Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-coach ta' St Joseph junior lyceum, Paola, route no. 7 li tmur għalihom l-iskola ħafna drabi mhux qed tmur la filgħodu u wisq anqas wara l-iskola bil-konsegwenza li t-tfal ikollhom jeħduha bil-mixi? X'passi ħadu jew se jittieħdu billi dan qed jiġri ta' spiss?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħarġet ordni biex dan ix-xufier jispiċċa minn fuq din ir-rotta mill-bidu ta' April 2005.
Jista' il-Ministru jgħid x'għamlet jew x'inhi tagħmel id-drainage section fi ħdan il-WSC biex twaqqaf il-ħsara kbira li qed issir f'Wied Żnuber Ħal Far mid-drenaġġ li ħiereġ mill-fabbriki?
Għaliex dak l-impjant tad-drenaġġ tħalla jitkisser biex inqered u qed ikompli jinqered bid-drenaġġ wieħed mill-isbah widien ta' pajjiżna?
X'kumpens se jagħti l-gvern lil wieħed bidwi li sofra danni kbar minħabba dan il-leakage ta' drenaġġ li ilu jfur għal ġol wied għal snin sħaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li t-Taqsima tas-'Sewerage Master Plan' (SMPU) fi ħdan id-Diviżjoni tax-Xogħolijiet kienet ħarġet żewġ sejħiet għall-offerti għall-bini ta' 'pressure main' u 'pumping station', fi Frar u f'Awissu tas-sena 2003. Dan hu ix-xogħol li hemm bżonn isir biex jinġabar id-drenaġġ fl-inħawi msemmija u ma jibqax jiskula fil-Wied.
Il-'pressure main' ta' madwar 2 kilometri tlesta f'Novembru ta' l-2003. Madankollu x-xogħol fuq il-'pumping station' ma setax jipproċedi minħabba li s-sit viċin tal-proġett ġie skedat mill-MEPA bħala 'Special Area of Conservation' f'Settembru tal-2003. Dan minkejja li t-tender għall-bini tal-'pumping station' ingħatat f'Awissu ta' l-istess sena u l-applikazzjoni kienet sottomessa lill-MEPA f'Diċembru tal-2002.
Minn Ottubru 2003 'l hawn ir-responsabbilita' ta' dan il-proġett għaddiet għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma.
Sussegwentament, il-MEPA talbet lill-KSI tagħmel studju ta' impatt ambjetali li għalih ħarġet talba għall-kwotazzjonijiet. Il-bini tal-'pumping station' ma jistax issir qabel ma jinħareġ il-permess mill-MEPA a bażi ta' l-imsemmi studju.
Mill-informazzjoni li għandha l-KSI l-impjant eżisenti nbena fis-snin sebgħin u ftit li xejn, jekk qatt, serva l-għanijiet tiegħu. L-istrutturi tal-impjant illum huma fi stat irreparabbli u jixhdu nuqqas kbir ta' manutenzjoni. Għaldaqstant kienet tkun spiża ħafna akbar li kieku wieħed kellu jerġa' jattiva l-impjant milli jsir il-proġett propost.
Il-Korporazzjoni qatt ma kellha talba formali għal xi kumpens minn bdiewa f'dawk l-inħawi.
Peress li bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9437 tad-29 ta' Novembru 2004 il-Ministru ġie nformat li x-xogħlijiet fil-proġett tat-traffic lights fi Triq il-Barrani, Żejtun kellhom jitlestew fi żmien ħames ġimgħat, u li kienu se jiġu jiswew madwar Lm45,000, jista' il-Ministru ġentilment jispjega għaliex dik is-somma ta' Lm45,000 inqabżet bil-bosta?
Ma jidhirlux il-Ministru li l-qabża esaġerata f'somma ta' Lm22,462 hi waħda esaġerata, u jista' jgħid fiex intnefqet id-differenza bejn l-istima u s-somma attwali?
Fiex kien jikkonsisti x-xogħol għall-agrikoltura ta' madwar Lm1,462?
B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 1684, 2640 u 5262, jista' il-Ministru jgħid meta se jkunu lesti l-local plans għan-naħa t'isfel ta' Malta? X'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien esaġerat? Għaliex s'issa kontinwament qed jingħataw dati differenti ta' meta suppost għandhom jitlestew il-local plans għan-naħa t'isfel ta' Malta? Huwa każ li dan id-dewmien hu minħabba prograstinazzjoni tal-MEPA? Jista' il-Ministru jinnota li peress li ċ-ċittadini tan-naħa t'isfel ta' Malta jħallsu l-istess taxxi bħal ċittadini oħra, bir-raġun jistennew dan is-servizz fil-ħin?
Jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Pjan għan-nofs in-nhar ta' Malta diġa tressaq quddiem il-bord ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u mistenni jingħata l-approvazzjoni fis-seduta li jmiss. Kull ma jonqos huwa li jsir il-proċess ta' printing, internet, inputting fuq CD's u l-materjal kollu normalment assoċjat mal-varar ta' Pjan Lokali. Huwa indikat li l-pjan jiġi varat għall-ħabta tat-tieni gimgħa ta' April. Id-data eżatta se titħabbar dalwaqt.
Ta' min jgħid li kien hemm numru ta' ostakli tekniċi u proċedurali li wasslu għal dewmien. Żgur mhux il-każ li wieħed jindika prokrastinazzjoni min-naħa ta’ l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Meta inqalgħu dawn id-diffikultajiet, sar minn kollox biex jiġi mgħeluba fl-aqsar żmien possibbli. In-natura tal-proċess minnha innifisha tieħu ammont konsiderevoli ta' żmien u dan kien japplika għal kull pjan lokali li ħareġ s'issa. Żgur li ma japplikax biss għall-pjan tan-nofs in-nhar ta' Malta. Ta' min isemmi wkoll li dan kien l-aktar pjan lokali li għandu kunsilli lokali (tmintax b'kollox). Għalhekk wieħed jifhem ukoll li it-termini tal-konsultazzjoni kienu aktar wiesgħa.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant jiftakar li l-ewwel Pjan Lokali li tlesta kien jikkonċerna iż-żona ta’ B’Buġia u M’Xlokk li tinsab fin-naħa t’Isfel ta’ Malta. L-ordni ta’ kif jitlestew il-Pjani Lokali kienet ġiet stabbilita qabel l-1998.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm-il tfittxija saret f'dawn l-aħħar sitt xhur mill-SRT fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin għal drogi u xorb alkoħoliku? Kemm instabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-membri ta' SRT ta' kuljum jagħmlu numru sostanzjali ta' tfittxijiet. Dawn isiru fuq dawk il-persuni li jintbagħtu l-ħabs, fuq kull priġunier li jkollu bżonn imur il-Qorti, xi klinika, sptar jew fuq prison leave kemm qabel joħorġu kif ukoll meta jirritornaw. Dawn imsemmija jammontaw għal madwar medja ta' 40 kuljum. Minbarra dawn isiru ukoll tfittxijiet fiċ-ċelel tal-priġunieri, ħwienet tax-xogħol, btieħi u reception areas.
It-tfittxijiet ma jsirux biss għal xorb alkoħoliku u drogi, isiru għal kull ħaġa li hija projbita li tkun fil-pussess tal-priġunieri. F'dawn l-aħħar sitt xhur kien hemm erba' każi ta' sejbiet ta' inbid magħmul mill-frott mogħti lill-priġunieri stess, u erbatax-il sejba ta' trab li huwa suspettat li huwa droga.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pilloli Cosar mhux qed jingħataw kif suppost mill-isptar għax kienu out of stock? Billi hemm anzjani li nefqu Lm20 f'pilloli, jista' il-Ministru jaċċerta li dawn il-pilloli jiġu ordnati u jkunu in stock?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern jixtru l-mediċina Lozartan u mhux il-prodott speċifiku Coozar.
Infurmat ukoll li l-pilloli Losartan mhumiex out of stock.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-MEPA qed tinsisti mal-kamra tal-logħob tan-nar taż-Żejtun dwar apparat speċjali fejn fih jinħarqu l-karti li jkunu skart wara li jinħadem in-nar?
Kemm-il kamra tal-logħob tan-nar hawn f'Malta u Għawdex li huma liċenzjati li għandhom dan l-apparat li qed jintalab lill-kamra taż-Żejtun?
Xi kwalifiki fix-xjenza piroteknika għandha l-persuna li qed tinsisti għal dan l-apparat?
Kemm għandha nies kwalifikati fix-xjenza tal-piroteknika l-MEPA, min huma u xi kwalifiki għandhom?
Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbiltà għall-immaniġġjar ta' l-iskart hi dejjem fuq dak li jipproduċih. Il-karti kkontaminati bi fdalijiet pirotekniċi jitqiesu bħala skart perikoluż.
