Jista' il-Ministru jgħid għalfejn il-bdiewa li għandhom ir-raba' tagħhom fl-inħawi Tal-Ħabel l-Abjad, iż-Żejtun mhux qed jaslilhom ilma tat-tisqija? Possibbli din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ġimgħa li għaddiet saret laqgħa bejn il-Ministeri kkoncernati fejn ġew diskussi d-diversi ħsarat li jeżistu fis-sistema tat-tqassim ta’ l-ilma mill-Impjant ta’ Sant’ Antnin. Il-ħsarat fis-sistema tat-tisqija ser jiġu rranġati mid-Dipartiment tad-Drenaġġ fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1025 u cioe' jgħid x'inhi r-raġuni li l-provvista ta' l-elettriku taż-żewġ familji li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament qed tinqata' ta spiss? Għaliex din il-problema ta' dawn iż-żewġ familji baqgħet ma ġietx rimedjata minkejja li ilhom ħafna jirrapportaw dan l-inkonvenjent? Possibbli jsir xi ħaġa għax apparti l-inkonvenjent dawn il-familji qed isofru ħsarat fl-appliances tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-provista ta' l-elettriku fl-inħawi msemmija ġiet investigata u rriżulta li l-kawża ta' l-interruzjonijiet kienet minħabba overloading. Ix-xogħol meħtieġ sar fis-16.06.03 għas-sodisfazzjon tal-konsumatur.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 356 li kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' jekk jogħġbok tara li l-public convenience li hemm fil-craft centre f'Ta' Qali tinfetaħ għax minkejja li ilha mibnija snin baqgħet dejjem magħluqa bil-konsegwenza li t-turisti li ta' kuljum iżuru dan il-post m'għandhomx aċċess għal public convenience u jkollhom jinqdew fi ħwienet privati?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ta’ Ta’ Qali jiena infurmat li hemm Public Convenience miftuħa għall-użu tal-pubbliku
Stabilimenti ta' l-ikel — Permessi għal imwejjed fuq barra
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 567 li kienet saret lill-Ministru tat-Turiżmu u issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' jekk jogħġbok tgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx dritt li joħorgu permessi temporanji biex xi ħadd joħroġ imwejjed barra u jservi xorb?
Response (BORG, TONIO)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal bars temporanji li jintramaw waqt xi attivitajiet bħal ma` huma festi reliġjużi.
F`dan il-każ japplika l-A.L. 119 ta` l-2002 li jistipula li ħadd ma jista` iwaqqaf xi posta f`xi triq jew jagħmel xi attivita` kummerċjali f`tali triq f`xi ġurnata jew ġranet speċjali jew speċifiċi mingħajr il-permess tal-Kunsill Lokali.
Ta` min jgħid ukoll illi l-Kummissarju tal-Pulizija, għal raġunijiet ta` ordni pubbliku eċċ jista` iwaqqaf jew jissospendi permess maħruġ mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta ġentilment jgħid x'inhi r-raġuni li l-provvista ta' l-elettriku taż-żewġ familji li-d-dettalji tagħhom qed nehmeż separatament qed tinqata’ ta' spiss? Għaliex din il-problema ta' dawn iż-żewġ familji baqgħet ma ġietx rimedjata minkejja li ilhom hafna jirrapportaw dan l-inkonvenjent? Possibbli jsir xi ħaġa għax apparti l-inkonvenjent dawn il-familji qed isofru ħsarat fl-appliances tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li l-gvern qed jagħmel restrizzjonijiet għall-importazzjoni ta' karozzi second hand mill-Ġappun iżda lij kunu għadhom f'kondizzjoni tajba? Jekk iva, fiex jikkonsistu dawn ir-restrizzjonijiet u għalfejn?
Response (DALLI, JOHN)
Min-naħa ta' dan il-Ministeru karozzi second-hand li jkunu ilhom reġistrati għal iżjed minn tlett xhur jistgħu jiġu mpurtati f'Malta mingħajr il-ħtieġa ta' liċenzja ta' l-importazzjoni. Għalhekk ma' teżisti l-ebda restrizzjoni fuq dawn il-karozzi, irrespettivament mill-pajjiż li jkunu ġejjin minnu.
Karozzi second-hand li jkunu reġistrati għal inqas minn tlett xhur jiġu trattati bħal karozzi ġodda, u għalhekk jistgħu jiġu mpurtati biss mill-aġenti rispettivi tagħhom. F'dan il-każ ikun hemm bżonn ta' liċenzja ta'
l-importazzjoni.
Possibbli l-Maltacom tara li taghmel it-transfer ta' dan it-telefon li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fl-aqsar żmien possibbli għaliex f'din id-dar jghix tifel żgħir li hu marid serjament u minħabba f'hekk ikun hemm bżonn ta' kuntatt kontinwu ma’ l-isptar u t-tabib, u xi drabi anki b’mod urġenti?
