Legislature:
Category:
Reset
Active:

Containers ta' immigranti Maltin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk immigrant Malti li jibgħat lejn Malta container b'affarijiet personali għall-proprjeta' tiegħu f'Malta jridx ikun preżenti hu biex jiġi released il-container mid-dwana, inkella jistax dan il-container jiġi released minn membru tal-familja li jkollu ipotetika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Immigrant Malti jista’ jibgħat lejn Malta container b’affarijiet personali, użati, għall-proprjetà tiegħu f’Malta mingħajr ma hu jkun preżenti hawn Malta. Il-container jista’ jiġi rilaxxat lill-membri tal-familja. F’każ bħal dan id-Dwana titlob garanzija li tingħata lura dment li l-immigrant jiġi Malta sa sitt xhur mid-data li l-container daħal fit-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea.

Air Malta — Impjegati ġodda

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk f'din l-aħħar sena l-Air Malta impjegatx xi nies? Jekk iva, meta u x'kien il-grad tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul din l-aħħar sena, jiġifieri bejn l-1 ta' Awwissu 2004 u l-31 ta' Lulju 2005, l-ingaġġ ta' nies fl-Air Malta kien kif ġej:- Żewġ (2) Chief Officers - Awwissu 2004 u Frar 2005 Sitt (6) Trainee Technicians - Ottubru 2004 Erbgħa (4) kadetti (trainee pilots) - Jannar 2005 Żewġ (2) Avukati - Ġunju/Lulju 2005 General Manager (1) - Lulju 2005 Ħamsa u erbgħin (45) Temporary Cabin Crew (kuntratt definit) - April/Lulju 2005 u Tlett (3) Studenti Ħaddiema - Lulju 2005.

Djar — Bdil ta' post privat ma' wieħed tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid jekk koppja anzjana li għandhom il-post tagħhom kbir mhux ħażin, jistgħux ibiddluh ma' post ieħor tal-gvern li jkun aktar aċċessibbli għalihom u ovvjament il-gvern jieħu l-post tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-koppja li għamel referenza għaliha biex tressaq it-talba tagħha lill-Customer Care Section tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Leg 10 PQ #14353 Sitting 295 2005-09-26 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

ADT — Operatur liċenzjat tal-VRT

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' tat-trasport għandhiex dritt bil-liġi żżomm operatur liċenzjat tal-VRT milli joħroġ ċertifikat tal-VRT lis-sid ta' vettura li jkun ressaq il-vettura tiegħu għall-VRT? Jekk iva, jista' ġentilment jikkwota l-parti tal-liġi li tagħti dan id-dritt lill-awtorita' tat-trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Dipartimenti tal-gvern — Direttivi dwar l-użu tal-lingwa Maltija

Question

Ghaliex minkejja d-direttivi moghtija lill-Kapijiet tad-Dipartimenti dwar l-uzu tal-lingwa Maltija (twegiba għall-mistoqsija parlamentari 6128, Seduta 141 tal-21 ta' Gunju 2004) id-decizjonijiet sew tal-bord tal-kummissjonarji specjali kif ukoll dawk ta' l-appelli quddiem il-qrati qed jigu ppubblikati b'ilsien barrani? Jista' jieħu passi biex id-direttivi li joħorġu mill-uffiċċju tal-prim ministru jkunu fil-fatt attwati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell tal-Kummissjonarji Speċjali tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni dejjem ikunu ppublikati bil-Malti. Huwa biss meta jkunu nvoluti barranin, jew fuq talba speċifika ta’ l-appellant, li d-deċiżjoni tkun ippubblikata bl-Ingliż. Għalhekk ma jistax jingħad li direttivi dwar l-użu tal-Malti mhux qed jiġu attwati.

