Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żabbar — Triq ta' ħdejn il-Mina ta' Hompesch

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12453 u jgħid: B'riferenza għat-tweġibiet ta' mistoqsijet parlamentari 10949 u dik ta' l-aħħar 12280, peress li jien informat li fil-11 ta' Mejju 2005 fl-10.00 a.m. la sar patching u lanqas sar tindif tal-culverts mill-11 ta' Frar, 2005 sal-lum, jista' il-Ministru jitlob spjegazzjoni dettaljata ta' meta sar ix-xogħol indikat għat-tweġiba lil domanda 10949 (seduta 244 tat-2 ta' Marzu 2005), min għamel dak ix-xogħol, meta sar u kemm dam ix-xogħol biex tlesta? Kemm kienet l-ispiża biex sar ix-xogħol li qed jiġi allegat li sar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12453.

Studenti b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12451 u jgħid kemm hemm studenti b'diżabilita' fl-universita', fl-MCAST, fil-junior college, fl-iskola Giovanni Curmi u fl-institute of health care? Jista' jgħid ukoll fl-istituzzjonijiet hawn fuq imsemmija x'inhi l-popolazzjoni ta' l-istudenti kollha? Jista' jgħid x'sapport qed jingħataw dawn l-istudenti b'diżabilita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Universita' hemm 87 student, li jinkludu 4 fl-Institute of Health Care, li jiddikjaraw xi forma ta' diżabilita' minn fost popolazzjoni ta' 9457 student, filwaqt li fil-Junior College 23 student jiddikjaraw diżabilita' minn fost popolazzjoni ta' 3033 student. Id-diżabilita' dikjarata tvarja minn 'dyslexia' sa nuqqas ta' smigħ jew vista jew problemi ta' mobilita'. L-għajnuna li tiġi mogħtija tiddependi minnn x'jeħtieġ l-istudent. B'mod ġenerali dawn l-istudenti jiġu mogħtija 'counselling' kif ikampaw ma' l-istudji tagħhom, għajnuna personali biex jagħmlu użu mir-riżorsi li għandhom bżonn għall-istudji (eż. għomja jiġu megħjuna fil-librerija; jiġu mogħtija 'tape recordings' ta' 'handouts' u mistoqsijiet ta' testijiet li jkunu assenjati lilhom) kif ukoll apparat sussidjat skond il-ħtiġijiet tagħhom. Isiru għadd ta' arranġamenti waqt l-eżamijiet biex ikun żgurat li d-diżabilita' ma tkunx ostaklu għall-aċċess normali għall-karta ta' l-eżami f'kull każ ta' diżabilita'. Kull sforz sar biex il-kampus ta' l-Universita' jkun totalment aċċessibbli għal persuni b'diżabilita' u dan hu hekk fil-maġġoranza kbira tal-każi. Dan sewa investiment sostanzjali u hemm pjanati xogħolijiet oħra. Informat ukoll li hemm 82 student b'diżabilita' fl-MCAST minn poplazzjoni ta' 3617. Il-Kulleġġ għandu erba' facilitators u s-siegħat tagħhom jiddependi fuq il-kundizzjonijiet speċjali ta' l-istudenti. Il-facilitators jattendu l-klassijiet jew jgħinu l-istudent waqt 'free lessons'. Hemm ukoll programmi ddisinjati għall-individwi. L-istudenti jingħataw ukoll l-għajnuna meħtieġa, pariri u għajnuna speċjali matul il-ġimgħa ta' l-eżamijiet u għall-eżamijiet ta' 'Overseas Examining Boards'. L-istudenti li qegħdin fil-'Pathway to Independent Living Course' jattendu l-Kulleġġ tlett darbiet fil-ġimgħat. Għandhom facilitator magħhom il-ħin kollu. L-għan ta' dan il-programm hu biex jgħin l-istudenti b'intellectual impairment jitgħallmu l-ħiliet biex ikomplu bil-ħajja tagħhom ta' kuljum.