Billi l-familja subscriber ta' dan it-telefon ilha ħafna tinsisti għal dan it-transfer, jistgħu jittieħdu passi ħalli jsir fl-aqsar żmien possibbli minħabba r-raġunijiet imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta jinvestiga ilment li wasal għandi li ċerti residenzi fi Triq il-Grazzji, Ħaż-Żabbar qed isofru ta' spiss qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku? Billi dan qed jiġri ta' spiss possibbli li din il-problema tiġi rimedjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li matul din is-sessjoni ta' l-eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum, ġabu 5 As? Mil-liema lokalita' huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru studenti li ġabu 5 A's skond l-iskola u skond il-lokalita'
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 491 u cioe' possibbli l-korporazzjoni Enemalta tispjega għalfejn fi Triq Xorb l-Għaġin, fiż-Żejtun/M'Scala ilhom snin twal li twaħħlu arbli ġodda biex jinbidlu dawk imsadda u l-wires baqgħu qatt ma ġew trasferiti għal fuq l-arbli l-ġodda bil-konsegwenza li llum jeżisti periklu minħabba l-istat ta' l-arbli l-qodma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 489 u cioe' possibbli l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex tgħaddi d-dawl fil-crafts centre f'Ta' Qali billi twaħħlu l-arbli xhur ilu u d-dawl ma tkompliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 488 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' jekk jogħġbok tgħid jekk il-proġett imħabbar biex jiġi żviluppat il-crafts centre f'Ta' Qali għadux se jsir? Fiex waslu t-taħdidiet li kienu għaddejjin mas-sidien?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Proġett tal-Bini tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali huwa proġett li qed jingħata prijorita’ fil-ħidma ta’ dan il-Gvern. Fil-preżent għadu għaddej il-proċess tal-MEPA kif ukoll nhar it-Tlieta 8 ta’ Lulju fl-4.00p.m. is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo għandu laqgħa pubblika mas-sidien kollha li huma nvoluti f’dan il-proġett.
Possibbli l-korporazzjoni Enemalta tispjega għalfejn fi Triq Xorb l-Għaġin, fiż-Żejtun/M'Scala ilhom snin twal li twaħħlu arbli ġodda biex jinbidlu dawk imsadda u l-wires baqgħu qatt ma ġew trasferiti għal fuq l-arbli l-ġodda bil-konsegwenza li llum jeżisti periklu minħabba l-istat ta' l-arbli l-qodma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ix-xogħol ta' bdil ta' l-arbli msemmija, li kien estensiv, kien beda, iżda minħabba xogħolijiet oħra, l-kumplament tax-xogħol ġie pospost. Ta' min jgħid li l-arbli l-qodma m'humiex ta' periklu, iżda xorta waħda x-xogħol mistenni jitkompla sa Settembru li ġej.
B'referenza għal diversi interventi li għamilt qabel f'dan il-Parlament biex tinstab soluzzjoni ħalli ż-żwiemel li jkun hemm quddiem il-Palazz ma jibqgħux esposti għax-xemx u mingħajr ilma għal ġranet sħaħ speċjalment fix-xhur tas-sajf, jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni personalment biex tinstab soluzzjoni?
Jaqbel il-Ministru li hu inaċċettabbli li dawn iż-żwiemel qed jinħaqru quddiem l-istess Parlament meta ftit ilu għaddejna liġi kontra l-moħqrija ta' l-annimali?
Bħalma l-gvern irnexxielu jsib soluzzjoni għal problemi ferm aktar komplessi minn din, jista' l-Ministru jieħu inizjattiva biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema ħalli dawn iż-żwiemel ma jibqgħux jinħaqru speċjament issa li bdew ix-xhur sħan tas-sajf?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tal-Belt għaddej b'konsultazzjonijiet informali mas-sidien tal-karozzini u l-General Workers Union fuq diversi materji, fosthom il-ħmieġ li jħallu ż-żwiemel kif ukoll dwar alternattivi sabiex isir titjib ġenerali fis-servizz tal-karozzini inkluż li ż-żwiemel ma jkunux esposti għax-xemx.
Rigward il-problema ta' l-ilma, ninsab infurmat li bħala parti mill-pavimentar tal-parti fejn huma stazzjonati il-karozzini llum, sar ukoll vit ta' l-ilma biex jiġi provdut ilma tax-xorb għaż-żwiemel.
Abbozz ta' liġi — Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi
Question
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jerġa’ jressaq l-abbozz ta’ ligi li jemenda l-Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi?
Jekk iva, għal meta bejn wieħed u ieħor se jitressaq?
Response (DALLI, JOHN)
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi, Kap. 117, tressaq għall-Ewwel Qari f 'din il-Kamra fl-24 ta’ Mejju 2003.
Peress li fid-diskors tal-President fil-ftuħ tal-Parlament il-Gvern esprima il-pjan tiegħu li jkompli b'xogħlijiet in-naħa t'isfel ta' Malta jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni personalment biex xogħol li kien inbeda ftit ta' żmien ilu mill-predeċedessur tiegħu fuq bini ta' Promenade fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn jitkompla? Billi dan il-post għandu waħda mill-isbaħ veduti li hemm in-naħa t'isfel ta' Malta u billi dan il-post hu wieħed imfittex ħafna minn nies li joqgħodu in-naħat t'isfel tal-gżira, jikkunsidra l-Ministru li jagħmel site visit biex ikun jista' jara hu stess x'potenzjal għandu dan il-post jekk ikompli x-xogħol li nbeda?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa' ġie ddikjarat fid-diskors tal-President, ser tingħata spinta lill-naħa t'isfel ta' Malta fosthom it-triq imsemmija. Bħalissa qegħdin jitħejjew il-pjanti u d-disinji meħtieġa sabiex jitwettqu proġetti oħra.
