Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn concrete plants reġistrati? Hu konxju l-Ministru li jista' ikun hawn oħrajn mhux reġistrati li qed joffru unfair competition lil dawk reġistrati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fit-taqsima tal-liċenzji fid-Diviżjoni tal-Kummerċ hemm ħamsa u għoxrin (25) stabbiliment liċenzjat taħt żewġ kategoriji jiġifieri:
1) batching plants
2) manifatturi ta' blokki tal-konrit u madum
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli nterpellant li jekk jaf jew għandu suspett fuq xi ħadd li mhux licenzjat jgħaddi l-informazzjoni kollha, possibilment l-isem u n-numru tal-karta ta' l-identita lil dan il-ministeru biex ikun investigat.
Jista' il-Ministru jintervjeni beix isir ix-xogħol meħtieġ ħalli t-triq li tagħti minn ħdejn il-mina ta' Hompesch, f'Ħaż-Żabbar, parti mit-Triq taċ-Ċawsli, safejn tibda t-triq li tagħti għaż-Żejtun issir fi stat li tkun tista' tintuża mingħajr periklu, peress li kull meta tagħmel ftit xita din it-triq dejjem tkun mgħarrqa bl-ilma li jgħatti l-bosta ħofor fondi b'riżultat li ma tkunx aċċessibbli?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Rigward il-white paper pubblikata f'Jannar 2005 - "Lejn Ġustizzja Aħjar u Eħfef" - hemm xi żmien stipulat li fih suġġerimenti jistgħu jintbagħtu għal konsiderazzjoni tal-ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien stipulat huwa ta' tlett xhur li beda fil-21 ta' Jannar 2005 sabiex fih dan il-proċess ta' konsultazzjoni fejn jistgħu u anzi għandhom ukoll jiġu sottomessi suġġerimenti, kummenti u proposti minn kull min huwa interessat f'din il-White Paper.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba mil-librerija pubblika matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li, kotba mislufa mill-Librerija Pubblika Ċentrali u l-friegħi tagħha huma kif jidher hawn taħt:
Sena 2000 745,442
Sena 2001 746,246
Sena 2002 757,166
Sena 2003 807,822
Sena 2004 816,230
Billi kien hemm il-ħsieb li fil-bidu ta' din is-sena joħorġu applikazzjonijiet għall-post ta' nurse fil-pain clinic, jista' il-Ministru ġentilment jinformana jekk l-applikazzjonijiet hux se joħorġu kif kien previst u jekk iva meta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pożizzjoni ta' nurse fil-Pain Clinic hija kontemplata għar-reklutaġġ iżda għadhom ma ġewx iffisati żminijiet meta din il-pożizzjoni se tiġi maħruġa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm staff fil-pain clinic bħalissa u xi grad għandhom? Kemm raw pazjenti fil-pain clinic tul is-snin 2003 u 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pain clinic hija magħmula minn staff ta' tlieta.
Dr. David Gatt Konsulent Anestetista
Dr. Carmel Abela Konsulent Anestetista
Ms. Dororhy Bonello Deputy Nursing Officer
Kull wieħed mull-konsulenti għandu out-patient darba fil-ġimgħa.
Dr. Gatt jagħmel żewġ listi ta' proċeduri fil-ġimgħa, waqt li Dr. Abela jagħmel lista waħda. Hemm ukoll żewġ listi ta' proċeduri fil-ġimgħa li jagħmluhom żewġ anestatisti li m'humiex ta grad ta' konsulent. Dan ta' l-aħħar huma proċeduri minuri li jirrikjedu visti frequenti. Dawn il-pazjenti jaqgħu taħt il-kura tal-konsulent Gatt.
Ms. Bonello tagħmel xogħol ta' Pain Management Nurse.
In-numru ta' proċeduri li ġew it-trattati matul is-sena 2003 u 2004 huwa kif ġej:
2003
2004
Dr. Gatt Outpatients New Cases
97
128
Dr. Gatt Outpatients Followups
282
322
Dr. Gatt Procedures
376
335
Dr. Abela Outpatients New Cases
85
85
Dr. Abela Outpatients Followups
141
158
Dr. Abela Procedures
153
113
Minor Procedures & Reviews
143
225
Total
1277
1366
Peress li l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem hi llum parti mil-liġi domestika, jista' il-Viċi Prim Ministru jiddikjara definittivament jekk il-Qrati Maltin humiex marbutin li jsegwu fedelment il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'materja li tirrigwarda l-Konvenzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm is-sentenzi mogħtija mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fihom valur legali kbir għax jinterpretaw il-konvenzjoni, dawn għandhom jibqgħu biss fonti għal min ikollu każ quddiemu iżda fil-liġi Maltija ebda Qorti fl-ebda stadju ma hija legalment marbuta li bilfors trid issegwi dik l-interpretazzjoni.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk l-apparat u l-makkinarju li hemm fir-Rinella Film Facilities huwiex proprjeta' tal-proprjetarju jew inkella tal-gvern billi jien informat li parti minn dan l-apparat, għodda u makkinarju qed jittieħed mid-diversi debituri li għandu l-proprjetarju barrani?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li r-Rinella Film Facilities hi propjeta' ta' kumpanija privata u l-unika relazzjoni li għandu l-Gvern hi li hu s-sid tal-art mikrija lill-kumpanija. Konsegwentement ma taqax taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-gvern biex isolvi l-problema tar-Rinella Film Facilities li tinsab fi stat ta' deġenerazzjoni għaliex il-proprjetarju barrani li hemm għandu problemi finanzjarji kbar u mhux qed ssir maintenance kif suppost?
