju Malti talbet lill-Kunsill Lokali ta' B'Bugia biex jieħdu ħsieb it-tindif ta' dan is-sit.
Leg 9 PQ #37980 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Impjant tar-Riċiklaġġ — Żejtun/Wied il-Għajn

Question

X'kontroll qed isir jew jista' jsir biex jiġi aċċertat li t-trakkijiet li jkunu mimlija kompost mill-impjant tar-riċiklaġġ ta' Wied il-Għajn jkunu mgħottija sew għax uħud minnhom qed ta' spiss iħallu mandra warajhom fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun/Wied il-Għajn?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #396 Sitting 844 2003-01-13 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Żejtun — Triq is-Suq - substation

Question

Possibbli l-Ministru, permezz tal-MEPA, jinformani fl-iqsar żmien possibbli fejn wasal il-permess tas-substation ta' l-Enemalta li trid tinbena fi Triq is-Suq, Żejtun għaliex jien informat li l-applikazzjoni issa hi biss għal ftit alterazzjonijiet fuq il-permess oriġinali u allura mhux suppost iddum daqstant? Billi hemm problemi minħabba vultaġġ baxx, possibbli dan il-permess jiġi proċessat fl-iqsar żmien possibbli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-permess (PA 4615/01) tas-substation ta` l-Enemalta li trid tinbena fi Triq is-Suq, Żejtun inħareġ fis-27 ta` Frar 2002. Infurmat ukoll illi l-applikazzjoni għal ftit alterazzjonijiet fuq il-permess oriġinali, sa llum ma ġietx sottomessa mill-applikant.
Leg 9 PQ #398 Sitting 844 2003-01-13 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Transfer ta' telefon

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Maltacom, ġentilment jgħid jekk huwiex possibbli li jsir it-transfer tat-telefon, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għaliex din il-familja ngħatat flat isfel fl-istess blokk ta' flats minħabba raġunijiet ta' mard, iżda t-telefon għadu fil-flat ta' fuq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-trasferiment mitlub ma jistax isir qabel ma l-abbonat jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu rigward ħlas.
Leg 9 PQ #37824 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Uffiċċju Konġunt — Fidi ta' ċens

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37610 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx informata meta tista' tifdi ċ-ċens tad-dar fejn toqgħod minkejja li ilha li applikat il-Joint Office madwar sena ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikant in kwistjoni ser jiġi infurmat, fi żmien qasir, bl-ammont li bih jista` jifdi ċ-ċens.
Leg 9 PQ #37968 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Reġistru Pubbliku — Żwieġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwieġijiet bil-Knisja u biċ-Ċivil mill-1995 sa l-2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` żwieġijiet bil-Knisja u biċ-Ċivil mill-1995 sal-2002 f`Malta u Għawdex kienu kif ġej: Sena Malta Bil-Knisja Ċ ivili Għawdex Bil-Knisja Ċ ivili 1995 1,812 333 160 12 1996 1,828 343 159 16 1997 1,857 354 180 11 1998 1,799 390 157 14 1999 1,807 417 144 17 2000 1,715 449 141 32 2001 1,562 455 117 19 2002 1,533 544 131 41
Leg 9 PQ #37969 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Kawżi ta' separazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi ġodda ta' separazzjoni kull sena bejn l-1995 u l-2002? Kemm minn dawn il-kawżi ta' separazzjoni kienu mibdija minn nisa u kemm minn irġiel? Tinżamm statistika ta' x'kienet il-kawża miġjuba għas-separazzjoni, per eżempju, inkompatibbilta', u wara kemm snin ta' żwieġ intalbet is-separazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #37977 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Mitħna ta' Birgillin

Question

Possibli l-Enemalta tieħu passi biex tneħħi wires li hemm mal-mitħna antika Ta' Birgillin li hemm fi Triq l-Għaxra ta' Settembru 1797, Żabbar li hi fi stat tajjeb iżda qed tiġi mkerrha b'bosta wires li hemm magħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37978 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Fiżjoterapisti — Impjieg

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid għaliex is-seba' fiżjoterapisti li għamlu r-re-sit fil-bidu ta' Settembru u li r-riżultati ħarġu fl-24 ta' Settembru 2002 baqgħu ma ġewx impjegati? Meta se jiġu mpjegati la darba l-interview sar fl-20 ta' Novembru 2002? Għaliex għallinqas ma ġewx impjegati fuq bażi casual kif dejjem sar s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa għamlet arranġamenti biex il-fiżjoterapisti li għalihom qed jirreferi l-Onor Interpellant jiġu mpjegati fuq bażi każwali mit-3 ta' Frar 2003.
Leg 9 PQ #37979 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet ta' Principals

Question

X'inhi r-raġuni li r-riżultat tal-Principals mas-Servizz Pubbliku liema eżamijiet u interviews intemmu fl-aħħar ta' Ottubru 2002 baqa' ma ħariġx?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kien hemm zewg sejhiet ghall-mili ta’ postijiet ta’ Principal fis-Servizz Pubbliku. Wahda kienet mahruga mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u kienet immirata ghal gradwati b’“degree” relatata ma’ “Management” u l-ohra harget mid-Direttur tal-Ezamijiet u kienet miftuha ghal gradwati ohra, Assistenti Principali u Ufficjali Ezekuttivi b’hames snin servizz fil-grad. Jien nfurmat li z-zewg processi tal-ghazla ghadhom ghaddejjin.

Korsijiet ta' Security

Question

Possibli l-ETC ġentilment tgħid jekk hux possibli li l-courses tas-Security organizzati mill-ETC jibdew isiru fl-għaxija għal dawk li jaħdmu iżda li jixtiequ jġibu l-liċenzja ta' security?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li l-kors mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jinżamm kemm wara nofs inhar bejn is-2.00 u l-5.30 kif ukoll filgħaxija bejn il-5.00 u t-8.00.

Drenaġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 35327 fejn il-Ministru nformani li t-tender tad-dipartiment se tiġi ppubblikata dalwaqt, jista' l-Ministru jgħidli: 1) jekk din it-tender ħarġitx; 2) meta ħarġet; u 3) meta hu maħsub li jibda x-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Iva, din it-tender ħarġet u ġiet ippublikata. Ħarġet fit-12 ta' Novembru 2002. Għalqet fis-26 ta' Novembru 2002. Issa qegħda fil-proċess ta' aġġudikazzjoni. Ix-xogħol mistenni jibda fil-bidu tas-sena li ġejja.

Djar — Fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx informata meta tista' tifdi ċ-ċens tad-dar fejn toqgħod minkejja li ilha li applikat il-Joint Office madwar sena ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Intern u l-Ambjent.

Djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid għaliex il-persuna li hi single mother b'erbat itfal u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mhux qed titħalla tuża l-bejt tal-blokk meta din għandha bżonnu biex tnixxef il-ħwejjeġ? Billi din il-persuna għandha biss aċċess għall-bitħa interna żgħira li hi dellija u allura ma tistax tnixxef fiha, possibbli titħalla tuża l-bejt ukoll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi skond il-kuntratt tal-kiri, l-persuna ndikata għandha dritt tuża l-bejt.