Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Zammit Clapp — Chairman

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li ċ-chairman tal-bord il-ġdid ta' l-isptar Zammit Clapp għandu onorarja ta' Lm3,000 per annum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li c-Chairman għandu dritt t'onorarja ta' Lm5000 imma minn dawn jieħu biss Lm3000. Lm2000 l-oħra jagħtihom donazzjoni lil HR Development ta' l-istess Sptar.

Riforma tal-pensjonijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid sa dan l-istadju x'reazzjoni kien hemm fuq il-white paper fuq ir-riforma tal-pensjonijiet? Jista' jagħti ħjiel kif il-gvern se jipproċedi fuq din il-kwestjoni issa li l-perjodu tal-konsultazzjoni wassal biex jagħlaq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

(Seduta Numru:258) Il-proċess ta’ konsultazzjoni, li l-Gvern estenda mid-data oriġinali tal-31 ta’ Marzu, jagħlaq fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Jien infurmat li waqt il-perjodu ta’ konsultazzjoni membri tal-Grupp ta’ Ħidma fuq il-pensjonijiet kellhom 22 laqgħa ma’ entitajiet u individwi kif ukoll kienu mistiedna fuq 10 programmi fuq il-media. Dan il-proċess għadu għaddej u fil-jiem li ġejjin ser isiru iktar laqgħat mill-membri tal-Grupp. Tajjeb li wieħed jgħid li kien hemm ukoll korrispondenza attiva mill-pubbliku mal-Grupp fuq il-Website www.pensions.gov.mt. Jien ukoll infurmat li l-Grupp ta’ Ħidma s’issa rċieva dokumenti formali b’suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet minn 17-il entità u individwu. Qed inpoġġi lista ta’ dawn l-entitajiet u individwi fuq il-Mejda tal-Kamra. Waqt il-perjodu ta’ konsultazzjoni, il-Grupp kompla jagħmel iżjed xogħol kemm biex jistudja l-impatt soċjali tar-rakkomandazzjonijiet kif ukoll biex jidħol f’iżjed dettal ta’ kif it-Tieni Pilastru tas-sistema tal-pensjonijiet kif proposta fil-White Paper tista’ tiġi mplimentata. Jien infurmat li l-Grupp dalwaqt ser jippreżenta dawn id-dokumenti lill-pubbliku. Meta jagħlaq dan il-perjodu ta’ konsultazzjoni, il-Grupp mistenni janalizza s-suġġerimenti u proposti li ġew ippreżentati lilu u jippreżenta lill-Gvern ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Naħa t'isfel ta' Malta — Local plans

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1684, 2640, 5262 u 11462, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta dan il-pjan għan-naħa t'isfel ta' Malta se jiġi pubblikat? Jaqbel il-Ministru li issa l-poplu għandu jkun jaf b'mod eżatt meta dan il-pjan se jkun lest?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li l-pjan għan-naħa t’isfel ta’ Malta ġie approvat mill-Bord ta' l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fis-17 ta' Marzu 2005. Fil-ġranet li ġejjin hu mistenni li jkun ippubblikat.

Xiri ta' buses

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 11136, jista' il-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-ammont totali ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' reġistrazzjoni u dazju fuq xiri ta' buses ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Reġistru tal-qorti — Uffiċjali

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11676, jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga u jgħid għaliex ċittadini li jkollhom każ fil-qorti tal-familja u jkunu akkumpanjati mill-avukat/prokuratur legali ma jitħallewx li jkollhom aċċess (dħul jew ħruġ) mill-bieb ta' Triq Santa Luċija, minkejja li jkunu akkumpanjati? Għaliex is-sigurta' f'dan l-aċċess ma tiġix eżerċitata bl-istess mod kif isir fil-bieb prinċipali u b'hekk tiġi evitata tip ta' diskriminazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hija miżura ta' sigurta li ma tħallix lill-pubbliku in ġenerali jidħol jew joħroġ mill-bieb ta' Triq Santa Luċija anke jekk akkumpanjat mill-avukat/prokuraturi legali. M'huwiex possibli li l-aċċess mill-entratura li hemm mill-bieb fi Triq Santa Luċija isir bl-istess mod kif isir fil-bieb prinċipali peress li l-ispazju li hemm preżentament ma jiflaħx li jkun hemm walk through metal detactors. Id-Diviżjoni tal-Qorti qed tistudja possibiltajiet oħra sabiex tassigura s-sigurta' fil-bini tal-Qorti.

Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' sussidju ħadet l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku mill-1996 'il hawn kif ġej: (a) sussidju fuq id-dħul; (b) sussidju fuq insurance claims; (c) sussidju għal xiri ta' buses ġodda? X'kien l-ammont totali ta' eżenzjoni mit-taxxi ta' reġistrazzjoni u dazju fuq xiri ta' buses ġodda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra dokument li juri l-ammont ta’ sussidju li ingħata minn 1996 fuq dħul, insurance claims u xiri ta’ buses ġodda. Jien infurmat li l-ammont ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni li ġiet eżentata hija ta’ Lm277,858.66c. Fir-rigward ta’ l-eżenzjoni tad-dazju, peress li dan id-dazju jitħallas lid-Dipartiment tad-Dwana, nitolbok tindirizza din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.

Wied il-Għajn — Triq it-Tiben

Question

Jista' il-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 11573 u cioe' jgħid jekk fil-lista ta' toroq li se jsiru f'Wied il-Għajn hux se ssir Triq it-Tiben? Jekk le għaliex meta din ilha iffurmata u abitata ħafna aktar minn ċerti toroq oħra li se jsiru, jew li diġa' saru, jew li qed isiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li Triq it-Tiben, f’Wied il-Għajn hija nkluża fil-lista tat-toroq li se jsiru mill-Awtorita' dwar it-Trasport.

Wied il-Għajn — Toroq

Question

Jista' il-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari 11574 u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq li qed isiru, jew li se jsiru, f'Wied il-Għajn?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Toroq li saru riċentament u li qed isiru mill-Awtorita' dwar it-Trasport f’M’Scala huma: Triq ir-Roża Triq il-Ħamrija Triq l-Aħdar Trid Hurd’s Bank Bini ta’ Culvert fi Triq P.Vendomme Toroq li se jsiru f’ M’Scala matul din is-sena Triq Patri Wistin Born Triq l-Aħmar Triq Kannella

Karozzini — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 11618 u cioe': B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari oħrajn li jien għamilt dwar il-problema tal-liċenzji tal-karozzini, jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li dawk li għandhom il-karozzin u qed jaħdmu bla liċenzja jingħataw iċ-ċans li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom? Huwa informat il-Ministru li hemm min għandu liċenzja imma m'għandux la karozzin u wisq anqas żiemel u qed jispiċċa jbigħ il-liċenzja għal eluf ta' liri jew inkella jikriha lil terzi persuni? Biex jinqata' dan l-abbuż, jaqbel il-Ministru li dawk li għandhom karozzin u żiemel u qed jaħdmu bla liċenzja għandhom jingħataw iċ-ċans, imqar għal darba waħda, biex jiġu regolari u liċenzjati? Jista' iwieġeb ġentilment dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita’ dwar it-Trasport ma għandiex il-ħsieb li toħroġ liċenzji ġodda għall-karozzini. L-Awtorita' m’hiex informata li hemm min għandu liċenzja u m'għandux karozzin. Dawk il-persuni li għandhom karozzin u żiemel u qegħdin jaħdmu bla liċenzja qed jiksru l-liġi. L-Awtorita’ dwar it-Trasport ser tassigura li l-liġi ma tinkisierx u għalhekk twaqqafħom milli jagħmlu hekk.

