Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żejtun — Triq Xorb l-Għaġin - arbli

Question

Possibbli l-korporazzjoni Enemalta tispjega għalfejn fi Triq Xorb l-Għaġin, fiż-Żejtun/M'Scala ilhom snin twal li twaħħlu arbli ġodda biex jinbidlu dawk imsadda u l-wires baqgħu qatt ma ġew trasferiti għal fuq l-arbli l-ġodda bil-konsegwenza li llum jeżisti periklu minħabba l-istat ta' l-arbli l-qodma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #566 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Kunsilli lokali — Permessi temporanji għall-bars

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx il-poter li joħorġu permessi temporanji għall-bars?

Response (BORG, TONIO)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal bars temporanji li jintramaw waqt xi attivitajiet bħal ma` huma festi reliġjużi. F`dan il-każ japplika l-A.L. 119 ta` l-2002 li jistipula li ħadd ma jista` iwaqqaf xi posta f`xi triq jew jagħmel xi attivita` kummerċjali f`tali triq f`xi ġurnata jew ġranet speċjali jew speċifiċi mingħajr il-permess tal-Kunsill Lokali. Ta` min jgħid ukoll illi l-Kummissarju tal-Pulizija, għal raġunijiet ta` ordni pubbliku eċċ jista` iwaqqaf jew jissospendi permess maħruġ mill-Kunsill Lokali.
Leg 10 PQ #567 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Stabilimenti ta' l-ikel — Permessi għal imwejjed fuq barra

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx dritt li joħorgu permessi temporanji biex xi ħadd joħroġ imwejjed barra u jservi xorb?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #332 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru, permezz tad-diviżjoni tas-saħħa, jinvestiga ilment li wasal għandi li fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid nhar is-Sibt 7 ta' Gunju 2003, wara nofsinhar ma kienx hemm tabib għal ħinijiet twal? Vera li kien hemm pazjenti li kienu diġa` rreġistraw iżda telqu ’l barra mingħajr ma rahom tabib wara sigħat twal jistennew? Kemm kien hemm tobba dak inhar on duty bejn nofsinhar u s-6.00 p.m. f'dan iċ-Ċentru? Kemm-il pazjent ġie invistat u kemm saru house calls?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li mill-investigazzjoni nterna li saret jirriżulta illi nhar is-Sibt 7 ta' Ġunju, fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid kien hemm tobba 'on duty' bejn 12.00 u 18.00 kif ġej: Dr. A. 12.30 - 18.00 Dr. R. 12.00 - 14.00, 15.30 - 18.00 Dr. M. 12.00 - 15.00, 16.30 - 18.00 Dr. S. 12.00 - 16.00 Dr. J. 12.00 - 16.00 U dawn kollha kienu preżenti fuq il-post tax-xogħol ħlief meta marru fuq viżti urġenti fid-djar: 13.10 (Cospicua) Dr. M. 17.30 (Kalkara) Dr. A. Total: 2 viżti Dawn il-ħames tobba raw ukoll pazjenti li dak in-nhar ġew għal viżta ġewwa il-kliniċi taċ-Ċentru tas-Saħħa u dawn bejniethom raw: bejn 08.00 - 13.00: 87 pazjenti bejn 13.00 - 17.00: 38 pazjenti bejn 17.00 - 20.00: 49 pazjenti Total: 174 pazjent N.B. l-istatistika tinġabar fit-8.00, 13.00, 17.00 u 20.00) - medja wara nofs in-nhar ta' xi tnax-il pazjent kull siegħa - żgur mhux xi volum ta' barra mis-soltu. Fl-istess ħin ingħataw ukoll ammont sostanzjali ta' pariri fuq it-telefon. Nixtieq ninfroma ukoll li nhar is-Sibt 7 ta' Ġunju 2003, ma ġew irraportati l-ebda ilmenti minn pazjenti, la mal-SMO jew l-NO/Deputy NO li kienu kollha xogħol. Anqas ġew irraportati 'incident reports' minn naħa ta' l-impjegati fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid.
Leg 10 PQ #355 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Minor operations

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 289 u cioe' jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-isptar San Luqa għadha ma daħlitx sew is-sistema li ċerti minor operations isiru fuq bażi ta' day cases (ez Hernia) biex b'hekk jitnaqqas in-numru ta' pazjenti mis-swali tal-kirurġija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Day Surgery Unit ilha issa miftuha għal bosta snin. Is-Sala tintuża minn diversi speċjalitajiet, li jinkludu d-Dipartimenti tad-Dentisti, ta' l-Onkoloġija, ta' l-Anesteżija, tal-Kardjoloġija, Kirurġija Plastika, ta' l-Ortopedija, u ta' Kirurġija Ġenerali. Fir-rigward tad-Dipartiment tal-Kirurġija Ġenerali matul is-sena 2002 in-numru ta' proċeduri laħaq total ta' 1,829. Dawn jinkludu proċeduri ta' natura minuri u ta' natura intermedja (jinkludu bħal herniae u vini varikużi). Id-Dipartiment tal-Kirurġija qiegħed dejjem jinkuraġixxi lill-Kirurgi tiegħu jkomplu jżidu f'dan in-numru imma ż-żieda fin-numru qiegħed jiġi ristrett minħabba l-limitazzjoni ta' ħin fl-Operating Theatres.
Leg 10 PQ #356 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Qali — Crafts Village - Latrina