Konxju l-gvern li hemm ħaddiema f'dan il-post li mhux qed jitħallsu b'mod regolari tax-xogħol li jagħmlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqija Nru. 10729.
Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx ħsara fil-wirt storiku fir-Rinella Movie Park meta dan l-aħħar ingħata n-nar minn vandali? Kemm tammonta din l-ispiża u x'tip ta' ħsara saret?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-sit imsemmi huwa magħruf bħala l-Fortizza ta’ Santu Rokku li tinsab il-Kalkara. Il-bini li jeżisti llum imur lura għall-ewwel parti tas-seklu għoxrin b’għadd ta’ modifikazzjonijiet fis-snin ta’ wara sa l-1956.
L-istess forti jinkorpora wkoll fdalijiet ta’ fortizza oħra bl-istess isem mibnija mill-Ingliżi fl-1878.
Il-ħruq li seħħ dan l-aħħar sar f’waħda mill-postazzjonijiet tal-kanuni li kienu tqiegħdu f’dan il-post fis-snin ħamsin. Dawn kienu kanuni dual purpose jiġifieri setgħu jintużaw kemm kontra l-ajruplani kif ukoll kontra l-bastimenti. Dawn il-kanuni kellhom kalibru ta’ 5.25 pulzier u kienu mekkanizzati. Dawn kienu jirrappreżentaw l-aħħar stadju fl-iżvilupp ta’ l-artillerija tqila fid-difiża ta’ Malta u għalhekk huma importanti ħafna.
Sfortunatament il-ħruq li seħħ għamel bosta ħsarat fl-istruttura tal-concrete minħabba t-temperatura għolja li laħaq tella’ n-nar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm hemm detenuti fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma sentenzjati u fiex instabu ħatja? Kemm minnhom huma taħt arrest preventiv? Kemm hemm detenuti li huma relapsers? X'inhi n-nazzjonalita' ta' kull detenut?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Frar 2005, il-popolazzjoni tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin kienet ta’ mitejn u wieħed u disgħin (291) li minnhom mitejn u tlettax (213) huma sentenzjati u tmienja u sebgħin (87) qegħdin taħt arrest preventiv, filwaqt li n-numru ta’ dawk reċidivi hu ta’ mija u tletin (130).
Dawk sentenzjati instabu ħatja kif turi t-tabella segwenti:-
Reati relatati ma’ droga
78
Reati relatati ma’ serq
64
Reati relatati ma’ omiċidji
34
Multi konvertiti f’ħabs
6
Frodi, Falsifikazzjoni u miżappropjazzjoni
6
Reati relatati ma’ stupru u indiċenza
7
Feriti ta’ natura gravi
4
Oħrajn (traffic, ħruq, ħsara etc)
14
TOTAL
213
In-Nazzjonalita' ta' kull detenut hija kif turi t-tabella segwenti:-
Alġerini
1
Bulgari
2
Renju Unit
5
Ċiniżi
2
Olandiżi
3
Eġizzjani
1
Taljani
4
Libjani
50
Rumeni
4
Russi
1
Somali
3
Tuneżini
2
Yugoslavi
1
Maltin
212
Tista' il-Ministru ġentilment tinforma lill-Kamra meta nħatar il-kunsill tal-Psikologi? Kemm hu t-terminu tal-ħatra tagħhom? Minn min hu kompost? X'esperjenza għandhom kull membru tal-kunsill fil-qasam tal-psikoloġija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Board dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija f'Malta ġie mwaqqaf b'seħħ mill-1 ta' Frar 2005.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tan-notifika tal-Gazzetta tal-Gvern li turi kif hu kompost u l-perijodu tal-ħatra. Ic-Chairperson u l-membri tal-Bord jissodisfaw il-kriterji meħtieġa, inkluż l-esperjenza fejn rikjesta, skond il-provedimenti ta' l-artikolu 4(1) ta' l-Att ta' l-2004 dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija.
Possibbli d-diviżjoni tas-saħħa terġa' tikkonsidra li tibda tagħti b'xejn il-lescol tablets lil persuni li għandhom 'il fuq minn 70 sena u dan fid-dawl li llum teżisti riċerka ġdida li turi li dawn il-pilloli jistgħu jkunu ta' ġid anke għall-anzjani ta' din l-eta'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tas-Saħħa qatt ma waqqfet l-għoti b'xejn tal-mediċina Fluvastatin (Lescol). Il-protokol li qed jintuża bħalissa huwa dak stabbilit f'Ġunju tal-1998 liema protokol jgħid li persuni li għandhom 'l fuq minn 75 sena ma humiex intitolati biex jieħdu dawn il-mediċini.
