Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Pubbliku — Ex-ħaddiem

Question

Possibbli jiġi spjegat kif il-persuna li dettalji dwaru qed nehmeż separatament, li kien impjegat mal-gvern fl-iskema ta' l-awżiljari ma' bbenefikax mir-riforma li kienet saret u llum baqa' jieħu l-istess pensjoni meta kollegi oħra li kienu fl-istess skema llum ħadu żieda fil-pensjoni tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Leg 10 PQ #16352 Sitting 337 2006-01-09 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Coaches ġodda

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm inġiebu Malta coaches ġodda mill-1995 sal-lum? Minn min inġiebu? Kemm inġiebu coaches second hand fl-istess perijodu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #207 Sitting 336 2005-12-12 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura

Importazzjoni tad-Diesel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W168 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-gvern jilliberalizza l-importazzjoni tad-diesel? Jekk iva, għal meta?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-importazzjoni tad-diesel fuel ser tiġi liberaliżżata matul l-ewwel kwart tas-sena 2006.

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-emerġenza

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15799 u ġentilment jgħid kemm daħlu pazjenti fid-dipartiment ta' l-emerġenza tul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sa l-1 ta' Novembru 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej: Sena Ammont ta' pazjenti li daħlu l-emerġenza 2000 105,569 2001 110,141 2002 109,189 2003 111,034 2004 110,328 2005 (sa l-ewwel ta' Novembru) 94,042

Impjegati ta' fabbrika li mhux qed jitħallsu

Question

Possibbli l-awtoritajiet konċernati jinvestigaw kif sid ta' fabbrika li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed iħallas il-paga lill-impjegati tiegħu b'erba' xhur lura tant li l-impjegati ilhom ma jitħallsu minn qabel Awissu. qed iħaddimhom sigħat żejda nhar ta' Sibt mingħajr ma jħallashom overtime u meta l-impjegati jilmentaw l-istess sid jgħidilhom li "jekk iridhom jafu fejn hu l-bieb ta' barra"?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment irċieva allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformita ma xi provvedimenti tal-liġi industrijali fil-Fabbrika imsemmija u qed jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji biex ikun aċċertat li d-drittijiet li għandhom il-ħaddiema skond il-liġi jiġu onorati.

Taxxi Interni — Taxxa tad-dħul

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx xi preskrizzjoni fuq ġbir ta' taxxa tad-dħul u jekk fl-affermattiv, minn liema sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Institute of Health Care — Nurses

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm iggradwaw nurses mill-Institute of Health Care tul is-sena 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005, sa l-1 ta' Novembru? Jista' jgħid f'liema kategorija iggradwaw (diploma, BSc, etc.)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' nurses li ggradwaw mis-sena 2000 sa llum huwa kif ġej: Kors Sena 2000 2001 2002 2003 2004 2005 Diploma in Nursing Studies 24 29 24 45 72 66 B Sc (Hons) Nursing 10 10 12 22 35 38

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-Emerġenza

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm daħlu pazjenti d-dipartiment ta' l-emerġenza tul is-sena 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sa l-1 ta' Novembru 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta

Masters fin-Nursing — Scholarships

Question

B'riferenza għad-diskors tal-budget mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi (taħt it-titlu Edukazzjoni, paġna 58, l-ewwel paragrafu) fejn intqal li "l-Gvern se jalloka Lm200,000 biex jintroduċi skema ta' "scholarshipstal-Gvern Malti" għal studju, taħriġ u riċerka fil-livell ta' Master u Ph.D's", jista' il-Ministru jgħid jekk dawn l-ischolarships hux se jingħataw ukoll għall-Masters jew Ph.D. fin-Nursing?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-qasam tan-nursing imsemmi mill-Onor. Ħabib tiegħi hu wieħed mill-oqsma li l-Gvern jikkonsidra f'din l-iskema ta' scholarships.

Infermiera

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm ġew impjegati nurses fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sa l-1 ta' Novembru 2005, sena b'sena? F'liema gradi ġew impjegati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' Nurses li ġew impjegati bejn is-snin 2000-2005 huwa kif ġej: Sena EN SRN 2000 54 53 2001 28 48 2002 38 42 2003 30 61 2004 4 87 2005 - 18

Infermiera

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm telqu nurses minn mal-gvern fis-sena 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sa l-1 ta' Novembru 2005, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' infermiera li telqu minn mal-Gvern bejn 2000 sa l-1 ta' Novembru 2005 huwa kif ġej: (Vide P.L. 4415, Seduta nru. 342 - 18.01.06) Sena Boarded Out Retired Resigned Total 2000 3 4 7 14 2001 9 9 9 27 2002 7 10 13 30 2003 9 9 12 30 2004 9 22 24 55 2005 3 25 10 38

Supply kindergarten assistants special needs

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid fiex wasal l-ingaġġ tas-supply kindergarten assistants special needs? Kemm daħlu s'issa? Jista' jgħid jekk jaħsibx li hemm il-ħtieġa li jiġu mpjegati aktar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-lista ta' l-aħħar interviews li saru, ġew imsejħa mitt applikant u wieħed, li sebgħa u tletin minnhom aċċettaw l-impjieg. L-ingaġġ isir skond l-esiġenzi kif stabbiliti mill-Istatementing Board.