Question

Possibbli l-Ministeru tas-Saħħa jara li l-public convenience li hemm fil-craft centre f'Ta' Qali tinfetaħ għax minkejja li ilha mibnija snin, baqgħet dejjem magħluqa bil-konsegwenza li t-turisti li ta' kuljum iżuru dan il-post m'għandhomx aċċess għal public convenience u jkollhom jinqdew fi ħwienet privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #482 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Eżami għall-kors ta' child carer

Question

B'riferenza għall-eżami li applikanti għamlu biex jibdew kors ta' child carer, jista' il-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni rċevitx ilmenti li l-livell ta' l-eżami msemmi kien għoli wisq meta wieħed jikkonsidra li l-kors hu ta' child carer? Meta hu maħsub li joħroġ ir-riżultat ta' dan l-eżami?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li biex persuna tipparteċipa fil-kors ta' Childcare trid tkun temmet l-edukazzjoni obbligatorja u għaddiet ta' l-anqas minn tlett suġġetti fil-livell ordinarju tas-SEC/GCE fi gradi 5/C jew aħjar fil-lingwa Maltija, Ingliża u fil-Matematika. Fin-nuqqas ta' dan kien ġie deċiż li persuna tingħata l-opportunita' li toqgħod għall-eżami jew eżamijet, liema eżami jkun ibbażat fuq is-sillabu tas-suġġetti msemmija. Dawn l-eżamijiet attwalment saru bejn id-dsatax u t-tlieta u għoxrin ta' Mejju filwaqt li r-riżultati għandhom jinħarġu fi żmien qasir.

Ta' Qali — Crafts centre

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-proġett imħabbar biex jiġi żviluppat il-crafts centre f'Ta' Qali għadux se jsir? Fiex waslu t-taħdidiet li kienu għaddejjin mas-sidien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #331 Sitting 9 2003-06-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa — Ġbir ta' pilloli

Question

Jista’ il-Ministru ġentilment jinvestiga lmenti li waslu għandi minn pazjenti dwar dewmien esaġerat meta jmorru biex jirtiraw pilloli minn Sir Paul Boffa Hospital ? Jekk dan l-ilment jinstab li hu minnu, possibbli jittieħdu passi biex dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nikkonferma li bħalissa qed ikun hemm ċertu dewmien sabiex jinqdew il-pazjenti mill-ispiżerija ta' l-isptar Boffa. Dan qed jiġri għaliex irriżenjat waħda mill-membri ta' l-istaff. Madankollu, qed isiru sforzi sabiex il-pazjenti jinqdew fl-istess ġurnata. Fid-dawl ta' nuqqas ta' spiżjara li għandha d-Diviżjoni tas-Saħħa, qed ikun hemm diffikulta` sabiex jinstab sostitut. Ta' min jgħid li l-ispiżerija tkun miftuħa bejn 8.15am u 1.45pm.

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg - pelican crossing

Question

Possibbli d-Dipartiment tat-Toroq jghid meta se ssir il-pelican crossing fil-post li d-dettalji tieghu qed jintbaghtu separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi fi Triq il-President Anton Buttigieg hu ppjanat li ssir zebra crossing u mhux pelican lights. Din iz-zebra crossing mistennija titlesta aktar 'l quddiem.

Żabbar — Triq iċ-Ċimiterju - għalqa Ta' Lanza

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jinvestiga jekk hux veru li ħareġ permess biex tinbena substation ta' l-Enemalta f'għalqa saqwija li tinħadem, liema għalqa hi magħrufa bħala Ta' Lanza u tinsab fi Triq iċ-Ċimiterju, Żabbar? Billi din l-għalqa hi waħda saqwija, għaliex art bħal din għandha tintuża biex fiha tinbena substation?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fi triq ic-Cimiterju, Żabbar, inħareġ permess għal substation ta’ l-Enemalta, applikazzjoni PA 1760/03, li nħareġ fid-9 ta’Mejju 2003. Is-sit inkwistjoni qçgħed indikat fit-Temporary Provision Scheme No. 56, li kien approva l-Parlament fl-1989 bħala art fiż-żona tal-iżvilupp.
Leg 10 PQ #245 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ta' Qali — Crafts Village - latrina