Bħal ma jiġri fil-każ ta' mediċini oħra, l-għoti tagħhom jiġi evalwat fil-kwadru ta' gwadann għas-saħħa meta mqabbel ma n-nefqa neċessarja fid-dawl tal-prijoritajiet dwar talbiet li jkollha d-Diviżjoni.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 9437 u t-tweġiba mogħtija fit-3 ta' Diċembru, 2004, peress li issa għaddew ħafna aktar minn ħames ġimgħat li matulhom kien mistenni li t-traffic lights jitlestew, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta se jitwaħħlu u jibdew jiffunzjonaw? Kemm kienet in-nefqa s'issa u kemm hu stmat li se tqum b'kollox meta jitlesta l-proġett kollu?
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' marittima impjegatx jew hux qed timpjega mooring man? Jekk fl-affermattiv, kemm impjegat u xi kwalifiki talbet? Saret sejħa pubblika, u jekk iva, kif saret? Saru xi mpjiegi oħra anke fi gradi oħra f'dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima ma timpjegax irmiġġaturi, iżda hija responsabbli sabiex tinħareġ il-liċenzja relattiva skond il-provedimenti tar-regolamenti dwar il-Pilutaġġ u Rmiġġ tal-1975 li għadhom fis-seħħ. Il-mili ta' vakanzi fil-korp tal-irmiġġaturi jsir wara sejħa għal mili ta' vakanza li tiġi ppublikata fil-Gażżetta tal-Gvern u fil-ġurnali lokali skond kriterji stabbiliti fl-istess regolamenti. L-aħħar sejħa saret fit-22 ta' Ottubru 2004 fil-Gażżetta tal-Gvern numru 17667. Waħda mir-rekwiżiti kienet li l-applikanti ntalbu li jkollha liċenzja ta' Engine Driver Grade 3 jew ogħla. Huwa l-Bord tal-Pilutaġġ li għandu l-kompitu li jagħmel l-interviews u jagħżel il-persuna. F'dan il-każ il-persuna ntagħażlet u beda l-impjieg.
F'dawn l-aħħar sitt xhur l-Awtorita' Marittima mpjegat ħames skrivani ġodda.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx policy uffiċjali għall-pulizija u l-armata dwar meta u fejn għandhom isiru r-road blocks? Dawn isiru ad hoc jew fejn ikun hemm suspetti ta' xi attivita' illegali? Kien hemm xi deċiżjoni li dawn jitnaqqsu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel road checks kif provdut fl-artikolu 355 tal-Kodiċi Kriminali bi skop ewlieni li tippreveni l-kriminalita'. Road checks isiru wkoll bi skop li jinqabdu persuni li jkunu għadhom kif wettqu xi reat serju, bħal per eżempju xi hold up. Ikun hemm okkażżjonijiet ukoll li road checks isiru bi skop relatat ma' droga. Infurmat ukoll illi ma ngħataw ebda struzzjonijiet sabiex dawn jitnaqqsu.
Għal dak li jirrigwardja l-Armata, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Billi hemm skadenzi legali fil-każ tal-qtil ta' Raymond Caruana li kien sar fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja fil-5 ta' Diċembru 1986, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija għadhiex tinvestiga dan il-każ? Hemm xi uffiċjal tal-pulizija li hu allokat biex ikompli jinvestiga dan il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Fit-23 ta' Diċembru 1990 kienet ittellgħet persuna b'konnessjoni ma' dan id-delitt, li pero' mietet fil-mori tal-kawża.
Il-provvedimenti tal-Kodiċi Kriminali dwar il-preskrizzjoni ma japplikawx meta ma jkunx magħruf min seta' ikkommetta d-delitt.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fatali fit-triq ta' Ħal Far, li minn ħdejn l-ajruport tagħti għal Birżebbuġa, fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Fl-istess perjodu u fl-istess triq kemm kien hemm vittmi ta' inċidenti li l-feriti tagħhom ġew deskritti bħala grievous injuries?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-inċidenti tat-traffiku irrapurtati lill-Pulizija li seħħew fi Triq Ħal Far u l-area ta’ madwar, li fihom tilfu ħajjithom jew weġgħu gravi xi persuni huwa kif ġej:
Sena Lokalita’ Numru ta’ inċidenti
Fatali
Feriti gravi
1999
Limiti ta’ Ħal Far
0
1
Triq Ħal Far
0
1
2000
Limiti ta’ Ħal Far
0
5
Triq Ħal Far
0
6
2001
Limiti ta’ Ħal Far
0
2
Triq Ħal Far
1
10
2002
Limiti ta’ Ħal Far
0
6
Triq Ħal Far
1
7
2003
Limiti ta’ Ħal Far
0
2
Triq Ħal Far
0
2
2004
Limiti ta’ Ħal Far
0
2
Triq Ħal Far
1
(żewġ persuni)
10
Infurmat ukoll illi t-tagħrif dwar kemm weġgħu persuni ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.