Barra minn hekk ser tingħata spinta lill-proġetti ta' tisbigħ fin-naħa t'isfel ta' Malta mhux biss fi promenades ta' ħdejn il-baħar, iżda wkoll lill-pjazzez ta' l-irħula li huma l-qalba ta' l-attivita' tal-ħajja maltija.
Xogħlijiet — Ċimiterju tal-Mellieħa - Tender Notice: CAP.T22/02
Question
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid għaliex il-kuntrattur li għamel ix-xogħol fiċ-ċimiterju tal-Mellieħa b'referenza għat-tender Notice No CAP.T22/02 ippubblikata fil-gazzetta tal-Gvern mid-Direttur Ġenerali (Diviżjoni Saħħa) fit-13 ta' Awissu 2002 baqa' ma tħallasx minkejja li x-xogħol ilu ħafna li sar?
X'inhi r-raguni li minkejja li dan il-kuntrattur kiteb diversi ittri u ġie mwiegħed diversi drabi li se jitħallas baqa' ma tħallasx?
Jista' l-Ministru jgħid meta d-Diviżjoni tas-Saħħa se tħallas lil dan il-kuntrattur għax-xogħol li għamel fis-sena 2002?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet li saru fiċ-Ċimiterju tal-Mellieħa ġew ċertifikati mill-perit fil-25 ta' Marzu 2003. Dan it-tender kien jiswa LM6,617.
Diġa kien sar pagament lill-kuntrattur ta' LM6,286 fit-3 ta' Jannar 2003 u baqa biss ir-"retention money" x'jitħallsu. Pero` billi kien hemm xogħolijiet "extra" li saru mill-kuntrattur, kien hemm korrispondenza mal-perit li baqgħet għaddejja sal-5 ta' Ġunju 2003 fejn ġew iċċarati xi diffikultajiet dwar l-"extra works".
Għalhekk, issa baqa x'jitħallas biss ir-"retention money" u l-"extra works". Dan ser isir fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta ġentilmenmt jinfurmnani x'wassal biex fil-15 ta' Ġunju 2003, fil-festa taż-Żejtun fl-għaxija, mar id-dawl ta' barra u ġewwa fil-parti ċentrali taż-Żejtun fosthom fil-pjazza u fl-inhawi ta’ madwar il-knisja?
X'wassal għal din il-ħsara u għaliex dam daqshekk biex is-servizz ġie għan-normal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi skond ir-records ta' l-Enemalta din l-interruzzjoni ġiet irrekordjata għall-ħabta ta' l-għaxra u kwart u l-provvista reġgħet ġiet lura għall-ħabta tal-kwarta.
Il-qtugħ tad-dawl ġara minħabba illi t-transformer fis-substation ta' Gwiedi tgħabba żżejjed waqt il-festa tar-raħal.
Inżid ingħid illi hu maħsub illi l-bini ta' substation ġdida fi Triq is-Suq ,iż-Żejtun, ser itejjeb il-provvista ta' l-elettriku.
Possibbli l-Ministru ġentilment jikkonsidra bis-serjeta' li Triq San Ġużepp, li hi triq li tgħaqqad Ħaż-Żabbar maż-Żejtun tiġi rranġata għax kieku jonqos ħafna traffiku miċ-ċentru ta' Ħaż-Żabbar?
Billi għamilt diversi mistoqsijiet fil-passat bir-risposta dejjem tkun li din it-triq hi responsabbilta' tal-kunsilli lokali, jista' il-Ministru ġentilment jagħmel site visit flimkien mad-Direttur tat-Toroq biex jikkonfermaw huma stess kemm issolvi problemi tat-traffiku kieku din it-triq li ġiet traskurata mill-kunsilli lokali tiġi rranġata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq msemmija kienet ġiet asfaltata żmien ilu, u għalhekk hija responsabilta' tal-Kunsill Lokali.
Madankollu l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tispezjona diversi toroq madwar Malta kollha, fosthom ukoll it-triq indikata mill-Onor. Interpellant, sabiex tħejji programm separat għar-restawr ta' diversi toroq li għalkemm m'humhiex arterjali għandhom linking function għat-trasport bejn il-bliet u l-irħula.
Tikkonsidra d-diviżjoni tas-saħħa li terġa' tibda kampanja ta' informazzjoni fuq il-media biex id-dipartiment ta' l-emerġenza ma jiġix abbużat u n-nies bi problemi kroniċi u li m'humiex urġenti ma jibqgħux imorru f'dan id-dipartiment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-suġġerimenti ta' l-Onorevoli Interpellant qed jiġu kkunsidrati.