L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mhux qed tesiġi li dawn il-karti għandhom jinħarqu f'apparat speċjali; qed tesiġi iżda li jekk irid jinħaraq xi skart bħal dan, għandu jintuża apparat apposta skond il-liġi. Il-liġi ma tippermettix li jsir ħruq ta' skart bħal dan fl-apert.
L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma taf bl-ebda kamra tan-nar li għandha apparat speċjali biex jaħraq l-iskart.
Il-persuni li ħadmu fuq din l-applikazzjoni huma kkwalifikati fil-kimika, fl-immaniġġjar ta’ l-iskart, u fil-ħarsien ambjentali. Għaldaqstant, huma kkwalifikati biex jiddeterminaw li l-ħruq ta' karti kkontaminati bil-kimika piroteknika b'mod mhux ikkontrollat iġib miegħu riskju għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għall-ambjent.
Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm irid ikollhom bolol imħallsa l-part-timers biex jibdew jieħdu l-pensjoni pro-rata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jagħmilx distinzjoni bejn impjegati full-time u part-time fir-rigward tan-numru ta' kontribuzzjonijiet meħtieġa għall-għoti ta' pensjoni kontributorja mħallsa taħt l-istess Att.
Peress li l-parametri u l-kundizzjonijiet biex persuna tikkwalifika għall-pensjoni kontributorja jvarjaw skond it-tip tal-pensjoni għall-irtirar li l-persuna jista jkollha dritt għaliha, mhux possibbli li tingħata tweġiba preċiża li tkun tapplika f'kull każ.
Għalhekk, jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ speċifiku li jrid ikun jaf dwaru, nitolbu jgħaddili aktar dettalji, anki b'mod kunfidenzjali, biex tkun tista' ssir stima dwar jekk il-persuna għandiex kontribuzzjonijiet imħallsa biżżejjed biex tikkwalifika għall-pensjoni u għall-liema tip.
B'referenza għall-ittra li qed nehmeż separatament, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidli x'passi ħadu jew qed jieħdu jew se jieħdu l-pulizija wara li fi tliet kawżi separati (kopji mehmuża) il-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament tilfet il-kawżi kollha u ġiet ordnata mill-Qorti biex tiżgombra ruħha mill-għalqa msemmija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi, kif jidher ukoll mill-kopji tas-Sentenzi li kienu mehmuża mal-Mistoqsija, il-Pulizija ħadet u ser tkompli tieħu l-passi meħtieġa skond il-liġi.
Tista' il-Ministru tara jekk it-traffic signs ta' parkeġġ li hemm fi Pjazza Gregorio Bonnici u Pjazza 13 ta' Diċembru, fiż-Żejtun, li jgħidu li disabled persons jistgħu jipparkjaw biss għal siegħa, jiksrux il-liġi ta' l-ugwaljanza għax parking signs oħra ta' parkeġġ fl-istess lokalitajiet m'għandhomx l-istess restrizzjoni ta' ħin? Possibbli jittieħdu passi biex din l-inġustizzja fil-konfront ta' persuni b'diżabilita' titneħħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' biex tinvestiga.
Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' sussidju ħadet l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku mill-1996 'il hawn kif ġej:
(a) sussidju fuq id-dħul;
(b) sussidju fuq insurance claims;
(c) sussidju għal xiri ta' buses ġodda?
X'kien l-ammont totali ta' eżenzjoni mit-taxxi ta' reġistrazzjoni u dazju fuq xiri ta' buses ġodda?
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 10942, japprezza l-Ministru li dmiri bħala membru parlamentari hu li nistaqsi u mhux li ninvestiga? Jaqbel il-Ministru li din it-tip ta' investigazzjoni hi r-responsabbilta' tal-gvern li għandu l-mezzi biex jinvestiga jekk hawnx batching plants bla permess?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm trainee gardeners fl-Argotti herbarium and university botanic gardens? Kemm ilu trainee kull wieħed minn dawn? Veru li l-kuntratt ta' dawn it-trainee gardeners qed jiġġedded xahar b'xahar? Hemm ħsieb li dawn isiru tal-post? Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10668 u cioe': B'referenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi 9437 u t-tweġiba mogħtija fit-3 ta' Diċembru 2004, peress li issa għaddew ħafna aktar minn ħames ġimgħat li matulhom kien mistenni li t-traffic lights jitlestew, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta se jitwaħħlu u jibdew jiffunzjonaw? Kemm kienet in-nefqa s'issa u kemm hu stmat li se tqum b'kollox meta jitlesta l-proġett kollu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta' infrastruttura fuq dan il-proġett tlesta f'ħames ġimgħat kif ippjanat. L-arbli għat-traffic lights u x-xogħol fuq id-ducting sar max-xogħol imsemmi.