Ħaż-Żabbar — Triq ta' ħdejn il-Mina ta' Hompesch

Question

B'riferenza għat-tweġibiet ta' mistoqsijet parlamentari 10949 u dik ta' l-aħħar 12280, peress li jien informat li fil-11 ta' Mejju 2005 fl-10.00 a.m. la sar patching u lanqas sar tindif tal-culverts mill-11 ta' Frar, 2005 sal-lum, jista' il-Ministru jitlob spjegazzjoni dettaljata ta' meta sar ix-xogħol indikat għat-tweġiba lil domanda 10949 (seduta 244 tat-2 ta' Marzu 2005), min għamel dak ix-xogħol, meta sar u kemm dam ix-xogħol biex tlesta? Kemm kienet l-ispiża biex sar ix-xogħol li qed jiġi allegat li sar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-culvert kien tnaddaf fit-18 u 19 ta’ Frar, 2005 u tneħħew żewġ vjaġġi materjal. Il-patching sar fil-21 ta’ Frar 2005 wara li kien skula l-ilma. Il- Kunsill Lokali ta’ Haż-Żabbar ippropona biex din it-triq tingħalaq għat-traffiku sakemm jiskula l-ilma, minħabba li kien hemm ħofor perikolużi. Kif dan l-ilma skula dawn il-ħofor, sar patching kif wieħed jista’ jara b’għajnejh illum. Ix-xogħol sar min kuntrattur ta’ l-ADT. Dawn ix-xogħlijiet tlestew f’ġurnata. Dan il-kuntrattur għamel xogħol ta’ patching fi Triq il-Mina ta’ Hompesch u Triq Villabate, Żabbar; Triq Sant Antnin, M’Scala u t-tunnels ta’ St. Venera għal spiża totali ta’ Lm534.75.

Żejtun — Skola primarja B

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħtieġa ta' handyman/purtinar fl-iskola primarja B, Żejtun? Billi jien informat li hemm wieħed li se jirtira biż-żmien, se jiġi replaced?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja 'B', Żejtun, hemm numru adegwat ta' dan l-istaff tant li, anke jekk u meta jirtira wieħed bl-eta', ma jkunx hemm ħtieġa ta' ieħor minfloku/ha.

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg - Ġibjun

Question

Possibbli li l-water services corporation tara li l-ġibjun li jinsab fil-bypass ta' Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun, li tbattal mill-ilma dan l-aħħar mill-pulizija waqt investigazzjoni li kienet qed tagħmel l-istess pulizija b'konnessjoni ma' reat kriminali, ikompli jitnaddaf u ssirlu l-manutenzjoni li għandu bżonn ladarba jinsab imbattal kollu mill-ilma? Taqbel il-water services corporation li dan ix-xogħol għandu jsir issa kif dan il-ġibjun jinsab bla ilma? Hemm ħsieb li jerġa' jimtela għax dan jintuża minn għadd ta' bdiewa fil-viċinanza u jekk jitħalla vojt fix-xhur tas-sajf jien informat li tista' issirlu aktar ħsara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xiri ta' qanpiena għal knisja

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk qanpiena li se tinxtara mill-Ingilterra minn individwu biex jagħtiha bħala donazzjoni lil knisja, u li se titwaħħal mill-ewwel fuq il-kampnar ta' din il-knisja, tistax tiġi eżentata milli jsir ħlas tal-VAT fuqha ladarba hi għall-użu tal-knisja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Djar — Djar rekwiżizzjonati

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' postijiet li għad għandhom requisition fuqhom f'kull lokalita' f'Malta u Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

E-mail addresses

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jinżammx record ta' dawk li għandhom reġistrat f'isimhom e-mail address u jekk fl-affermattiv, kemm kien in-numru ta' e-mail addresses sena b'sena, mill-2001 'il hawn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma tinżammx record ta' dawk li għandhom reġistrat f'isimhom e-mail address.

AFM/refuġjati — Inkjesta

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk intemmitx l-inkjesta li ġiet ordnata minnu wara l-inċidenti bejn suldati ta' l-AFM u refuġjati? Jekk iva, meta tlestiet? Hemm ħsieb li kopja tagħha titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk għadha ma tlestietx, meta hemm il-ħsieb li titlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta dwar l-inċidenti bejn suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta u refuġjati għadha ma ntemmitx.