Malta Enterprise — Internal vacancies

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13426 u jgħid x'inhi r-raġuni li meta jkun hemm internal vacancy fil-Malta Enterprise mhux l-applikazzjonijiet kollha li jintefgħu internament jiġu milqugħa? Fuq liema kriterji jintlaqgħu u jintgħażlu l-applikazzjonijiet, peress li jien informat li f'eżerċizzji bħal dawn ikun hemm min għandu l-kwalifiki neċessarji imma l-applikazzjoni tiegħu ma tiġix aċċettata mingħajr ebda spjegazzjoni jew raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-impjegati kollha ta' l-Malta Enterprise jingħataw l-opportunita li japplikaw għall-internal vacancy u ma' tiġi rifjutata l-ebda applikazjoni. Il-proċess huwa trasparenti w kull impjegat għandu d-dritt li jagħmel mistoqsijiet lil HR fuq il-proċess. Wara li toħrog is-sejha interna permezz ta' email u fuq n-notice boards, l-applikazjoniet jiġu magħzula skond il-ħtieġa tal-post vakanti. Il-kanditati jiġu nfurmati jekk jiġux magħzula għall-intervista jew le.

Triq San Ġużepp f'Ħaż-Żabbar — Irwejjah ta' Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13472 u jgħid jekk hux possibbli li d-diviżjoni tad-drenaġġ tieħu bis-serjeta' u tinvestiga r-raġuni għar-riħa ta' drenaġġ li qed ikun hemm ta' spiss fi Triq San Ġużepp, Ħaż-Żabbar? Billi din ir-riħa ġejja miċ-ċumnija (mibnija bil-ġebel) li hemm f'din it-triq fuq in-naħa ta' Ħaż-Żabbar, possibbli li l-inġiniera inkarigati jippruvaw jsibu soluzzjoni għax din ir-riħa qed tkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi? Jistgħu l-uffiċjali inkarigati jkellmu huma stess lir-residenti ħalli jispjegawlhom eżatt minn fejn ġejja r-riħa? (jekk irid il-Ministru, nista' nindikalhom jien stess min huma r-residenti li qed jilmentaw).

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qed tara tistax tinstab soluzzjoni għal dan l-inkonvenjent.

Malta enterprise — Internal vacancies

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta jkun hemm internal vacancy fil-Malta Enterprise mhux l-applikazzjonijiet kollha li jintefgħu internament jiġu milqugħa? Fuq liema kriterji jintlaqgħu u jintgħażlu l-applikazzjonijiet, peress li jien informat li f'eżerċizzji bħal dawn ikun hemm min għandu l-kwalifiki neċessarji imma l-applikazzjoni tiegħu ma tiġix aċċettata mingħajr ebda spjegazzjoni jew raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Benefiċċji soċjali

Question

Possibbli l-Ministru ġentilment tara għalfejn il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha ma tieħu relief/children allowance minn Jannar 2005, meta din għad għandha t-tfal żgħar? Possibbli xi ħadd jara l-każ tagħha bit-tama li terġa' tibda titħallas fi żmien qasir?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha

Ħaż-Żabbar — Triq San Ġużepp - irwejjaħ ta' drenaġġ

Question

Possibbli d-diviżjoni tad-drenaġġ tieħu bis-serjeta' u tinvestiga r-raġuni għar-riħa ta' drenaġġ li qed ikun hemm ta' spiss fi Triq San Ġużepp, Ħaż-Żabbar? Billi din ir-riħa ġejja miċ-ċumnija (mibnija bil-ġebel) li hemm f'din it-triq fuq in-naħa ta' Ħaż-Żabbar, possibbli li l-inġiniera inkarigati jippruvaw jsibu soluzzjoni għax din ir-riħa qed tkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi? Jistgħu l-uffiċjali inkarigati jkellmu huma stess lir-residenti ħalli jispjegawlhom eżatt minn fejn ġejja r-riħa? (jekk irid il-Ministru, nista' nindikalhom jien stess min huma r-residenti li qed jilmentaw).

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prezz taz-zokkor

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jispjega jekk hux vera li l-prezz taz-zokkor mistenni jiċċaqlaq fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal ċaqliq ta’ prezzijiet internazzjonali, dan jiddependi minn żviluppi internazzjonali u għalhekk ma nistax nagħti tweġiba definittiva f’dawn iċ-ċirkostanzi.
Leg 10 PQ #13356 Sitting 287 2005-07-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bins fix-xtajtiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx inizjattiva hekk kif għadna fil-bidu tas-sajf, biex jiġi aċċertat li jkun hemm biżżejjed bins fix-xtajtiet, speċjalment dawk l-aktar frekwentati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ġew imqegħda 1,200 bin madwar ix-xtajtiet kollha ta’ Malta. Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, permezz tal-Beach Cleaning Section u l-Product Planning and Development Directorate rispettivament, ser ikunu qed jevalwaw diversi aspetti ta’ beach management inkluż l-indafa u dan sabiex inkunu nistgħu nieħdu azzjoni fejn ikun meħtieġ.