Dwar l-installazjoni tat-traffic lights, id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi informa lid-Direttorat tat-toroq bl-istimi neċessarji biex dan ix-xogħol isir. Dan ix-xogħol mistenni jsir fil-ġimgħat li ġejjin.
L-infieq s'issa huwa stmat kif ġej:
- xogħol ta' infrastruttura madwar Lm63,000
- xogħol għall-agrikultura madwar Lm1,462
- installazjoni tat-traffic lights madwar Lm3,000
Jista' il-Ministru jintervjeni beix isir ix-xogħol meħtieġ ħalli t-triq li tagħti minn ħdejn il-mina ta' Hompesch, f'Ħaż-Żabbar, parti mit-Triq taċ-Ċawsli, safejn tibda t-triq li tagħti għaż-Żejtun issir fi stat li tkun tista' tintuża mingħajr periklu, peress li kull meta tagħmel ftit xita din it-triq dejjem tkun mgħarrqa bl-ilma li jgħatti l-bosta ħofor fondi b'riżultat li ma tkunx aċċessibbli?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fuq is-sistema ta’ culverts ta’ din it-triq peress li l-culvert kien qed jinstad bil-ħmieġ. Kif l-ilma li hemm f’din il-parti tat-triq jiskula, ix-xogħol ta’ patching isir immedjatament.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm trainee gardeners fl-Argotti herbarium and university botanic gardens? Kemm ilu trainee kull wieħed minn dawn? Veru li l-kuntratt ta' dawn it-trainee gardeners qed jiġġedded xahar b'xahar? Hemm ħsieb li dawn isiru tal-post? Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li l-Argotti Herbarium u l-University Botanic Gardens jaqgħu taħt Ministeru ieħor, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk bħalissa hemmx vakanzi fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għal supply teacherstat-Taljan? Jekk iva, dawn se jintgħażlu mil-lista ta' persuni li diġa' applikaw u għamlu l-interview? Jekk din il-lista ġiet eżawrita, se jsiru interviews oħrajn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa m'hemmx vakanzi fit-Taljan. Għalhekk bħalissa m'hemm ebda ħtieġa għal Supply Teachers tat-Taljan. Biss jekk fil-futur ikun hemm nuqqas ta' għalliema fit-Taljan, jiġu intervistati applikanti li xtaqu jgħallmu dan is-suġġett bħala Supply Teachers u l-post jew postijiet jimtela/jimtlew skond l-ordni tal-mertu.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10668 u cioe': B'referenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi 9437 u t-tweġiba mogħtija fit-3 ta' Diċembru 2004, peress li issa għaddew ħafna aktar minn ħames ġimgħat li matulhom kien mistenni li t-traffic lights jitlestew, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta se jitwaħħlu u jibdew jiffunzjonaw? Kemm kienet in-nefqa s'issa u kemm hu stmat li se tqum b'kollox meta jitlesta l-proġett kollu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10082, nifhem sew li mill-informazzjoni mogħtija m'hemmx psychologistsjew assistant psychologists jaħdmu s-CDAU? Jekk m'hemmx, jaħsibx li hemm bżonn ta' psychologist jew għallinqas assistant psychologist?
B'riferenza għall-istess mistoqsija u l-informazzjoni mogħtija, possibbli m'hemmx psikjatra jaħdem fuq bażi full-time jew part-time id-CDAU?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ic-Child Guidance Clinic jikkumplimenta x-xogħol tas-CDAU jofri is-servizz kif jidher hawn taħt:
Żewġ psikjatri li bejniethom jagħmlu medja ta' żewġ
sessions
u nofs fil-ġimgħa.
Żewġ
Senior Registrars
(wieħed mill-psikjatrija u l-oħra mil-pedjatrija) li bejniethom jagħmlu medja ta' żewġ
sessions
u nofs fil-ġimgħa.
Żewġ tobba oħra (
house officer
u
s
enior house officer
) li bejniethom jagħmlu medja ta' żewġ sessions u nofs fil-ġimgħa.
Żewġ psikoloġi li bejniethom jagħmlu medja ta' ħames sessions fil-ġimgħa.
Żewġ
Social workers
li bejniethom jagħmlu medja ta' tlett
sessions
fil-ġimgħa.
Tlett
nurses
, waħda minnhom tagħmel sitt
sessions
fil-ġimgħa, tnejn l-oħra jagħmlu
session
kull waħda fil-ġimgħa.