Studenti b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti b'diżabilita' fl-Universita', fl-MCAST, fil-junior college, fl-iskola Giovanni Curmi u fl-Institute of health care? Jista' jgħid ukoll fl-istituzzjonijiet hawn fuq imsemmija x'inhi l-popolazzjoni ta' l-istudenti kollha? Jista' jgħid x'sapport qed jingħataw dawn l-istudenti b'diżabilita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Imtarfa — Art abbandunata

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex proprjeta' fl-Imtarfa (ritratti qed jintbagħtu separatament) li ilha taħt l-amministrazzjoni tal-Gvern Malti sa minn meta ġiet trasferita mill-Gvern Ingliż, baqgħet abbandunata? Billi l-ispiża biex tiġi restawrata hija enormi, jikkunsidra l-gvern li jikriha lill-privat bis-solitu metodu ta' l-offerti u ovvjament b'kundizzjonijiet li jassiguraw li din tiġi restawrata u titħalla fl-istat oriġinali tagħha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proprjeta' in kwistjoni kienet ġiet ittrasferita lill-Awtorita' tad-Djar bl-Avviż Legali Numru 199 tad-9 ta' Novembru 1990. L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 10 PQ #12453 Sitting 270 2005-05-23 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħaż-Żabbar — Triq ta' ħdejn il-Mina ta' Hompesch

Question

B'riferenza għat-tweġibiet ta' mistoqsijet parlamentari 10949 u dik ta' l-aħħar 12280, peress li jien informat li fil-11 ta' Mejju 2005 fl-10.00 a.m. la sar patching u lanqas sar tindif tal-culverts mill-11 ta' Frar, 2005 sal-lum, jista' il-Ministru jitlob spjegazzjoni dettaljata ta' meta sar ix-xogħol indikat għat-tweġiba lil domanda 10949 (seduta 244 tat-2 ta' Marzu 2005), min għamel dak ix-xogħol, meta sar u kemm dam ix-xogħol biex tlesta? Kemm kienet l-ispiża biex sar ix-xogħol li qed jiġi allegat li sar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Qorti Ewropea

Question

Wara d-deliberazzjoni tal-Qorti Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem tat-22 ta' Frar, 2005 fil-każ tal-Pollakka Maria Hutten-Czapska ta' 74 sena kontra l-Istat, jikkonsidra l-Gvern Malti li issa għadda żmien biżżejjed biex jittieħdu l-passi neċessarji ħalli każi simili lokali jiġu indirizzati? Billi hemm riskju li l-Gvern Malti jista' jiġi ffaċċjat b'xi kawża simili li eventwalment tittieħed Strasbourg għal deċiżjoni hemmhekk, għandu ħsieb il-gvern li jibda jaħseb biex jipprova jsolvi din il-problema?

Response (BORG, TONIO)

Irreferejt il-każ lill-Ministru ikkonċernat.

Servizz Pubbliku — Principals

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hux se jiġu msejħa aktar kandidati li kienu għaddew mill-eżaniijiet għall-post ta' principal fis-servizz pubbliku u qegħdin fil-waiting list? Billi dan l-eżami jiskadi f'Diċembru 2005, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu iktar principals u jekk iva, jista' jagħti indikazzjoni ta' kemm hu maħsub li jkun hemm vacancies għal dan il-grad? Hemm ħsieb li l-validita' ta' dan l-eżami terġa' tiġġedded wara Diċembru 2005, f'każ li jkun hemm aktar vakanzi fil-futur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-kandidati li għaddew mill-eżami ta’ Principal u qegħdin fuq il-waiting list jissejħu għal impieg skond il-bżonn. Il-validità ta’ l-eżami ġiet estiża b’sena sa Diċembru ta’ l-2005 u ma hemmx intenzjoni li din terġa’ tiġi estiża.

Xiri ta' buses

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 11136, jista' il-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-ammont totali ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' reġistrazzjoni u dazju fuq xiri ta' buses ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nixtieq nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat lill-Mistoqsija Parlamentari Numru 11136. Għar-rigward ta’ dazju fuq xiri ta’ buses ġodda l-ammont totali huwa ta’ Lm355,026.