Refund fuq taxxa

Question

Possibbli li jiġi investigat għaliex it-taxxa li tħallset żejda mit-taxpayer li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx rifusa meta din ilha pendenti bejn is-sena 1992 u s-sena 1998? Meta hu mistenni li dak li hi dovut jiġi mħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jiżvela informazzjoni personali. Nitlob għalhekk lill-persuna kkonċernata biex tiċċekkja mas-sezzjoni tar-Refunds tad-dipartiment matul il-ħin ta’ l-uffiċċju.

Rifusjoni ta' taxxa

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' rifusjoni ta' taxxa li l-gvern għandu jħallas lura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Żabbar — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlesta x-xogħol ta' culverts fi Triq Qalb Imqaddsa, u Triq Wied il-Għajn, Żabbar biex tittaffa l-problema ta' l-għargħar? Jista' isir sforz biex dawn jitlestew qabel ix-xitwa li ġejja biex jiġu evitati ħafna problemi għar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender għal dawn ix-xogħlijiet kien inħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti - tender CT 33/2005 – li għalqet fis-17 ta’ Marzu 2005. Bħalissa qed isir il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet. Kif dawn ix-xogħlijiet jiġu aġġudikati jinbdew minnufih.

Żabbar — Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jaġġornana fiex waslet it-tender biex isir ix-xogħol fi Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa, Żabbar? Meta, bejn wieħed u ieħor, hemm il-ħsieb li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsa infurmat li dawn ix-xogħlijiet kienu se jsiru b’arranġamenti bejn l-MCAST, l-FOI , l-ADT u l-kuntratturi tat-toroq biex ikun hemm taħriġ għal ħaddiema f’dan is-settur. Madankollu minħabba xi problemi li nqalgħu dawn ix-xogħlijiet se jsiru b’arranġament bejn l-ADT, l-FOI, il-kuntratturi tat-toroq u kumpanija barranija li ser tipprovdi t-taħriġ meħtieġ. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Żabbar — Garden Road

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jaġġornana fiex waslet it-tender biex jiġi rranġat il-boundary wall f'Garden Road, Żabbar u meta se tiġi rranġata l-istess triq li ilha ħafna fi stat diżastruż u li tista' tiffranka ħafna traffiku mid-daħla u miċ-ċentru ta' Ħaż-Żabbar ladarba tkun irranġata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn ix-xogħlijiet kienu se jsiru b'arranġamenti bejn l-MCAST, l-FOI , l-ADT u l-kuntratturi tat-toroq biex ikun hemm taħriġ għal ħaddiema f'dan is-settur. Madankollu minħabba xi problemi li nqalgħu dawn ix-xogħlijiet se jsiru b'arranġamenti bejn l-ADT, l-FOI, il-kuntratturi u kumpanija barranija li ser tipprovdi t-taħriġ. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Qutgħ ta' ħaxix ħażin u tindif ieħor

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu possibbli li l-qtugħ ta' ħaxix ħażin u tindif ieħor f'toroq arterjali jsir f'ħinijiet kmieni jew f'ħinijiet fejn ikun hemm anqas traffiku, u dan biex jonqos il-periklu għall-istess ħaddiema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-qtugħ ta’ ħaxix ħażin u tindif ieħor f’toroq arterjali diġa’ qiegħed isir f’ħinijiet meta jkun hemm l-inqas traffiku u dejjem jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji ta’ traffic management sabiex titħares is-saħħa u s-sigurta’ ta’ l-istess ħaddiema, u b’mod li jkun hemm l-inqas inkonvenjent għas-sewwieqa li jgħaddu mit-toroq imsemmija.