Żejtun — Parking traffic signs

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi 11441 tista' il-Ministru ġentilment tgħid x'kien l-eżitu ta' l-investigazzjoni li għamlet il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' u x'passi ħadu jew beħsiebhom jieħdu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b'Diżabilita', jidher li s-sinjali li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant huma diskriminatorji fil-konfront ta' persuni b'diżabilita'. Ninsab infurmata wkoll li l-Kummissjoni infurmat lill-Awtorita' Maltija dwar it-Trasport b'dan u bdiet diskussjonijiet ma' l-Awtorita' biex din id-diskriminazzjoni tieqaf mill-aktar fiss possibli.

Żejtun — Triq tal-Barrani - traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11681 u cioe' peress li bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9437 tad-29 ta' Novembru 2004 il-Ministru ġie informat li x-xogħlijiet fil-proġett tat-traffic lights fi Triq il-Barrani, Żejtun kellhom jitlestew fi żmien ħames ġimgħat u li kienu se jiġu jiswew madwar Lm45,000, jista' il-Ministru ġentilment jispjega għaliex dik is-somma ta' Lm45,000 inqabżet bil-bosta? Ma jidhirlux il-Ministru li l-qabża esaġerata f'somma ta' Lm22,462 hi waħda esaġerata, u jista' jgħid fiex intnefqet id-differenza bejn l-istima u s-somma attwali? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol għall-agrikoltura ta' madwar Lm1,462?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B’riferenza għal mistoqsija parlamentari 9437 tad-29 ta’ Novembru 2004, l-istima għax-xogħlijiet fil-proġett tat-traffic lights kienet ta’ madwar Lm45,000. Din kienet l-istima Dipartimentali magħmula bir-rati li kienu jintużaw mid-Dipartiment tat-Toroq. Din l-istima kienet saret f’April 2003. It-tender għal dan ix-xogħol ġie ppublikat f’Jannar 2004. Wara li għalqu t-tenders dawn ġew evalwati fejn l-orħos offerta kienet dik ta’ Lm63,307.23. Wara diskussjonijiet ma’ l-orħos tenderer ingħata roħs ta’ Lm2,639.47 biex it-tender ingħata għall-valur ta’ Lm60,667.76. Rigward ix-xogħol għall-agrikultura, l-ammont ta’ Lm1,462 jinkludi kumpens għal diversi tipi ta siġar u dwieli kif ukoll għal irrigation pipesu goodwill loss. Din l-istima nħadmet mid-Dipartment ta’ l-Agrikultura.

Reġistru tal-Qorti — Uffiċjali tal-Qorti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex ċerti uffiċjali tal-Qorti jitħallew jagħmlu użu regolari mill-aċċess li mir-reġistru jagħti għal Triq Santa Luċija, waqt li ċittadini normali h uma preklużi milli jidħlu u/jew joħorġu minn dak l-aċċess, anke jekk dan il-bżonn ikun dwar ħtieġijiet konnessi mal-qorti? Kemm qed tiswa finanzjarjament fis-sena l-persuna li qed tieħu ħsieb li ma jsirx aċċess minn dak il-bieb minn ċittadini li jkollhom bżonn tali aċċess? Huwa possibbli li din id-diskriminazzjoni tiġi riżolta amministrattivament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-aċċess għar-Reġistru tal-Qrati Ċivili mill-bieb li hemm fi Triq Santa Luċija huwa għall-istaff li qiegħed fil-bini tal-Qorti tal-Familja kif ukoll għall-Avukati u Prokuraturi Legali. Din il-miżura ttieħdet sabiex tiġi salvagwardata s-sigurta' u fl-istess ħin tagħti aċċess lill-Avukati u Prokuraturi Legali li jridu jmorru l-Qorti tal-Familja. L-ispiża fis-sena hija dik ta' paga ta' uffiċjal fi skala ta' salarju numru 16. Ninforma wkoll li l-Amministrazzjoni tal-Qorti ħadet ħsieb li ma' kull bieb li hemm fil-bini tal-Qorti jitqiegħed Security Guard.