ETC — Kors ta' child care

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-kors ta' child care li kellu jsir mill-ETC hux sussidjat mill-Unjoni Ewropea? Jekk iva, kemm se toħroġ flus l-ETC u kemm se jingħata mill-Unjoni Ewropea? Kemm applikaw għal dan il-kors u kemm se jintgħażlu? Il-proċess ta' l-għażla sar? Jekk sar jew se jsir, fuq liema bażi saret jew se ssir l-għażla? Billi wħud mill-kandidati li applikaw ġew informati b'telefonata li l-kors ġie pospost, jista' il-Ministru jgħid meta fil-fatt se jsir u meta se jibda l-proċess ta' l-għażla? Il-kors hu fuq bażi full-time jew part-time? Jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Proġett kollu taċ-Childcare ( li jinkludi fiħ is-sussidju ta' l-employers u t-taħriġ għal carers) ser iqum ftit inqas minn Miljun Euro. 75% huwa ssusidjat mill-Unjoni Ewropea filwaqt li l-Gvern Malti ser joħroġ 25%. B’kollox hu ppjanat li ser ikun hemm mija u għoxrin ‘carer’ imħarrġa fuq bażi Part-Time. Sa issa ma ħarġitx sejħa għall-applikazzjonijiet peress li kien hemm listi diġa' eżistenti li kienu intlaqgħu qabel mill-ETC. Il-proċess ta' l-għażla isir skond kriterji stabbiliti mill-ETC li jesiġu li persuna jkollha Ÿ mill-anqas 3 eżamijiet f’livell ordinarju li jridu jinkludu l-Malti, L-Ingliż u l-Matematika. Ÿ fl-assenza tal-Matematika l-persuna tista tissostitwixxi b’żewġ eżamijiet oħrajn. Ÿ fin-nuqqas ta’ xi waħda minn dawn il-kwalifiki, il-persuna triq toqgħod għall-eżami bil-miktub fit-tlett suggetti. Kuntrarjament għal li qal l-Onor. Membru il-korsijiet qatt ma ġew posposti. Fil-fatt l-ewwel kors ġie mniedi f’Marzu li għadda u t-tieni ser jibda f’Mejju skond il-proċess ta' l-għazla imsemmi aktar qabel.

AFM/refuġjati — Inkjesta

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk intemmitx l-inkjesta li ġiet ordnata minnu wara l-inċidenti bejn suldati ta' l-AFM u refuġjati? Jekk iva, meta tlestiet? Hemm ħsieb li kopja tagħha titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk għadha ma tlestietx, meta hemm il-ħsieb li titlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Qrati — Moħqrija lejn l-annimali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm tressqu nies il-qorti kull sena fuq akkużi ta' krudilta' u moħqrija ta' l-annimali fis-sena 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 s'issa? Minn fejn kienu l-persuni li tressqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq reati relatati ma’ moħqrija ta’ annimali bejn is-sena 2000 u April 2005 kienu kif jidher hawn taħt: 2000 2001 2002 2003 2004 2005 15 11 30 16 1 5 Infurmat ukoll illi l-lokalitajiet fejn seħħew dawn ir-reati kienu: Birżebbuġia Marsaxlokk Mrieħel San Ġiljan Xlendi Birkirkara Marsa Mtarfa San Pawl il-Baħar Żabbar Baħar iċ-Ċaħaq Mdina Paola Sliema Żebbuġ Ħamrun Mellieħa Pembroke Valletta Żejtun Luqa Mosta Qormi Xewkija

EU — Double deckers

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12238 u jgħid meta l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta kitbet lid-directorate general for transport and energy tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-problema tad-double deckers f'Malta? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li għaddiet bejn l-ADT u l-Kummissjoni Ewropea fuq dan is-suġġett?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta bagħtet talba għall-klarifikazzjoni lid-Direttorat Ġenerali tat-Trasport u Enerġija fid-29 ta’ Marzu 2005 dwar l-Open Top Double Decker Buses. Peress li l-korrispondenza li għaddiet s’issa kienet waħda formali, ma nħossx li għalissa kopja ta’ din il-korrispondenza għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.