Rifusjoni ta' taxxa

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' rifusjoni ta' taxxa li l-gvern għandu jħallas lura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont dovut sas-sena ta’ stima 1998 huwa ta’ Lm16,607,299 filwaqt li mis-sena ta’ stima 1999 sal-lum huwa stmat li l-ammont dovut huwa ta’ Lm3,024,092.

Pulizija — Bormla

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk f'Awissu li għadda sarx xi rapport jew rapporti fl-għassa ta' Bormla dwar persuna jew persuni li qed jivvalenaw il-qtates fil-lokal? Jekk iva, meta sar u x'passi ħadet jew qed tieħu l-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi nhar it-18 ta' Awissu ta' din is-sena kien sar rapport fl-Għassa tal-Pulizija ta' Bormla illi xi jiem qabel xi qtates li kienu jħufu fl-inħawi tal-Birgu kienu ġew avvelenati. Minn indaġini li għamlet il-Pulizija s'issa, għad mhux magħruf min kien responsabbli għal dan l-allegat avvelenament.

ADT — Operatur liċenzjat tal-VRT

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' tat-trasport għandhiex dritt bil-liġi żżomm operatur liċenzjat tal-VRT milli joħroġ ċertifikat tal-VRT lis-sid ta' vettura li jkun ressaq il-vettura tiegħu għall-VRT? Jekk iva, jista' ġentilment jikkwota l-parti tal-liġi li tagħti dan id-dritt lill-awtorita' tat-trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li operatur ta’ VRT Station mhux obbligat li jagħmel test fuq vettura jekk sid il-vettura, meta jieħu l-vettura għat-test, ma jippreżentax id-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura, jew juri dokument ta’ reġistrazzjoni li d-dettalji tiegħu ma jkunux jaqblu mad-dettalji korretti tal-vettura li tinġieb għat-test. Dan skond ir-Regolament 16 tar-Regolamenti dwar testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur ikunu tajba għat-triq (A.L. 126 ta’ l-1998). Jien infurmat ukoll li, kemm il-darba l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta, bħala r-regolatur ta’ dan is-settur, tintalab tagħti tifsira legali tar-regolamenti li jkopru l-operat tal-VRT stations u ta’ l-ittestjar tal-vetturi, id-dmir ta’ l-Awtorità hu li t-tifsira li tagħti tkun konformi ma’ dak li hemm fir-regolamenti, f’dan il-każ fir-regolamenti dwar testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur ikunu tajba għat-triq.

Container mibgħut minn immigrant Malti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk immigrant Malti li jibgħat lejn Malta container b'affarijiet personali għall-proprjeta' tiegħu f'Malta jridx ikun preżenti hu biex jiġi released il-container mid-dwana, inkella jistax dan il-container jiġi released minn membru tal-familja li jkollu ipotetika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru W 125.

Wied il-Għajn — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'xogħol sar s'issa u x'fadal isir fil-proġett ta' l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn? Meta se jitkompla x-xogħol? Kemm hu maħsub li jiġi jiswa dan il-proġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Gvern investa s-somma ta' Lm132,422 f'xogħolijiet fuq l-iskola Primarja ta' Wied il-Għajn. Ix-xogħol jikkonsisti f'estensjoni ta' l-iskola biex takkomoda numru akbar ta' tfal.

Institute of Health Care — Irwejjaħ tad-drenaġġ

Question

Possibbli jittieħdu passi mmedjati biex tinstab soluzzjoni għar-riħa tad-drenaġġ li kultant ikun hemm fil-canteen ta' l-Institute of Health Care, liema riħa kienet evidenti ħafna fis-27/09/05 tant li ftit bdew jissaportu fil-canteen?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn spezzjoni li saret fil-post ma jirriżultax li din ir-riħa li rrefera għaliha l-Onor. Membru għada hemm.

Institute of Health Care — Għażla ta' ikel tal-canteen

Question

Possibbli l-uffiċjali nkarigati fl-Universita' jaraw li l-kuntrattur li qed jieħu ħsieb il-canteen ta' l-Institute of Health Care jara li jkun hemm aktar għażla ta' ikel u fuq kollox ikun hemm ikel rakkomandat għas-saħħa (healty food) bħal frott u salads, liema għażla hija kważi ineżistenti bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għażla ta' l-ikel fl-Istitut għall-Kura tas-Saħħa hi simili għal dik f'canteens oħra taħt ir-responsabbilita' ta' l-Universita' ta' Malta. Il-Menu jinkludi għażla ta' salads u frott kif ukoll ikel ieħor tajjeb għas-saħħa bħalma hu il-yogurt. Isiru spezzjonijiet regolari biex jiġi żgurat li l-kuntrattur josserva l-kundizzjonijiet u l-prezzijiet imniżżla fil-kuntratt iffirmat miegħu.