Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu rrapportati kollużjonijiet/inċidenti tat-traffiku fi Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'tip ta' kolliżjonijiet kienu? F'kemm minn dawn l-inċidenti kien hemm persuni li korrew? Kemm kien hemm każi fatali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kolliżjonijiet/inċidenti tat-traffiku fi Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun li ġew irrapurtati lill-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin kienu kif ġej: Sena Fatali B'korrimenti Bla korrimenti 2001 0 1 19 2002 1 6 17 2003 0 2 22 2004 0 2 6 2005 0 5 3 2006* 0 1 1 *sa l-aħħar ta' Frar. Ta' min ifakkar illi mill-1 ta' Marzu 2004, inċidenti tat-traffiku fejn ma jkunx hemm persuni mweġġa' jew ħsara fi proprjeta' pubblika, bdew jiġu rrapurtati lill-Gwardjani Lokali. Dwar rapporti ta' kolliżjonijiet/inċidenti lil dawn ta' l-aħħar ninsab infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

St Luke's — Social cases

Question

Fid-dawl tal-problema ta' l-ammont kbir ta' social cases li hemm l-isptar, b'konsegwenza li ħafna swali speċjalment dawk tal-mediċina huma bil-korsija u li allura qed jikkaġunaw pressjoni kbira fuq in-nurses, jista' il-Ministru jgħid hux qegħdin jittieħdu passi biex jintbagħtu aktar nurses mill-complement normali f'dawn is-swali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-overcrowding tas-swali huwa dovut prinċipalment għal żewġ raġunijiet: In-numru għoli tas- Social Cases li hemm fil-wards. L-ammont għoli aktar min normal ta' pazjenti li jirrikjedu kura fis-swali tal-Mediċina fix-xitwa. Dawn iż-żewġ fatturi huma t-tnejn 'l hinn mill-kontroll ta' l-Isptar San Luqa nnifsu. Madankollu, il-management qed jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex in-numru ta' nurses, li jkunu xogħol kuljum jiġi supplementat, billi jintuża overtime jew Time Off in Lieu kull meta jkun meħtieġ.

Infermiera

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17384 u jgħid jistax ġentilment jagħti breakdown bejn in-nurses fil-grad ta' EN, ta' SN u dawk li għandhom BSc, Masters u PhD in Nursing Studies?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MEPA

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm talbiet lill-MEPA mill-awtorita' tad-djar li huma pendenti? Għal liema inħawi jikkonċernaw u għalfejn qed jintalab il-permess? Kemm ilhom li ġew sottomessi tali talbiet? Jista' jagħti n-numru ta' kull applikazzjoni f'kull każ? Possibbli il-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’Seduta oħra.

Karozzi tal-Linja — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta s-sidien tal-karozzi tal-linja se jingħataw is-sussidju tal-karta anzjan? Kemm għandhom jieħdu sussidju u ta' liema snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li kull meta l-Awtorita' dwar it-Trasport tgħaddi s-sussidju lis-sidien tal-karozzi tal-linja, dawn jitħallsu f'somma globali li tkun tkopri wkoll is-sussidju li l-Gvern jagħti fuq in-nol ta' l-anzjani. Jien infurmat li għas-sena 2005 diġa' tħallsu Lm1.1 miljun, iżda għadhom għaddejin taħdidiet dwar xi bilanċ ieħor li s-sidien qed jitolbu.

Sidien tal-Kaorzzi tal-Linja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu sussidju b'kollox is-sidien tal-karozzi tal-linja f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14206.

Diviżjoni tas-Saħħa — Infermiera

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17181, jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta saret dik il-manpower plan li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manpower plan li ġie preżentat fir-Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17181 sar fis-sena 2005.

Infermiera

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 17181, jista' il-Ministru ġentilment jagħti breakdown bejn in-nurses fil-grad ta' EN, ta' SN u dawk li għandhom BSc, Masters u PhD in Nursing Studies?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ngħataw Hercoptin mid-diviżjoni tas-saħħa u kura għall-marda tal-cancer fis-snin 2004, 2005 u din is-sena s'issa u kemm kien hemm domanda għal dan it-trattament? Jista' jgħid kemm hemm persuni li ngħataw Taxatere mid-diviżjoni tas-saħħa u kura għall-marda tal-cancer fis-snin 2004, 2005 u din is-sena s'issa u kemm kien hemm domanda għal dan it-trattament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar risposta tinagħta f'xi seduta oħra.

Mtarfa — Riabilitazzjoni ta' proprjeta'

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12620, tista' il-Ministru, permezz ta' l-awtorita' tad-djar, ġentilment tinformani meta nbdew it-tħejjijiet u l-pjanti għar-riabilitazzjoni tal-proprjeta' hemm indikata u dwar l-art ta' biswitha? Meta bdew jiġu ppreparati l-pjanti tal-maisonettes, appartamenti u garaxxijiet? Meta hu mistenni li dawn ikunu finalizzati? Tista' ġentilment tgħid min huma l-periti nkarigati minn dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-disinn emendat tal-proġett li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant tlesta s-sena l-oħra. Ninsab infurmata wkoll li, Paul Camilleri and Associates, il-periti nkarigati mid-disinn, issottomettew il-pjanti emendati lill-MEPA f’Ottubru 2005.

Sptar Mater Dei — Paediatrics

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-bed complement tal-paediatrics hux se jiżdied, jonqos jew jibqa' l-istess fl-isptar Mater Dei?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bed Complement tal-Paediatrics ġo l-Isptar Mater Dei se jiżdied.