Żejtun: Triq tal-Barrani — Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11461 u cioe': Peress li bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9437 tad-29 ta' Novembru 2004 il-Ministru ġie informat li x-xogħlijiet fil-proġett tat-traffic lights fi Triq il-Barrani, Żejtun kellhom jitlestew fi żmien ħames ġimgħat u li kienu se jiġu jiswew madwar Lm45,000, jista' il-Ministru ġentilment jispjega għaliex dik is-somma ta' Lm45,000 inqabżet bil-bosta? Ma jidhirlux il-Ministru li l-qabża esaġerata f'somma ta' Lm22,462 hi waħda esaġerata, u jista' jgħid fiex intnefqet id-differenza bejn l-istima u s-somma attwali? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol għall-agrikoltura ta' madwar Lm1,462?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Open top buses

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari preċedenti tiegħi 9404, jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li fix-xhur jew ġimgħat li għaddew ġew Malta minn pajjiż jew pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea open top buses u operaw f'Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ma rċeviet l-ebda informazzjoni matul din l-aħħar sena li f’Malta daħlu xi open top buses minn xi pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea jew minn xi pajjiż terz ieħor. Informazzjoni li rċeviet kienet dwar xi coaches double-deckers (li ma kinux open top buses) li daħlu Malta b’turisti. Jien infurmat ukoll li vetturi ta’ intrapriżi stabbiliti fi Stat ta’ l-Unjoni Ewropea li jkunu qegħdin jipprovdu servizz okkażjonali bħala parti minn servizz internazzjonali m’għandhomx bżonn ta’ awtorizzazzjoni meta jmorru fi jew jgħaddu minn Stat ieħor membru. Għaldaqstant ma tistax tinżamm informazzjoni dwar l-għadd ta’ vetturi bħal dawn li jistgħu jidħlu fi Stat Membru minn xi Stat Membru ieħor.

Open top buses

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari preċedenti tiegħi 9404, jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li fix-xhur jew ġimgħat li għaddew ġew Malta minn pajjiż jew pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea open top buses u operaw f'Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ma rċeviet l-ebda informazzjoni matul din l-aħħar sena li f’Malta daħlu xi open top buses minn xi pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea jew minn xi pajjiż terz ieħor. Informazzjoni li rċeviet kienet dwar xi coaches double-deckers (li ma kinux open top buses) li daħlu Malta b’turisti. Jien infurmat ukoll li vetturi ta’ intrapriżi stabbiliti fi Stat ta’ l-Unjoni Ewropea li jkunu qegħdin jipprovdu servizz okkażjonali bħala parti minn servizz internazzjonali m’għandhomx bżonn ta’ awtorizzazzjoni meta jmorru fi jew jgħaddu minn Stat ieħor membru. Għaldaqstant ma tistax tinżamm informazzjoni dwar l-għadd ta’ vetturi bħal dawn li jistgħu fi Stat Membru minn xi Stat Membru ieħor.

Wied il-Għajn — Triq it-Tiben

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk fil-lista ta' toroq li se jsiru f'Wied il-Għajn hux se ssir Triq it-Tiben? Jekk le għaliex meta din ilha iffurmata u abitata ħafna aktar minn ċerti toroq oħra li se jsiru, jew li diġa' saru, jew li qed isiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Karozzini — Liċenzji

Question

B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari oħrajn li jien għamilt dwar il-problema tal-liċenzji tal-karozzini, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li dawk li għandhom il-karozzin u qed jaħdmu bla liċenzja jingħataw iċ-ċans li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom? Huwa informat il-Ministru li hemm min għandu liċenzja imma m'għandux la karozzin u wisq anqas żiemel u qed jispiċċa jbigħ il-liċenzja għal eluf ta' liri jew inkella jikriha lil terzi persuni? Biex jinqata' dan l-abbuż, jaqbel il-Ministru li dawk li għandhom karozzin u żiemel u qed jaħdmu bla liċenzja għandhom jingħataw iċ-ċans, imqar għal darba waħda, biex jiġu regolari u liċenzjati? Jista' iwieġeb ġentilment dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra

MEPA — Żejtun - Kamra tal-logħob tan-nar

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi 11560 dwar metodu kif il-kamra tan-nar taż-Żejtun qed tiġi mitluba taħraq u tiddispondi minn karti skart, jista' il-Ministru jispjega aħjar dak li hemm f'paragrafu 2 tat-tweġiba bil-kliem "Il-MEPA mhux qed tesiġi li dawn il-karti jinħarqu f'apparat speċjali, iżda jekk irid jinħareġ xi skart bħal dan għandu jintuża apparat apposta skond il-liġi ...."? Jista' jispeċifika b'mod aktar ċar x'inhu u kif ikun dan l-apparat apposta skond il-liġi biex din il-kamra tkun ċerta li qed tkun konformi mal-liġi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-każ tal-kamra tan-nar in kwistjoni, l-iżviluppatur ippropona li jaħraq karti ikkontaminati bil-kimika tat-taħlit ġo tank tal-ħadid. Dawn il-karti ikkontaminati jiġu meqjusa bħala skart perikoluż, u jekk jiġu maħruqa kif propost (open burning) jistgħu jikkawżaw tniġġis ta’ l-arja. Il-liġi, ma tippermettix li jsir ħruq fl-apert ta' skart. Għaldaqstant, min għandu bżonn jaħraq xi skart, irid juża apparat speċjali (inċineratur) li hu awtorizzat biex fih isir il-ħruq ta' skart. Fil-każ tal-kamra tan-nar taż-Żejtun, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mhix qed tirrakkommanda li jiġi pprovdut inċineratur fuq il-post. Ir-rakkomandazzjoni ta’ l-Awtorità hi li jekk ikun hemm bżonn li jiġi inċinerat xi skart, dan irid jintbagħat għal ġo inċineratur awtorizzat. Din ir-rakkomandazzjoni ma tapplikax biss għall-kmamar tan-nar però tapplika wkoll għall-kull tip ta’ skart li jkun hemm bżonn li jiġi inċinerat f'Malta (bl-eċċezzjoni tal-ħruq ta' ħaxix ħażin u kwantitajiet limitati ta' injam fl-għelieqi). Ta’ min jinnota wkoll li l-Awtorità ma hix qed tinsisti li dan it tip ta' skart li ser ikun iġġenerat mill-kamra tan-nar in kwistjoni irid jiġi bil-fors inċinerat. Jekk dawn it-tip ta' karti huma fi kwantitajiet zgħar, jistgħu jintremew mal-iskart domestiku wara li jiġu mxarrbin biex jitnaqqas il-periklu li jaqbdu.

Sptar San Luqa — Parking

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux se ssir bidla fil-mod kif isir il-parking fl-isptar San Luqa? Jekk iva, dawk li jgħallmu fl-Institute of Health Care u sal-lum jipparkjaw ħdejn l-Institute fil-parkeġġ li hemm apposta se jkunu jistgħu jibqgħu jipparkjaw f'dan il-post? Jekk iva, se jkollhom bżonn xi card apposta? Il-Membri Parlamentari li sal-lum jipparkjaw fil-VIP area se jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu dan meta jmorru jżuru xi kostitwenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nikkonferma li fl-Isptar San Luqa se tiġi ntrodotta sistema ġdida ta traffiku u parkeġġ. Dawk li jgħallmu fl-Institute of Health Care se jibqgħu jipparkjaw il-vetturi tagħhom fl-istess parkeġġ li hemm quddiem il-post imsemmi. Biex tidħol fuq it-triq li twassal għal dan il-parkeġġ, kull individwu jkun meħtieġ li juża Proximity Card maħruġa mill-Institute of Health Care. Il-Membri Parlamentari se jkunu jistgħu jipparkjaw fil-VIP Area kif kienu qabel.