Question

Possibbli l-Ministeru tat-Turiżmu jara li l-public convenience li hemm fil-craft centre f'Ta' Qali tinfetaħ għax minkejja li ilha mibnija snin, baqgħet dejjem magħluqa bil-konsegwenza li t-turisti li ta' kuljum iżuru dan il-post m'għandhomx aċċess għal public convenience u jkollhom jinqdew fi ħwienet privati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Żejtun — Wied iz-Ziju - main ta' l-ilma

Question

Possibbli l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tara li kif bħalissa qed isir xogħol biex jinbidel il-main ta' l-ilma li hemm fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, fiż-Żejtun, titbiddel ukoll il-parti ta' l-istess main li hemm fit-triq li tagħti għal Wied iz-Ziju, fiż-Żejtun għaliex anke din il-parti tal-main hi antika u dejjem b'xi leakage ta' ilma? Billi t-triq li tagħti għal Wied iz-Ziju hija side road ta' fejn qed isir ix-xogħol bħalissa, possibbli li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tara li anke din il-parti tal-main tinbidel biex jiġi assigurat li ma jinħeliex aktar ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-progett imsemmi qed isir fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali li ried li jinghata wicc gdid tat-tarmak fit-triq imsemmija. Il-parti tal-main li l-Onorevoli Interpellant irrefera ghaliha ma taqax fl-iskop ta` dan il-progett. Din il-parti ghalissa m`hix fost il-prijoritajiet tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, u ghal daqstant mhix ser issir ghalissa. Madankollu mhux eskluza li ssir prijorita fil-gejjieni.

MIA — Ħinijiet tax-xogħol tal-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex veru li se jsir xi tibdil fil-ħinijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-Malta International Airport? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid jekk tali tibdil huwiex se jaffettwa finanzjarjament lill-impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

L-MIA illum hija kumpanija b`maggoranza ta` l-ishma taghha f`idejn is-settur privat u ghalhekk m`ghandux aktar il-kompitu tal-Parlament li jittratta domandi dwar it-tmexxija jew amministrazzjoni ta` azjenda privata.
Leg 10 PQ #289 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Minor operations

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-isptar San Luqa għadha ma daħlitx sew is-sistema li ċerti minor operations isiru fuq bażi ta' day cases (ez Hernia) biex b'hekk jitnaqqas in-numru ta' pazjenti mis-swali tal-kirurġija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #291 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ward MS2 - showers

Question

Possibli jsiru x-showers fis-sala MS2 li ilhom ordnati ħafna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s-Sala tal-Kirurġija MS2 hija waħda mis-swali li se tiġi 'refurbished'. Hija programmata li ssir fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.

MIA — Runway

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'mezzi jintużaw fir-runway ta' l-ajruport ta' Malta biex jiġu kkontrollati l-qtajja’ ta' għasafar li jistgħu jkunu ta' periklu għall-ajruplani?

Response (GATT, AUSTIN)

Jintuzaw zewg sistemi illi bihom jigu kontrollati l-qtajja ta' ghasafar fuq l-ajruport. L-ghan ta' dawn is-sistemi huwa illi jgerrxu l-ghasafar minn fuq ir-runway. Dawn huma : 1. Apparat audiofoniku nstallat fuq wahda mill-vetturi tal-kumpanija. Dan l-apparat hekk imsejjah Bird Scaring Equipment jipproduci hsejjes illi jgerrxu l-ghasafar. 2. Skratac imsejjha Bird Scaring Cartridges li jipproducu hoss li jgerrex l-ghasafar. Ebda minn dawn is-sistemi ma huma ta' periklu ghal-ghasafar infushom.

MIA — Rapporti minn piloti ta' l-ajruplani

Question

Jista’il-Ministru ġentilment jgħid jekk mill-1999 'il hawn kienx hemm rapporti minn piloti ta' l-ajruplani li jkunu fl-ispazju ta’ l-ajru Malti u li ltaqgħu ma' qtajja’ ta' għasafar li setgħu kienu ta' periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Kien hemm seba' rapporti f'dan is-sens mill-1999 sal-2002.

Żejtun — Triq id-Daħla ta' San Tumas

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid minn min se jitħallas ix-xogħol li qed isir bħalissa fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, fiż-Żejtun? Kemm se jigi jiswa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din it-triq hija waħda mit-toroq identifikati mill-Kunsill Lokali Żejtun f'kuntratt li l-Kunsill daħal ma' l-ADT. Għalkemm il-ħlas ser isir mill-Kunsill, l-Awtorita' ser tirrifondi l-ammonti (sa Lm75,000) kif maqbula fil-kuntratt lill-Kunsill għalhekk il-ħlas finalment ser isir mill-ADT.