Djar — Kuntratt ta' art tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tinformani għaliex il-koppja li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, baqa' ma sarilhomx kuntratt ta' l-art li kienu ħadu mingħand il-gvern ħafna snin ilu biex jibnu d-dar tagħhom u minkejja diversi tentattivi li saru baqgħu s'issa m'għamlux il-kuntratt? Kemm hemm familji fl-istess triq li m'għamlux il-kuntratt tal-plot li ħadu? Taħseb il-Ministru li wara dan iż-żmien kollu għandu jsir sforz mill-gvern biex tinstab soluzzjoni u jsir kuntratt ma' dawn il-familji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Biex l-Awtorita' tad-Djar tkun tista tiffinalizza l-kuntratti tax-xiri tal-postijiet li tkun qassmet irid ikollha t-titolu legali ta' l-art konċernata li jrid jiġi trasferit lill-Awtorita' mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Ninsab infurmata li l-każ indikat mill-Onor. Interpellant jaqa' taħt din il-kategorija. Ninsab infurmata wkoll li fit-triq indikata mill-Onor. Interpellant hemm 8 plots li għadhom ma sarux il-kuntratti ta' l-enfetewsi tagħhom għax l-Awtorita' għad ma għandiex it-titolu legali ta' l-art. L-Awtorita' tagħmel kull sforz biex l-art tiġi trasferita lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. It-tweġiba li dejjem irċeviet l-Awtorita' minn dan id-Dipartiment kienet li l-art qegħda fil-kors ta' akkwist (in the course of acquisition).

Diviżjoni tas-saħħa — Infermiera

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm hu l-complement attwali tan-nurses mad-diviżjoni tas-saħħa u kura ta' l-anzjani u kif dan il-complement jikkompara mal-manpower plan ta' l-istess diviżjoni? Jista' jagħti breakdown għall-gradi differenti tan-nurses?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Pulizija — Ground ta' Qali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-pulizija ordnat supporters tal-Floriana biex ineħħu banner li waħħlu fl-enclosure tal-ground f'Ta' Qali li kellu l-kliem "Come on Greens" ladarba dan ma kien qed jinsulenta jew joffendi lil ħadd?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ħadet din l-azzjoni fuq talba tal-M.F.A.

Infermiera — Qualification allowance

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid minn liema nurses jikkwalifikaw għall-qualification allowance? Min hu nurse u jkompli jistudja u jġib degree universitarju, jikkwalifika għall-qualification allowance u f'dan il-każ, jitpoġġa fi skala oħra minbarra li jieħu l-qualification allowance?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nurses li jikkwalifikaw għall-qualification allowance huma dawk li wara li jġibu id-Diploma in Nursing li hi pre-requisite għall-ħatra tagħhom, ikomplu jistudjaw u jġibu wkoll id-Degree fin-Nursing. F'dan il-każ, dawn in-nurses jitpoġġew fi Skala ogħla minbarra li jieħdu l-qualification allowance.

St Luke's — Security cameras

Question

Jista' il-Ministru, permezz ta' l-uffiċjali inkarigati, jara hux possibbli li jsiru xi security cameras ħdejn l-institute of health care fl-isptar San Luqa fejn dan l-aħħar saret ħsara f'karozza ta' lecturer u anke insteraq stereo mill-istess karozza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-possibilita li jsiru xi security cameras ħdejn l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa qegħda tiġi kkunsidrata.

Taxxi Interni — Taxxa tad-dħul

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx xi preskrizzjoni fuq ġbir ta' taxxa tad-dħul u jekk fl-affermattiv, minn liema sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li skond l-artiklu 47 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, il-Kummissarju għandu tmien snin minn meta din issir dovuta biex jiġbor it-taxxa. Dawn it-tmien snin jibdew jgħoddu jew mit-tax return date relattiv jew, f’każ li jkun sar assessment minn meta l-assessment ikun sar finali u konklussiv. F’każ li tkun daħlet il-preskrizzjoni sal 31 ta’ Diċembru, 2003, iż-żmien tal-preskrizzjoni ġie mtawwal sal-31 ta’ Diċembru 2005.

Coaches ġodda

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm inġiebu Malta coaches ġodda mill-1995 sal-lum? Minn min inġiebu? Kemm inġiebu coaches second hand fl-istess perijodu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsb infurmat li mill-1995 sal-lum inġiebu Malta 32 coaches ġodda u 55 second hand fl-istess perjodu. Il-coaches il-ġodda inġiebu skond il-lista kif tidher hawn taħt :- 1995 22 1996 7 1997 Nil 1998 1 1999 Nil 2000 Nil 2001 1 2002 Nil 2003 1 2004 Nil 2005 Nil

Pilloli out of stock

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Lescol tabs 80mgs u l-Bendrofluzide tabs 5mgs kenux out of stock? Jekk iva, x'inhi r-raġuni u meta ser jerġa' ikun hemm kunsenja ta' dawn il-mediċini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pilloli Lescol 80mgs jinstabu in stock. Huma il-pilloli Bendrofluazide 5mgs li qegħdin out of stock. Pero' il-pazjenti qegħdin jingħataw żewġ pilloli ta' Bendrofluazide 2.5mgs minflok. Id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi jinsab out of stock mill-pilloli Bendrofluazide 5mgs peress li kien hemm Batch Recall. L-istock mistenni li jasal fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar.

Impjegati ta' fabbrika li mhux qed jitħallsu

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16034, possibbli l-Ministru ġentilment jinformana bl-eżitu ta' l-investigazzjonijiet li saru u x'passi ttieħdu biex jiġu mħarsa d-drittijiet ta' dawn l-impjegati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjiegi qed jagħmel l-investigazzjonijiet biex ikun aċċertat li d-drittijiet li għandhom il-ħaddiema skond il-liġi jiġu onorati.